Feb 7, 2014

Emendi Statut PN


L-ezercizzju tal-emendi fl-istatut tal-PN kien ezecizzju mportanti hafna ghax ghen lil PN jitkellem mal-gheruq tieghu biex jiddefinixxi ahjar l-istrutturi u l-ghodod tieghu ghar-realta socjali ta’ llum, anke jekk qieghed fix-xitwa politika tieghu, ghax qieghed fl-Opposizzjoni.  Imma l-PN mhux rieqed imma qed jaggorna u jgedded lilu nnifsu.  
 
Fid-diskors li ghamilt fis-seduta tal-Hadd tkellimt bazikament fuq zewg punti, li kont diga anke tkellimt fuqhom fil-workshops li saru fil-granet ta’ qabel.  Tkellimt dwar l-inkluzzjoni gdida li tillimita t-tesserament lil persuni li jkunu msiehba f’ghaqdiet li jkunu dikjarati kuntrarju għall-prinċipji u għall-interessi tal-Partit Nazzjonalista.  Tajjeb niftakru li fil-bidu tas-snin 90, il-PN permezz tal-Ezekuttiv Nazzjonali kien iddikjara socjetajiet sigrieta bhal Mazunerija bhala socjetajiet li jmorru kontra t-trasparenza li socjeta’ demokratika, pluralista u miftuha bhal dik li naspiraw ghaliha ahna, tistenna li jkollha.  Anke ghax socjetajiet sigrieta bhal dawn ma jezistux biex igibu ‘l quddiem il-gid komuni izda biex javvanzaw biss l-interessi tal-membri sigrieta taghhom stess.   Kien ghalhekk li konna esigejna li kull membru tal-Ezekuttiv irid jiddikjara bil-miktub li mhux imsieheb fil-Mazunerija.
 
Ahna m’ahniex favur sigrieti.  Maghna kulhadd jaf fejn hu. Ma naghmlux ligijiet, bhal dik tac-cittadinanza li ghamel dan il-Gvern, fejn ried izomm mistur l-identita’ ta’ min jixtri c-cittadinanza Maltija u Ewropea.   Nemmnu li kulhadd irid iwiegeb ghall-gustizzja, anke jekk int Prim Imhallef, Magistrat jew Chairman appuntat fuq bord tal-Gvern.  Tajna prova ta’ dan meta konna fil-Gvern.  Ma tajniex protezzjoni lil min naqas.  Kien il-Labour li spicca jaghti protezzjoni lil persuni li kienu naqsu u spiccaw izolati mill-PN.  Dawn hafna drabi sabu refugju politiku fi hdan il-Partit Laburista.  Lanqas ma tawwalna proceduri biex certi persuni hbieb taghna johorgu scot free jew jilhqu jirtiraw qabel ma jilhqu jittiehdu mizuri biex jitkeccew !  
 
Fid-diskors tieghi tkellimt ukoll fuq il-htiega li issa t-targets li stabbilejna fl-istatut jigu mplimentati.  Facli xi kultant li taghmel l-emendi imma huwa ferm aktar difficli mbaghad biex timplimenta dawk l-emendi.  Fl-istatut issa stabbilejna li rridu aktar nisa u zghazagh impenjati fl-istrutturi taghna u stabbilejna thresholds ambizjuzi.  Biex nilhqu dawk it-targets irridu issa naghmlu l-isforzi kollha taghna biex nohorgu mic-crieki taghna u nfittxu nies godda halli nimpenjawhom.  Sfortunatament xi whud li jkun ilhom jimmilitaw f’partit, xi kultant joqghodu lura milli jinvolvu nies godda ghax inkella “jpoggu fil-periklu” l-ezistenza taghhom fl-istess partit.  Anke jekk ilna attivi fil-partit, il-partit mhuwiex taghna u hemm htiega li ngeddu lill-partit mhux biss bit-tibdil fl-istatut imma billi naghtu lill-partit injection ta’ energija u ideat godda.  Il-PN ma jridx jirbah mill-gdid il-Gvern ghax il-Labour ikun sar irrelevant, imma ghax il-PN ikun sar mill-gdid il-partit li jispira l-ahjar politika lis-socjeta’ maltija u dik is-socjeta’ tkun lesta tafdah bit-tmexxija.

No comments: