Jan 10, 2014

Nistennew titjib fit-Trasport Pubbliku


L-Arriva ġiet u telqet. U issa fejn sejrin ? Fis-sentejn u nofs li operat f’pajjizna irridu nammettu li kien hemm tajjeb u hazin.  Fil-bidu kien hemm aktar hazin imma mbaghad l-affarijiet bdew joqghodu. Il-frekwenza tas-servizz fil-bidu kienet difettuza sew specjalment fuq linji li jgħabbu ħafna passiġġieri, anke ghax spiccat iffaccjata bl-azzjoni ta’ sewwieqa li l-ewwel qalu li se jahdmu mal-kumpanija imma mbaghad irtiraw. Ir-relazzjonijiet pubbliċi tagħha kienu neqsin ħafna speċjalment meta tqis li mill-ewwel sfat taht attakk qawwi mill-Partit Laburista u minn ċerti sezzjonijiet tal-media.   Kont nistenna li kumpanija kbira bhal din tigi armata ahjar f’termini ta’ rizorsi umani, specjalment fil-livell ta’ management, PR u finance control
 
Kien hemm zgur titjib fl-infrastrttura u l-attitudni permezz ta’ vetturi komdi u li ma jniġġsux l-arja.  Kumdità għal passiġġieri b’pushchair jew bis-siġġijiet tar-roti. Biljetti rħas speċjalment għal min jużahom ta' spiss apparti għall-istudenti u l-anzjani. Servizzi itwal fil-hin specjalment fi tmiem il-gimgha biex jakkomodaw l-esigenzi taz-zghazagh. Servizzi fil-periferiji tal-irħula, specjalment f'Għawdex, u vened li jwasslu għal kullimkien mill-Isptar u l-Università. Servizz dirett u spiss mill- u lejn l-Ajruport. Sewwieqa aktar dixxiplinati u aktar ordni. 
 
Issa bit-tajjeb u l-ħażin taghha l-Arriva qisha accettat ix-xewqa tal-Gvern prezenti u dabret rasha anke ghax indunat li dan il-Gvern ma kienx verament interessat li jiddiskuti. Imma issa hu dmir tal-Gvern li jiprovdi servizz ahjar mis-servizz li tant maqdar matul l-ahhar sentejn u nofs. U l-pubbliku bi dritt jistenna titjib fuq dak li kien hemm. Jistenna li t-tajjeb li kien hemm jibqa', u jistenna li l-ħażin li kien hemm jitranġa. Minn kemm ilu li tela fil-Gvern,  Muscat & Co setghu jwaħħlu fl-Arriva. Imma dan is-servizz issa haduh f’idejhom kompletament u allura nistennew titjib. 
 
Li zgur jinkwietani huwa l-fatt li l-Gvern la jrid jippubblika xi ftiehem li jħallas lill-Arriva biex din telqet u aktar minn hekk ma jridx jippubblika r-rotot u l-frekwenzi li se jgħid lill-operatur il-ġdid biex jagħmel u jekk il-prezz ghall-passiggier hux se jinbidel. U l-passiġġieri dan l-aktar li jinteresshom !  Inkomplu nsegwu .....

No comments: