Il-bierah
qomt fil-Parlament biex nenfasizza li n-naha tal-Gvern jehtieg timxi
mad-direzzjoni li xi xhur ilu ta l-iSpeaker Anglu Farrugia u ma ttawwalx
izzejjed meta tirrispondi mistoqsija. Intervjenejt bl-aktar mod kolt u dekoruz. Ghidt ezattament hekk: “Filwaqt li napprezza dak kollu li qed tgħid il-Ministru, peress li
hawnhekk qegħdin fi Question Time u mhux f’lecture time, nippretendi li żżomm
mal-mistoqsija li saritilha u li tkun konċiża kif diġa’ deċiż mill-Ispeaker,
inkella qegħdin nilagħbu biex nirredikolaw dan il-Parlament jew inkella hemm xi
mistoqsija li n-naħa tal-Gvern ma tridx li l-Oppożizzjoni tagħmlilha llum.”
Kif wiehed jista jara kont meqjus fi kliemi halli ma noffendiex lill-Onor.
Ministru Coleiro Preca b’diskorsi. Uzajt
il-verb kollettiv halli nenfasizza li z-zewg nahat tal-Kamra ghandhom l-obbligu
jirrispettaw l-ghola istituzzjoni ta’ pajjizna u ma nirridikolawx din
l-istituzzjoni b’dak li nghidu jew b’dak li naghmlu.
Il-kummenti
tieghi ma kienux indirizzati daqstant lejha, ghalkemm sar waqt li kienet ilha
twiegeb mistoqsija suplimentari ghal aktar minn 10 minuti. Bhala fatt tajjeb nghid li fost
il-mistoqsijiet li kien imiss fil-lista kien hemm sensiela ta’ mistoqsijiet,
dwar beneficcji, pensjonijiet, faqar u hlasijiet lill-konsulenti, mill-Onor.
Clyde Puli ndirizzati lejn l-Onor Ministru Coleiro Preca. U onestament hassejt li qed ittawwal
fir-risposta taghha b’mod esegerat. Wiehed ma jridx jinsa li l-Question Time
huwa biss ta’ 30 minuta massimu.
Intervjenejt ghax din li uhud mill-Ministri jew Segretarji Parlamentari
jtawlu fir-risposti taghhom halli jillimitaw il-mistoqsijiet li jiehdu, issa
saret kwazi pattern. Bl-attegjament taghhom qeghdin mhux biss jillimitaw
id-dritt tal-membri parlamentari kollha li ma jiffurmawx parti mill-Ezekuttiv
(igifieri mhux Ministri jew Segretarji Parlamentari), milli jaghmlu mistoqsijiet, imma fuq kollox qed
jipperikolaw li jgibu fix-xejn r-ruling li ta l-Speaker Anglu Farrugia proprju
f’Gunju li ghadda.
Fir-ruling
tieghu tat-3 ta’ Gunju l-iSpeaker Anglu Farrugia kien ikkwota minn pagni 366 u
367 tal-Erskine May (ir-referenza principali tal-prattika Parlamentari fil-pajjizi
nfluenzati mir-Renju Unit): “An answer should be confined to the points contained
in the question, with such explanation only as renders the answer intelligible.
... The length of both the ministerial replies and the supplimentary questions
should be curbed ...”. Kien ta dak
ir-ruling ghax kona diga oggezzjonajna ghal dan it-tip ta’ attegjament. Gara izda li minn Gunju tas-sena l-ohra ‘l
hawn f’diversi okkazzjonijet kemm l-Speaker Farrugia u d-Deputy Speaker Censu
Galea xorta kellhom jintervjenu biex l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jzommu
fil-qosor fir-risposti halli jaghtu cans isiru mistoqsijiet supplimentari jew
immorru ghall-mistoqsijiet ohra.
Apprezzajt
ferm is-solidarjeta’ li ntweriet mieghi minn shabi tal-Opposizzjoni meta
l-Onor.Ministru Joe Mizzi, bil-mod kkulurit li rinomat jitkellem bih, talab li
nigi sanzjonat (named) u igifieri jittiehdu passi kontrija. Qal tajjeb il-Vici Kap ghall-Affarijiet
tal-Parlament l-Onor.Mario Demarco li mhux gust li n-naha tal-Gvern tirreagixxi
bil-goff kull meta n-naha tal-Opposizzjoni titlob li d-drittijiet taghha jkunu mharrsa
jew titlob li n-naha tal-Gvern timxi mad-decizzjonijiet u direzzjoni li jkun ta
l-iSpeaker. Minflok jattakka lill-Membri
Parlamentari tal-Oppożizzjoni, il-Gvern għandu jkun ta’ eżempju billi
jirrispondi l-mistoqsijiet li jsirulu fil-Parlament fl-ispirtu ta’ serjetà u
trasparenza.
No comments:
Post a Comment