Nhar it-Tnejn li ghadda
fit-Times of Malta kien hemm artiklu nteressanti dwar l-impjant tal-hazna
tal-gas u l-power station il-gdida f’Delimara.
Artiklu li gab kummenti ta’ espert Olandiz, Profs.Hans Pasman fuq il-Qualitative Risk Assessment li sar minn
dan il-Gvern bhala parti mill-Environmental Impact Assessment (EIA). Il-kummenti u l-mistoqsijiet ta’ dan
l-espert, b’aktar minn 40 sena ta’ esperjenza, jivvendika dak kollu li ghidna
ahna f’Lulju tas-sena l-ohra meta konna tajna kummenti lill-media dwar it-Terms
of reference ghall-EIA. Dakinhar konna
ghidna li hemm bzonn Risk Assessment serju u ghidna wkoll liema issues iridu
jkunu trattati. Mill-kummenti,
l-mistoqsijiet u d-dubji li qajjem Profs.Pasman jidher car li dan ir-rapport mhuwiex
wiehed ezawrenti. Mhux komplut u jehtieg
li jkun hemm studji aktar dettaljati biex wiehed ikun f’posizzjoni ahjar li
jiddeciedi.
Profs.Pasman jghid caru
tond li wiehed irid joqghod attent hafna kemm jaghmel hazna ta’ LNG gewwa port
ristrett bhal dak ta’ MXlokk. Qal li
mhux ideali li jkollok hazna ta’ 140,000 metru kubu ta’ gass hdejn l-akbar
power station f’pajjizna. Tinsiex li Joseph Muscat & Co qabel l-elezzjoni
kienu qalu li l-hazna se tkun ta’ 60,000 metru kubu biss u meta merejnihom li
ma jistax ikun li l-hazna tkun daqshekk biss, qalu li ahna zbaljati. Issa jidher car min kien qed iqarraq qabel
l-elezzjoni !
Profs.Pasman qal li l-ahjar
ghazla biex thaddem power station bil-gas hija dik li jkollok pipeline bejn
Malta u Sqallija ghax dak joffri ferm u ferm anqas periklu. Kien propju ghalhekk li l-pjan dwar
l-energija li bih kien miexi l-gvern precedenti, liema pjan kien pubbliku u li
kien ghadda minn skrutinju ddettaljat qabel gie ffinalizzat, jghid car u tond
li gass bl-LNG terminal mhux adattat ghal pajjizna. Kien ghalhekk ukoll, pero,
li l-Gvern xtara’ power station gdida li setghet facilment tinqaleb ghall-gass
meta jiddahhal il-pipeline ghax proprju fuq LNG terminal hemm mistoqsijiet kbar
ta’ sigurta. Infakkar ukoll illi l-KE ikkommettit fondi halli dan il-pipeline
seta’ jsir sas-sena 2018. Hans Pasman qal li hu “rather presumptious” jew ahjar
bil-Malti hu pruzuntuz tassumi li mhux se jkun hemm effetti fuq l-inhawi
abitati kif jghid ir-rapport li hejja l-Gvern.
Kompla jghid li r-rapport li hejja l-Gvern jizbalja bil-kbir meta
jiprova jinjora l-possibilita’ li “a
cloud of leaked gas from the storage facility would get sucked up by the
combustion engine (tal-power station stess), with potentially catastrophic
consequences”.
Dr.Pasman qal ukoll li
hemm htiega li jsir risk assessment marittimu aktar dettaljat ghax ir-rapport jitratta
l-possibilta’ ta’ habta bejn vapuri b’mod legger hafna. Dan l-espert Olandiz kompla jghid li mhu xejn
konvint mil- mod kif ir-rapport tratta l-periklu marbut mat-trasferiment
tal-gas mis-supply ship ghal fuq il-vapur tal-hazna u ghal gol-power station
kontemporanjament. Prassi bhal din kwazi ma tezisti mkien fid-dinja. Ma rridux ninsew li issa se nispiccaw b’vapur
tal-hazna b’qies ta’ 300 metru tul, 52 metru wiesgha u 45 metru gholi, sorgut
permanentament ftit metri ‘l boghod mill-powerstation ! Profs.Pasman jaghmel aktar mistoqsijiet li jitfghu
dubju fuq kemm nistghu nserrhu rasna li mhux se jkun hemm perikli minhabba dan
l-impjant u l-hazna.
Ghal darb’ohra ha nerga naghmilha cara. Hemm kunsens fuq il-htiega li mmorru
ghall-impjanti tal-gas u hemm kunsens li l-prezz tad-dawl ghandu jorhos. Imma rridu nkunu certi li dan isir b’mod li
ma jpoggix perikli bla bzonn specjalment li llum l-Enemalta diga qed tifranka 52
Miljun Ewro fis-sena ghal generazzjoni tal-elettriku minhabba l-impjant tal-BWSC.
Fuq kollox irridu nkunu certi l-impatti rizultat
tal-ghazla ta’ dan il-Gvern ikunu assessjati b’mod sew halli s-sahha tan-nies u
dak tal-ambjent ikunu protetti. Fuq
kollox irridu nkunu certi li ma nispiccawx nipperikolaw l-generazzjoni
tal-energija f’pajjizna. Ma ninsewx li l-Ministru Konrad Mizzi stqar li l-pjan
tal-energija mhux ha jbiddlu ghax m’ghandux hin ghal istudji. Din l-attitudni
tpoggi hajjitna, specjalment in-nies tan-naha t’isfel ta’ pajjizna, fuq mizien
ghal 20 sena li gejjin.
1 comment:
Bongu,
Qed tfittex self leġittimu?
Ġejt rifjutat mill-banek tiegħek?
Għandek bżonn flus għal xi raġuni jew oħra.
Int sinċier u onest
Għandek bżonn self biex tħallas id-djun, il-kontijiet jew
twettaq proġett?
Dejjem għandek opportunità.
Aktar inkwetanti, noffru self minn €5,000,
veloċi u affidabbli, b'rata ta 'imgħax annwali ta' 3%. Aħna
ta'min jafdah
Jekk inti interessat, toqgħodx lura milli tikkuntattjana direttament.
posta: marcdupon18@gmail.com
Post a Comment