Illum
hafna drabi niehdu s-settur tal-IT jew ICT f’pajjizna for granted. Bilkemm ma nahsbux li waqa’ mis-sema. L-izvilupp ta’ dan is-settur huwa l-akbar
prova li l-izvilupp ekonomiku ma jigiex wahdu imma jehtieg vizzjoni, direzzjoni
u implimentazzjoni serja. Dan hu settur
li jaf il-bidu tieghu fis-snin 90 meta kienu
ttiehdu zewg inizjattivi krucjali. L-ewwel it-twaqqif tal- MSU meta ngibu f’pajjizna Maltin mharrga
fis-settur tal-IT f’pajjizi barranin u barranin ohra biex jkunu katalisti f’dan
is-settur. It-tieni inizzjattiva kienet
dik li tfasslet l-ewwel strategija nazzjonali ghall-IT f’pajjizna permezz
tal-Kunsill Malti ghax-Xjenza u t-Teknologija (MCST). Strategija li kienet qalet car u tond li biex
nibnu dan is-settur kellna niprovdu t-tahrig u l-edukazzjoni, li sa dak
iz-zmien kienet kwazi inezistenti, nibnu l-infrastruttura digitali u dik fizika
kif ukoll ingeddu l-ligijiet u s-sistema ta’ tassazzjoni bl-ikbar
serjeta’. Strategija mibnija fuq 5
pilastri: Edukazzjoni, Infrastruttura, Incentivi, Legislazzjoni u Strategic
Partnerships.
Konna
bdejna billi tlabna lill-Universita’ tizviluppa sors ta’ mhuh, ta’
gradwati. Imxejna mbaghad biex permezz
tal-ftuh mill-gdid tal-MCAST, ipprovdejna computing degrees ghaz-zghazagh. Illum pajjizna jiprepara mas-700 gradwat gdid
fl-IT u dawn ffil-fatt jidher li mhumiex bizzejjed, minkejja li SmartCity ma
zviluppatx fil-perjodu qasir li kien originarjament mahsub. Huwa car li minghajr l-impenn qawwi tal-Gvern
Nazzjonalisti fil-qasam tal-edukazzjoni, dan il-qasam ma kienx ikun fejn huwa
llum. Investejna wkoll fi skemi ohra
wkoll bhal ‘MyPotential’ fejn student jircievi sa 80% tal-ispejjez li jkun
ghamel bhala tax-credit biex ihejji/thejji ruhu/a fil-qasam tal-ICT. Barra hekk
komplejna ninvestu billi pprovdejna scholarships permezz tal-programm STEPS, li
jghin lill-istudenti jistudjaw barra minn Malta.
Irridu
niftakru li aktar minn 8% tal-GDP ta’ pajjizna llum huwa frott tas-settur
tal-ICT. Settur li llum jimpjega xejn
anqas minn 8,000. Dan l-investiment
illum wassal lill-pajjizna biex sari l-pajjiz Numru 1 fil-qasam tal-eGaming
fid-dinja. Il-gvern ipprovda l-bazi imma
kien is-settur privat li gharaf jisfrutta l-bazi u l-infrastruttura li pprovda
l-gvern biex illum qeghdin fejn qeghdin.
Imma issa fejn sejrin ? X’inhuma
l-passi li jmiss ? X’inhuma
l-inizzjattivi li jrid jiehu dan il-Gvern biex mhux biss inzommu postna imma
nkomplu navvanzaw ?
Jidher
car li pajjizna ghandu bzonn strategija mgedda ghal dan is-settur. Naf li dan il-Gvern qed ihejji strategija
bhal din u fil-fatt diga beda jiddiskuti qafas ma’ certi stakeholders. Jidher car li fis-settur tal-edukazzjoni hemm
bzonn qabza ohra li rridu naghmlu. Nies
fis-settur jghidulek li sa llum ghandna hafna nies bi preparazzjoni
generali. Imma issa hemm bzonn specialist
skills f’certi setturi, bhal Enterprise Resource Planning (ERP) consultants u
esperti f’Business Intelligence. Tajjeb
li jkollna Strategija mgedda, imma qabel kollox dan il-Gvern jehtieg jifhem li
jrid ikun preparat li jonfoq il-flus biex jinvesti kif ghamilna fl-ahhar 20
sena. Jekk ma jaghmilx hekk allura jkollna
biss pies in the sky u bil-mod ‘l mod
nibza li nibdew in-nizla f’dan is-settur tant importanti ghal pajjizna.
No comments:
Post a Comment