‘L-ghajta nofs
il-bejgh’ jghid il-qawl Malti. Fejn jidhlu prodotti agrikoli imkabbrin f’Malta
hadd ma jista’ jinnega l-genwinita taghhom. Il-halib, per ezempju, gheleb kull theddida
minn prodotti impurtati. Il-frott u l-haxix imkabbar lokalment zgur li mhux ha
jkun anqas frisk minn dak impurtat minn Sqallija. Il-laham tal-majjal Malti
wkoll jisthoqlu kull tifhir u zgur li jhabbatha sew ma’ dak impurtat ghax dan
tal-ahhar ikun mimli ilma bil-melh. X’jonqos, allura, sabiex il-prodott lokali
jigi rikonoxxut ? Zgur li jonqos aktar promozzjoni u reklamar halli
l-konsumatur jersaq aktar lejn il-prodott lokali.
Fl-amministrazzjoni
precedenti, kien hemm impenn qawwi favur inizjattivi li jippromovu l-prodott
lokali. F’sena kien ikun hemm madwar 13-il attivita’ taht il-kappa Naturalment
Malti. Kien ikun hemm attivitajiet varji, f’irhula Maltin differenti, skont
il-prodott li jkun ser jigi rriklamat. Waqt dawn l-attivitajiet kien ikun hemm
ricetti maghmulin bil-prodott li jkun esibit, taghlim u taghrif ghat-tfal u
l-kbar, zjajjar fir-raba u l-irziezet u attivitajiet ohra li jghinu lil bidwi
jimxi il-quddiem. Fl-amministrazzjoni precedenti konna aktar kurragguzi minn
hekk. Bghatna l-prodott lokali jikkompeti ma’ prodotti ewropej fl-akbar fiera
tal-ikel ewropeja. Kull sena, waqt l-amministrazzjoni precedenti, tellajna
bdiewa, rahhala u produtturi jiehdu sehem fil-Green Week Fair f’Berlin fuq
stand iddedikata apposta ghall-prodotti lokali.
Waqt din il-fiera, il-produtturi
Maltin kull ma kienu jkunu jridu hu ftit inkoraggiment, imbaghad erhilhom
jitkellmu b’impenn u dedikazzjoni fuq kemm il-prodott taghhom hu frisk u
genwin. Esibejna l-gbejna maltija, z-zalzett Malti, il-patata, il-kunserva,
il-gelat u l-inbid fost hafna prodotti lokali ohra. Kull darba hrigna ta’ nies !
Sahansitra, bis-sahha ta’ din il-fiera lahaq saru kuntratti kummercjali mportanti
m’operaturi barranin li minnhom gawda l-bidwi u r-rahhal Malti.
Sfortunatament, din
is-sena l-bandiera Maltija ma kienetx prezenti fl-akbar fiera tal-ikel
fl-Ewropa. Din is-sena, l-amministrazzjoni deherilha li l-produtturi lokali m’ghandhomx
jithallew jippartecipaw fil-Green Week. Hadd ma gie sostnut halli jkun jista’
jesebixxi l-prodott lokali tieghu f’din il-fiera li jzuruha madwar nofs miljun
ruh. Din is-sena il-Gvern ixxahhah mal-bdiewa u r-rahhala mbasta dahhal jahdmu
mieghu nies tal-qalba. Din is-sena, pero, mar is-Segretarju Parlamentari risponsabbli
mill-agrikoltura c-Cina bl-iskuza li jipprova jbiegh l-prodott lokali fic-Cina
u dan minflok ihalli l-bidwi jbiegh hwejgu go l-akbar fiera fl-Ewropa. Din
is-sena, is-Segretarju Parlamentari ghogbu jiehu vaganza c-Cina bl-iskuza li
aktar facli ghall-bidwi Malti li jesporta lejn ic-Cina milli jesporta lejn
l-Ewropa. Ma hemm xejn hazin li tiprova
ddahhal il-prodott Malti fic-Cina, imma kif tiddeciedi li thalla barra
l-prodott Malti fl-akbar fiera fis-suq Ewropew ?!
No comments:
Post a Comment