Jan 11, 2014

Ipokresija grassa


Tiftakru l-kjass li kien ghamel il-Labour u l-GWU fuq il-prezzijiet tal-fuel f’Jannar tal-2011 ?  Il-programmi fuq radju u Super One TV u l-artikolisti fuq L-Orizzont kollha jiskandalizzaw ruhhom fuq il-prezz tal-fuels.  Dakinhar organizzaw il-protesti fit-toroq ghax qalu li dak kien piz qawwi fuq in-nies.   Tony Zarb u shabu tal-GWU tghidx kemm kienu fuq quddiem biex jiprotestaw dakinhar.  Tony Zarb kien sahansitra talab laqgha b’urgenza tal-MCESD dakinhar biex jigu diskussi l-prezzijiet tal-fuels.

U llum x’insibu ?  Kif jitqablu l-prezzijiet ta’ llum ma’ dakinhar ?  Meta tara kemm kien il-prezz internazzjonali taz-zejt f’Jannar 2011 u l-prezz tal-fuels f’pajjizna dakinhar u tqabblu mal-prezz il-prezz internazzjonali taz-zejt illum u l-prezz tal-fuels illum, issib li dawn baqghu relatati ma’ xulxin.  Biex naghti ezempju il-prezz Brent taz-zejt f’Jannar 2011 kien $96.3  u l-prezz tad-diesel f’Malta kien ta’ €1.21.  Illum il-prezz Brent taz-zejt huwa $108.1 u l-prezz tad-diesel huwa 15c aktar minn ta’ dak ta’ Jannar 2011, igifieri €1.36.  Il-prezz taz-zejt fis-suq internazzjonali bejn l-2011 u issa zdied bi 12.2%, u l-prezz tad-diesel f’Malta issa wkoll huwa 12.4% aktar minn Jannar 2011.   Mela l-prezzijiet taghna baqghu marbuta mal-prezz internazzjonali taz-zejt.

 
Tinsiex li fl-2011 kienu jghidulna li l-prezz tal-fuels f’pajjizna huma minfuha b’mod artificjali mill-Gvern, anzi mill-Malta Resources Authority (MRA).  Skond tal-Labour l-MRA kienet “abdikat minn dmirha u qed thalli lill-Gvern ta’ Gonzi jgholli l-prezzijiet kemm joghgbu”.  Kienu jghidu li suppost il-prezzijiet tal-fuels f’pajjizna kienu orhos.  U allura jekk illum il-prezzijiet tal-fuels gholew bl-istess rata li ghola l-prezz taz-zejt fuq is-suq internazzjonali, bilfors li tasal ghal wahda minn zewg konkluzzjonijiet :  jew 1. li l-argumenti tal-Labour u l-GWU dakinhar kienu qarrieqa u zbaljati inkella 2. li t-“tbaghbis” li kien qed jaghmel il-Gvern ta’ Gonzi qed ikompli jimxi bih il-Gvern ta’ Joseph Muscat !  M’hemmx fejn iddur !  Jghidulna li tawna l-istabbilita’ !    L-uniku stabbilita’ li taw hi dik li l-prezz tal-fuels baqghu jizdiedu bl-istess ammont li jizdied il-prezz taz-zejt fuq is-suq internazzjonali.   

It-tajba hija li min ghamel tant frattarija u protesti f’Jannar 2011, illum huwa totalment sieket minkejja li l-prezzijiet ta’ llum huma bhala average 12% aktar minn dawk li kienu f’Jannar 2011 u l-gass sahansitra 20% aktar !  F’Jannar 2011 il-prezz tad-diesel kien 15ċ inqas minn dak imħabbar issa minn Joseph Muscat u Konrad Mizzi u tal-Unleaded Petrol kien 13ċ inqas minn dak imħabbar issa wkoll.  F’Jannar 2011 ċilindru gass ta’ 12kg kien €3.20 irħas mill-prezz imħabbar issa mill-Gvern ta’ illum. Il-prezzijiet ta’ llum,  m’ghadhomx issa piz fuq in-nies ? Ara veru kaz ta’ ipokresija grassa.




 

No comments: