Jan 9, 2014

Venezia qed tmut ?


Fil-granet li ghaddew kelli cans nqatta erbat ijiem vakanza gewwa Venezia.  Belt li darba kienet ic-centru tal-Meditterran tal-Lvant.  Belt li minkejja l-palazzi u r-rikkezzi kollha li ghandha qed tmut bil-mod il-mod.  Dan qed jigri mhux minhabba l-problema ta’ high tides aktar frekwenti imma minhabba li l-popolazzjoni taghha qed tonqos bil-qawwa.  F’temp ta’ 30 sena l-popolazzjoni minn 180,000 nizlet ghal ftit aktar minn 50,000 resident.  Fl-ahhar 5 hames snin biss il-popolazzjoni taghha naqset bi kwazi 10,000 ! 
 
Belt li giet trasformata f’belt tat-turisti.  Jghaddu minnha biex izuruha 20 miljun turist fis-sena izda hafna minnhom jaslu biss ghal zjara qasira.  Sal-1950 kienu jzuruha biss miljun turist fis-sena.  Illum hafna drabi dawk li jzuruha jaghmlu dan ghal ftit sieghat biss f’gurnata.  Minhabba dan l-influss qawwi ta’ turisti, min jopera spicca jgholli l-prezzijiet, imma peress li l-prezz ma jiddistingwiex bejn resident u turist.  Barra hekk sploda l-prezz tal-propjeta’ u l-prezz tal-kirjiet.  Dan wassal biex hafna residenti johorgu ‘l barra minn Venezja u jmorru f’Mestre,  l-eqreb belt “fuq l-art” anke ghax naqsu sew l-impjiegi. 
 
Hafna qed ihossu li l-hajja f’din il-belt qed issir impossibli. Hafna mill-hwienet spiccaw inbiddlu fi hwienet li jbieghu souvenirs jew hgieg ta’ Murano.  Imma anke hawn hemm problema ghax hafna mill-fabriki ta’ Murano spiccaw ghalqu ghax sar iqum wisq biex izzomm il-fran jahdmu u hafna hwienet spiccaw ibieghu hgieg taparsi li sar f’Murano imma jkun sar fic-Cina ! Tant l-attivita’ turistika saret qawwija, li issa spiccat belt li toffri ftit li xejn impjiegi.  Min mhux lest jahdem bhala gandolier, jew f’lukanda jew bhala gwida ftit li xejn fadallu opportunitajiet ta’ xoghol. In-numru ta’ lukandi jew facilitajiet bed & breakfast zdiedu b’1,000 darba fl-ahhar ghaxar snin, imma xorta n-numru ta’ turisti li jorqdu f’Venezia minn dawk li jzuruha huwa frazzjoni zghira hafna ! 
 
Tajjeb kemm hu tajjeb it-turizmu, jidher li dan spicca l-kawza principali tal-mewt tal-popolazzjoni taghha.  Jidher car li biex din il-belt tghix jehtieg tiddiversifika l-attivita’ ekonomika go fiha, inkella se tkompli tmut.  Mill-belt spiccaw telqu istituzzjonijiet finanzjarji kbar li qabel kienu prezenti b’mod qawwi.  L-ahhar insurance company li ghalqet, spiccat kecciet ‘l fuq minn 1,000 haddiem, li kollha kwazi spiccaw telqu minn Venezia.  Mhux ta’ b’xejn li Venezia tidher ippakkjata bin-nies matul il-gurnata izda kwazi cimiterju filghaxija.  Dan kollu juri kemm kull decizzjoni li jiehdu l-politici jhalli impatt fuq l-izvilupp hazin jew tajjeb ta’ belt.  Dan juri wkoll li wiehed irid jindirizza jew jiprova jikkoregi l-kurrent tas-suq inkella l-kurrent tas-suq jispicca jkaxkar lin-nies, u jispiccaw ibatu dawk l-aktar esposti u dghajfa. Kellu ragun sid ta’ hanut tal-artigjanat li waqafna nkellmuh meta qalilna “Jekk tmut Venezia, din ma tkunx biss telfa ghall-Italja imma ghad-dinja kollha.”

No comments: