L-istorja tas-serq tad-dawl b'korruzzjoni
tinten u tinten sew. Mhuwiex skandlu imma numru ta’ skandli.
L-ewwel skandlu: Eluf xahhmu
haddiema tal-Enemalta u haddiema tal-Enemalta jixxahmu biex ibaghbsu meters
tad-dawl. Dawn l-elf ruħ xaħħmu ħaddiema tal-EneMalta – skond
Konrad Mizzi xaħħmuhom xejn anqas minn €1,200 kull wieħed, biex lil dawn
inghatalhom meter tad-dawl li juri kwart biss tad-dawl li kkunsmaw. Dawn l-elf
ruħ wettqu żewġ reati: l-ewwel: korruzzjoni, u t-tieni: serq.
It-tieni skandlu: Louis
Attard - bniedem ta' fiduċja investigat u sospiż dwar serq kbir fl-istess qasam
fejn ħatru l-Ministru. Konrad Mizzi għażlu f'ħatra ta' fiduċja bħala
responsabbli għar-relazzjonijiet bejn il-ministeru ta' Konrad Mizzi stess u
l-EneMalta, u inghata ħlas speċjali għal dan ix-xogħol. Isem Louis Attard il-Ministru Konrad Mizzi
pprova jzommu mistur.
It-tielet skandlu :
Il-Gvern jiddeciedi li ma jiehux passi kriminali kontra dawk kollha li xahhmu
ufficjali pubblici biex ikollhom meter imbaghbas. Il-Prim Ministru Muscat qal biss
li jistenna li dawk li xahhmu jersqu ‘l quddiem, jgħidu kemm serqu, iħallsu lura
dak li serqu u jhallsu multa u b'hekk ma jidħlux pulizija fil-każ ! Decizzjoni
oxxena. B’liema dritt Muscat jiddeciedi
li l-Pulizija ma tiprocediex kontra min xahham ? Mhux hekk gara fl-imghoddi. Fil-kaz ta’
licenzji tal-MMA fuq dghajjes fl-2007 u kazijiet ohra. Il-Gvern ta’ dakinhar ma harisx lejn
l-ucuh. Ipproceda kontra kulhadd.
Jidher car li fil-glieda
kontra l-korruzzjoni Joseph Muscat jaghmel kalkoli ta’ voti ! Lil min qed
jiprova jahbi ? Hemm xi nies vicin tieghu li xahhmu ? Hemm Ministri nvoluti ? Hemm persuni f’Segretarjati ta’ Ministri ? Muscat
qal li jaf min huma dawk li serqu u qed jagħtihom iċ-ċans jiġu 'l quddiem ħalli
ma jdaħħalhomx il-qorti. Imma jekk Muscat jaf min huma dawk li serqu, jaf ukoll
dawk li xaħħmu. Il-gvern iddecieda li jagixxi
bhala l-avukat ta' min xahham. Jidher car li addio s-slogan Tolleranza Zero
kontra l-korruzzjoni. Issa ghalihom s-slogan sar
: Niprocedu Zero !
No comments:
Post a Comment