Jan 25, 2014

Rapport difettuz


Nhar it-Tnejn li ghadda fit-Times of Malta kien hemm artiklu nteressanti dwar l-impjant tal-hazna tal-gas u l-power station il-gdida f’Delimara.  Artiklu li gab kummenti ta’ espert Olandiz, Profs.Hans Pasman fuq il-Qualitative Risk Assessment li sar minn dan il-Gvern bhala parti mill-Environmental Impact Assessment (EIA).  Il-kummenti u l-mistoqsijiet ta’ dan l-espert, b’aktar minn 40 sena ta’ esperjenza, jivvendika dak kollu li ghidna ahna f’Lulju tas-sena l-ohra meta konna tajna kummenti lill-media dwar it-Terms of reference ghall-EIA.  Dakinhar konna ghidna li hemm bzonn Risk Assessment serju u ghidna wkoll liema issues iridu jkunu trattati.  Mill-kummenti, l-mistoqsijiet u d-dubji li qajjem Profs.Pasman jidher car li dan ir-rapport mhuwiex wiehed ezawrenti.  Mhux komplut u jehtieg li jkun hemm studji aktar dettaljati biex wiehed ikun f’posizzjoni ahjar li jiddeciedi.

 

Profs.Pasman jghid caru tond li wiehed irid joqghod attent hafna kemm jaghmel hazna ta’ LNG gewwa port ristrett bhal dak ta’ MXlokk.  Qal li mhux ideali li jkollok hazna ta’ 140,000 metru kubu ta’ gass hdejn l-akbar power station f’pajjizna. Tinsiex li Joseph Muscat & Co qabel l-elezzjoni kienu qalu li l-hazna se tkun ta’ 60,000 metru kubu biss u meta merejnihom li ma jistax ikun li l-hazna tkun daqshekk biss, qalu li ahna zbaljati.  Issa jidher car min kien qed iqarraq qabel l-elezzjoni !

 

Profs.Pasman qal li l-ahjar ghazla biex thaddem power station bil-gas hija dik li jkollok pipeline bejn Malta u Sqallija ghax dak joffri ferm u ferm anqas periklu.  Kien propju ghalhekk li l-pjan dwar l-energija li bih kien miexi l-gvern precedenti, liema pjan kien pubbliku u li kien ghadda minn skrutinju ddettaljat qabel gie ffinalizzat, jghid car u tond li gass bl-LNG terminal mhux adattat ghal pajjizna. Kien ghalhekk ukoll, pero, li l-Gvern xtara’ power station gdida li setghet facilment tinqaleb ghall-gass meta jiddahhal il-pipeline ghax proprju fuq LNG terminal hemm mistoqsijiet kbar ta’ sigurta. Infakkar ukoll illi l-KE ikkommettit fondi halli dan il-pipeline seta’ jsir sas-sena 2018. Hans Pasman qal li hu “rather presumptious” jew ahjar bil-Malti hu pruzuntuz tassumi li mhux se jkun hemm effetti fuq l-inhawi abitati kif jghid ir-rapport li hejja l-Gvern.  Kompla jghid li r-rapport li hejja l-Gvern jizbalja bil-kbir meta jiprova jinjora l-possibilita’ li “a cloud of leaked gas from the storage facility would get sucked up by the combustion engine (tal-power station stess), with potentially catastrophic consequences”.

 

Dr.Pasman qal ukoll li hemm htiega li jsir risk assessment marittimu aktar dettaljat ghax ir-rapport jitratta l-possibilta’ ta’ habta bejn vapuri b’mod legger hafna.  Dan l-espert Olandiz kompla jghid li mhu xejn konvint mil- mod kif ir-rapport tratta l-periklu marbut mat-trasferiment tal-gas mis-supply ship ghal fuq il-vapur tal-hazna u ghal gol-power station kontemporanjament. Prassi bhal din kwazi ma tezisti mkien fid-dinja.  Ma rridux ninsew li issa se nispiccaw b’vapur tal-hazna b’qies ta’ 300 metru tul, 52 metru wiesgha u 45 metru gholi, sorgut permanentament ftit metri ‘l boghod mill-powerstation !  Profs.Pasman jaghmel aktar mistoqsijiet li jitfghu dubju fuq kemm nistghu nserrhu rasna li mhux se jkun hemm perikli minhabba dan l-impjant u l-hazna. 

 

Ghal darb’ohra ha nerga naghmilha cara.  Hemm kunsens fuq il-htiega li mmorru ghall-impjanti tal-gas u hemm kunsens li l-prezz tad-dawl ghandu jorhos.  Imma rridu nkunu certi li dan isir b’mod li ma jpoggix perikli bla bzonn specjalment li llum l-Enemalta diga qed tifranka 52 Miljun Ewro fis-sena ghal generazzjoni tal-elettriku minhabba l-impjant tal-BWSC. Fuq kollox irridu nkunu certi  l-impatti rizultat tal-ghazla ta’ dan il-Gvern ikunu assessjati b’mod sew halli s-sahha tan-nies u dak tal-ambjent ikunu protetti.   Fuq kollox irridu nkunu certi li ma nispiccawx nipperikolaw l-generazzjoni tal-energija f’pajjizna. Ma ninsewx li l-Ministru Konrad Mizzi stqar li l-pjan tal-energija mhux ha jbiddlu ghax m’ghandux hin ghal istudji. Din l-attitudni tpoggi hajjitna, specjalment in-nies tan-naha t’isfel ta’ pajjizna, fuq mizien ghal 20 sena li gejjin.

Jan 24, 2014

Fejn se jmur l-ICT ?


Illum hafna drabi niehdu s-settur tal-IT jew ICT f’pajjizna for granted.  Bilkemm ma nahsbux li waqa’ mis-sema.  L-izvilupp ta’ dan is-settur huwa l-akbar prova li l-izvilupp ekonomiku ma jigiex wahdu imma jehtieg vizzjoni, direzzjoni u implimentazzjoni serja.  Dan hu settur li jaf il-bidu tieghu fis-snin 90  meta kienu ttiehdu zewg inizjattivi krucjali. L-ewwel it-twaqqif tal- MSU meta ngibu f’pajjizna Maltin mharrga fis-settur tal-IT f’pajjizi barranin u barranin ohra biex jkunu katalisti f’dan is-settur.  It-tieni inizzjattiva kienet dik li tfasslet l-ewwel strategija nazzjonali ghall-IT f’pajjizna permezz tal-Kunsill Malti ghax-Xjenza u t-Teknologija (MCST).    Strategija li kienet qalet car u tond li biex nibnu dan is-settur kellna niprovdu t-tahrig u l-edukazzjoni, li sa dak iz-zmien kienet kwazi inezistenti, nibnu l-infrastruttura digitali u dik fizika kif ukoll ingeddu l-ligijiet u s-sistema ta’ tassazzjoni bl-ikbar serjeta’.   Strategija mibnija fuq 5 pilastri: Edukazzjoni, Infrastruttura, Incentivi, Legislazzjoni u  Strategic Partnerships.  
 
Konna bdejna billi tlabna lill-Universita’ tizviluppa sors ta’ mhuh, ta’ gradwati.  Imxejna mbaghad biex permezz tal-ftuh mill-gdid tal-MCAST, ipprovdejna  computing degrees ghaz-zghazagh.  Illum pajjizna jiprepara mas-700 gradwat gdid fl-IT u dawn ffil-fatt jidher li mhumiex bizzejjed, minkejja li SmartCity ma zviluppatx fil-perjodu qasir li kien originarjament mahsub.  Huwa car li minghajr l-impenn qawwi tal-Gvern Nazzjonalisti fil-qasam tal-edukazzjoni, dan il-qasam ma kienx ikun fejn huwa llum.  Investejna wkoll fi skemi ohra wkoll bhal ‘MyPotential’ fejn student jircievi sa 80% tal-ispejjez li jkun ghamel bhala tax-credit biex ihejji/thejji ruhu/a fil-qasam tal-ICT. Barra hekk komplejna ninvestu billi pprovdejna scholarships permezz tal-programm STEPS, li jghin lill-istudenti jistudjaw barra minn Malta.  
 
Irridu niftakru li aktar minn 8% tal-GDP ta’ pajjizna llum huwa frott tas-settur tal-ICT.  Settur li llum jimpjega xejn anqas minn 8,000.  Dan l-investiment illum wassal lill-pajjizna biex sari l-pajjiz Numru 1 fil-qasam tal-eGaming fid-dinja.  Il-gvern ipprovda l-bazi imma kien is-settur privat li gharaf jisfrutta l-bazi u l-infrastruttura li pprovda l-gvern biex illum qeghdin fejn qeghdin.  Imma issa fejn sejrin ?  X’inhuma l-passi li jmiss ?  X’inhuma l-inizzjattivi li jrid jiehu dan il-Gvern biex mhux biss inzommu postna imma nkomplu navvanzaw ?   
 
Jidher car li pajjizna ghandu bzonn strategija mgedda ghal dan is-settur.  Naf li dan il-Gvern qed ihejji strategija bhal din u fil-fatt diga beda jiddiskuti qafas ma’ certi stakeholders.  Jidher car li fis-settur tal-edukazzjoni hemm bzonn qabza ohra li rridu naghmlu.  Nies fis-settur jghidulek li sa llum ghandna hafna nies bi preparazzjoni generali.  Imma issa hemm bzonn specialist skills f’certi setturi, bhal Enterprise Resource Planning (ERP) consultants u esperti f’Business Intelligence.   Tajjeb li jkollna Strategija mgedda, imma qabel kollox dan il-Gvern jehtieg jifhem li jrid ikun preparat li jonfoq il-flus biex jinvesti kif ghamilna fl-ahhar 20 sena.  Jekk ma jaghmilx hekk allura jkollna biss pies in the sky u bil-mod ‘l mod nibza li nibdew in-nizla f’dan is-settur tant importanti ghal pajjizna.

Jan 23, 2014

Responsabilita' fil-Parlament


Il-bierah qomt fil-Parlament biex nenfasizza li n-naha tal-Gvern jehtieg timxi mad-direzzjoni li xi xhur ilu ta l-iSpeaker Anglu Farrugia u ma ttawwalx izzejjed meta tirrispondi mistoqsija.   Intervjenejt bl-aktar mod kolt u dekoruz.  Ghidt ezattament hekk: “Filwaqt li napprezza dak kollu li qed tgħid il-Ministru, peress li hawnhekk qegħdin fi Question Time u mhux f’lecture time, nippretendi li żżomm mal-mistoqsija li saritilha u li tkun konċiża kif diġa’ deċiż mill-Ispeaker, inkella qegħdin nilagħbu biex nirredikolaw dan il-Parlament jew inkella hemm xi mistoqsija li n-naħa tal-Gvern ma tridx li l-Oppożizzjoni tagħmlilha llum.” Kif wiehed jista jara kont meqjus fi kliemi halli ma noffendiex lill-Onor. Ministru Coleiro Preca b’diskorsi.  Uzajt il-verb kollettiv halli nenfasizza li z-zewg nahat tal-Kamra ghandhom l-obbligu jirrispettaw l-ghola istituzzjoni ta’ pajjizna u ma nirridikolawx din l-istituzzjoni b’dak li nghidu jew b’dak li naghmlu. 
 
Il-kummenti tieghi ma kienux indirizzati daqstant lejha, ghalkemm sar waqt li kienet ilha twiegeb mistoqsija suplimentari ghal aktar minn 10 minuti.  Bhala fatt tajjeb nghid li fost il-mistoqsijiet li kien imiss fil-lista kien hemm sensiela ta’ mistoqsijiet, dwar beneficcji, pensjonijiet, faqar u hlasijiet lill-konsulenti, mill-Onor. Clyde Puli ndirizzati lejn l-Onor Ministru Coleiro Preca.  U onestament hassejt li qed ittawwal fir-risposta taghha b’mod esegerat. Wiehed ma jridx jinsa li l-Question Time huwa biss ta’ 30 minuta massimu.  Intervjenejt ghax din li uhud mill-Ministri jew Segretarji Parlamentari jtawlu fir-risposti taghhom halli jillimitaw il-mistoqsijiet li jiehdu, issa saret kwazi pattern.  Bl-attegjament taghhom qeghdin mhux biss jillimitaw id-dritt tal-membri parlamentari kollha li ma jiffurmawx parti mill-Ezekuttiv (igifieri mhux Ministri jew Segretarji Parlamentari), milli  jaghmlu mistoqsijiet, imma fuq kollox qed jipperikolaw li jgibu fix-xejn r-ruling li ta l-Speaker Anglu Farrugia proprju f’Gunju li ghadda.  
 
Fir-ruling tieghu tat-3 ta’ Gunju l-iSpeaker Anglu Farrugia kien ikkwota minn pagni 366 u 367 tal-Erskine May (ir-referenza principali tal-prattika Parlamentari fil-pajjizi nfluenzati mir-Renju Unit): An answer should be confined to the points contained in the question, with such explanation only as renders the answer intelligible. ... The length of both the ministerial replies and the supplimentary questions should be curbed ...”.  Kien ta dak ir-ruling ghax kona diga oggezzjonajna ghal dan it-tip ta’ attegjament.  Gara izda li minn Gunju tas-sena l-ohra ‘l hawn f’diversi okkazzjonijet kemm l-Speaker Farrugia u d-Deputy Speaker Censu Galea xorta kellhom jintervjenu biex l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jzommu fil-qosor fir-risposti halli jaghtu cans isiru mistoqsijiet supplimentari jew immorru ghall-mistoqsijiet ohra. 
 
Apprezzajt ferm is-solidarjeta’ li ntweriet mieghi minn shabi tal-Opposizzjoni meta l-Onor.Ministru Joe Mizzi, bil-mod kkulurit li rinomat jitkellem bih, talab li nigi sanzjonat (named) u igifieri jittiehdu passi kontrija.  Qal tajjeb il-Vici Kap ghall-Affarijiet tal-Parlament l-Onor.Mario Demarco li mhux gust li n-naha tal-Gvern tirreagixxi bil-goff kull meta n-naha tal-Opposizzjoni titlob li d-drittijiet taghha jkunu mharrsa jew titlob li n-naha tal-Gvern timxi mad-decizzjonijiet u direzzjoni li jkun ta l-iSpeaker.  Minflok jattakka lill-Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni, il-Gvern għandu jkun ta’ eżempju billi jirrispondi l-mistoqsijiet li jsirulu fil-Parlament fl-ispirtu ta’ serjetà u trasparenza. 

Jan 11, 2014

Ipokresija grassa


Tiftakru l-kjass li kien ghamel il-Labour u l-GWU fuq il-prezzijiet tal-fuel f’Jannar tal-2011 ?  Il-programmi fuq radju u Super One TV u l-artikolisti fuq L-Orizzont kollha jiskandalizzaw ruhhom fuq il-prezz tal-fuels.  Dakinhar organizzaw il-protesti fit-toroq ghax qalu li dak kien piz qawwi fuq in-nies.   Tony Zarb u shabu tal-GWU tghidx kemm kienu fuq quddiem biex jiprotestaw dakinhar.  Tony Zarb kien sahansitra talab laqgha b’urgenza tal-MCESD dakinhar biex jigu diskussi l-prezzijiet tal-fuels.

U llum x’insibu ?  Kif jitqablu l-prezzijiet ta’ llum ma’ dakinhar ?  Meta tara kemm kien il-prezz internazzjonali taz-zejt f’Jannar 2011 u l-prezz tal-fuels f’pajjizna dakinhar u tqabblu mal-prezz il-prezz internazzjonali taz-zejt illum u l-prezz tal-fuels illum, issib li dawn baqghu relatati ma’ xulxin.  Biex naghti ezempju il-prezz Brent taz-zejt f’Jannar 2011 kien $96.3  u l-prezz tad-diesel f’Malta kien ta’ €1.21.  Illum il-prezz Brent taz-zejt huwa $108.1 u l-prezz tad-diesel huwa 15c aktar minn ta’ dak ta’ Jannar 2011, igifieri €1.36.  Il-prezz taz-zejt fis-suq internazzjonali bejn l-2011 u issa zdied bi 12.2%, u l-prezz tad-diesel f’Malta issa wkoll huwa 12.4% aktar minn Jannar 2011.   Mela l-prezzijiet taghna baqghu marbuta mal-prezz internazzjonali taz-zejt.

 
Tinsiex li fl-2011 kienu jghidulna li l-prezz tal-fuels f’pajjizna huma minfuha b’mod artificjali mill-Gvern, anzi mill-Malta Resources Authority (MRA).  Skond tal-Labour l-MRA kienet “abdikat minn dmirha u qed thalli lill-Gvern ta’ Gonzi jgholli l-prezzijiet kemm joghgbu”.  Kienu jghidu li suppost il-prezzijiet tal-fuels f’pajjizna kienu orhos.  U allura jekk illum il-prezzijiet tal-fuels gholew bl-istess rata li ghola l-prezz taz-zejt fuq is-suq internazzjonali, bilfors li tasal ghal wahda minn zewg konkluzzjonijiet :  jew 1. li l-argumenti tal-Labour u l-GWU dakinhar kienu qarrieqa u zbaljati inkella 2. li t-“tbaghbis” li kien qed jaghmel il-Gvern ta’ Gonzi qed ikompli jimxi bih il-Gvern ta’ Joseph Muscat !  M’hemmx fejn iddur !  Jghidulna li tawna l-istabbilita’ !    L-uniku stabbilita’ li taw hi dik li l-prezz tal-fuels baqghu jizdiedu bl-istess ammont li jizdied il-prezz taz-zejt fuq is-suq internazzjonali.   

It-tajba hija li min ghamel tant frattarija u protesti f’Jannar 2011, illum huwa totalment sieket minkejja li l-prezzijiet ta’ llum huma bhala average 12% aktar minn dawk li kienu f’Jannar 2011 u l-gass sahansitra 20% aktar !  F’Jannar 2011 il-prezz tad-diesel kien 15ċ inqas minn dak imħabbar issa minn Joseph Muscat u Konrad Mizzi u tal-Unleaded Petrol kien 13ċ inqas minn dak imħabbar issa wkoll.  F’Jannar 2011 ċilindru gass ta’ 12kg kien €3.20 irħas mill-prezz imħabbar issa mill-Gvern ta’ illum. Il-prezzijiet ta’ llum,  m’ghadhomx issa piz fuq in-nies ? Ara veru kaz ta’ ipokresija grassa.




 

Jan 10, 2014

Nistennew titjib fit-Trasport Pubbliku


L-Arriva ġiet u telqet. U issa fejn sejrin ? Fis-sentejn u nofs li operat f’pajjizna irridu nammettu li kien hemm tajjeb u hazin.  Fil-bidu kien hemm aktar hazin imma mbaghad l-affarijiet bdew joqghodu. Il-frekwenza tas-servizz fil-bidu kienet difettuza sew specjalment fuq linji li jgħabbu ħafna passiġġieri, anke ghax spiccat iffaccjata bl-azzjoni ta’ sewwieqa li l-ewwel qalu li se jahdmu mal-kumpanija imma mbaghad irtiraw. Ir-relazzjonijiet pubbliċi tagħha kienu neqsin ħafna speċjalment meta tqis li mill-ewwel sfat taht attakk qawwi mill-Partit Laburista u minn ċerti sezzjonijiet tal-media.   Kont nistenna li kumpanija kbira bhal din tigi armata ahjar f’termini ta’ rizorsi umani, specjalment fil-livell ta’ management, PR u finance control
 
Kien hemm zgur titjib fl-infrastrttura u l-attitudni permezz ta’ vetturi komdi u li ma jniġġsux l-arja.  Kumdità għal passiġġieri b’pushchair jew bis-siġġijiet tar-roti. Biljetti rħas speċjalment għal min jużahom ta' spiss apparti għall-istudenti u l-anzjani. Servizzi itwal fil-hin specjalment fi tmiem il-gimgha biex jakkomodaw l-esigenzi taz-zghazagh. Servizzi fil-periferiji tal-irħula, specjalment f'Għawdex, u vened li jwasslu għal kullimkien mill-Isptar u l-Università. Servizz dirett u spiss mill- u lejn l-Ajruport. Sewwieqa aktar dixxiplinati u aktar ordni. 
 
Issa bit-tajjeb u l-ħażin taghha l-Arriva qisha accettat ix-xewqa tal-Gvern prezenti u dabret rasha anke ghax indunat li dan il-Gvern ma kienx verament interessat li jiddiskuti. Imma issa hu dmir tal-Gvern li jiprovdi servizz ahjar mis-servizz li tant maqdar matul l-ahhar sentejn u nofs. U l-pubbliku bi dritt jistenna titjib fuq dak li kien hemm. Jistenna li t-tajjeb li kien hemm jibqa', u jistenna li l-ħażin li kien hemm jitranġa. Minn kemm ilu li tela fil-Gvern,  Muscat & Co setghu jwaħħlu fl-Arriva. Imma dan is-servizz issa haduh f’idejhom kompletament u allura nistennew titjib. 
 
Li zgur jinkwietani huwa l-fatt li l-Gvern la jrid jippubblika xi ftiehem li jħallas lill-Arriva biex din telqet u aktar minn hekk ma jridx jippubblika r-rotot u l-frekwenzi li se jgħid lill-operatur il-ġdid biex jagħmel u jekk il-prezz ghall-passiggier hux se jinbidel. U l-passiġġieri dan l-aktar li jinteresshom !  Inkomplu nsegwu .....

Jan 9, 2014

Venezia qed tmut ?


Fil-granet li ghaddew kelli cans nqatta erbat ijiem vakanza gewwa Venezia.  Belt li darba kienet ic-centru tal-Meditterran tal-Lvant.  Belt li minkejja l-palazzi u r-rikkezzi kollha li ghandha qed tmut bil-mod il-mod.  Dan qed jigri mhux minhabba l-problema ta’ high tides aktar frekwenti imma minhabba li l-popolazzjoni taghha qed tonqos bil-qawwa.  F’temp ta’ 30 sena l-popolazzjoni minn 180,000 nizlet ghal ftit aktar minn 50,000 resident.  Fl-ahhar 5 hames snin biss il-popolazzjoni taghha naqset bi kwazi 10,000 ! 
 
Belt li giet trasformata f’belt tat-turisti.  Jghaddu minnha biex izuruha 20 miljun turist fis-sena izda hafna minnhom jaslu biss ghal zjara qasira.  Sal-1950 kienu jzuruha biss miljun turist fis-sena.  Illum hafna drabi dawk li jzuruha jaghmlu dan ghal ftit sieghat biss f’gurnata.  Minhabba dan l-influss qawwi ta’ turisti, min jopera spicca jgholli l-prezzijiet, imma peress li l-prezz ma jiddistingwiex bejn resident u turist.  Barra hekk sploda l-prezz tal-propjeta’ u l-prezz tal-kirjiet.  Dan wassal biex hafna residenti johorgu ‘l barra minn Venezja u jmorru f’Mestre,  l-eqreb belt “fuq l-art” anke ghax naqsu sew l-impjiegi. 
 
Hafna qed ihossu li l-hajja f’din il-belt qed issir impossibli. Hafna mill-hwienet spiccaw inbiddlu fi hwienet li jbieghu souvenirs jew hgieg ta’ Murano.  Imma anke hawn hemm problema ghax hafna mill-fabriki ta’ Murano spiccaw ghalqu ghax sar iqum wisq biex izzomm il-fran jahdmu u hafna hwienet spiccaw ibieghu hgieg taparsi li sar f’Murano imma jkun sar fic-Cina ! Tant l-attivita’ turistika saret qawwija, li issa spiccat belt li toffri ftit li xejn impjiegi.  Min mhux lest jahdem bhala gandolier, jew f’lukanda jew bhala gwida ftit li xejn fadallu opportunitajiet ta’ xoghol. In-numru ta’ lukandi jew facilitajiet bed & breakfast zdiedu b’1,000 darba fl-ahhar ghaxar snin, imma xorta n-numru ta’ turisti li jorqdu f’Venezia minn dawk li jzuruha huwa frazzjoni zghira hafna ! 
 
Tajjeb kemm hu tajjeb it-turizmu, jidher li dan spicca l-kawza principali tal-mewt tal-popolazzjoni taghha.  Jidher car li biex din il-belt tghix jehtieg tiddiversifika l-attivita’ ekonomika go fiha, inkella se tkompli tmut.  Mill-belt spiccaw telqu istituzzjonijiet finanzjarji kbar li qabel kienu prezenti b’mod qawwi.  L-ahhar insurance company li ghalqet, spiccat kecciet ‘l fuq minn 1,000 haddiem, li kollha kwazi spiccaw telqu minn Venezia.  Mhux ta’ b’xejn li Venezia tidher ippakkjata bin-nies matul il-gurnata izda kwazi cimiterju filghaxija.  Dan kollu juri kemm kull decizzjoni li jiehdu l-politici jhalli impatt fuq l-izvilupp hazin jew tajjeb ta’ belt.  Dan juri wkoll li wiehed irid jindirizza jew jiprova jikkoregi l-kurrent tas-suq inkella l-kurrent tas-suq jispicca jkaxkar lin-nies, u jispiccaw ibatu dawk l-aktar esposti u dghajfa. Kellu ragun sid ta’ hanut tal-artigjanat li waqafna nkellmuh meta qalilna “Jekk tmut Venezia, din ma tkunx biss telfa ghall-Italja imma ghad-dinja kollha.”