L-idea tieghu
kienet li jaghmel numru ta’ flatlets zghar li jaghtu l-opportunita’ lil
zghazagh vulnerabli fis-socjeta’, bhal zghazagh li jkunu sfaw imkeccija mid-dar
mill-genituri taghhom jew zghazagh li jkunu hargu mill-facilita’ korrettiva u
ma jkollhomx fejn joqghodu. Kien
indikali din id-darli kienet propjeta’ tal-Joint Office, liema dar kienet ilha
snin twal mitluqa u kellha hsarat kbar.
Talabni nara jekk il-Gvern ikunx dispost jaghtiha lis-Salezjani halli
jaghmlu dan il-progett bi skop socjali.
Niftakar li konna sibna aktar minn bieb miftuh. Jason Azzopardi mill-ewwel kien laqa t-talba
u sar it-trasferiment fi ftit zmien.
Id-dar illum ma
tintarafx minn kif kienet. Saret
estensjoni fuq wara tal-binja li kien hemm u sar restawr totali tal-parti li
kien hemm qabel. Sa llum tlestew diga
zewg units mghammra bl-ghamara u l-facilitajiet kollha bazici li wiehed
jistenna fil-hajja ta’ llum. Xejn lussuz
imma dak mehtieg. Imma b’disinn
attraenti. Ix-xoghol sar bil-fondi migbura
mill-hafna helpers tas-Salesjani kif ukoll bl-ghajnuna moghtija
mill-inizzjattiva L-Istrina tal-President tar-Repubblika u anke l-Fondazzjoni
Voices.
Iz-zjara habtet proprju fil-festa ta’ Don
Bosco, il-fundatur tal-Ordni tas-Salesjani.
Ma setghux jaghtuh rigal isbah fil-festa tieghu. U intghazel l-isem ta’ omm Don Bosco, Mamma
Margherita, li kienet ta’ appogg kbir ghal Don Bosco, specjalment fil-bidu
tal-hidma tieghu, meta kien ghad kellu resistenza kbira ghall-inizjattivi
tieghu fost it-tfal ta’ Turin fil-bidu tas-seklu dsatax, meta zgur ma kenux
jezistu struttura tal-istat biex jasistu lil dawk fil-bzonn. Il-Knisja Kattolika kienet strumentali biex
ipprovdiet infrastruttura socjali jew ta’ solidarjeta’ f’kull qasam fl-ahhar
mitejn sena, izda ghadha wkoll effettiva anke llum biex tiprovdi assistenza
f’oqsma li sa llum l-istat ghadu ma pprovdiex l-infrastruttura socjali
tieghu.
Minn qalbi rrid grazzi u prosit lil
Fr.Savio Vella u l-assistenti tieghu ta’ din l-inizzjattiva. Ghalhekk jekk int tista tghin nappellalek
tikkuntatja lil Fr.Savio fuq 79427091 jew uza l-Kont Bankarju HSBC High Street
Sliema, Mamma Margherita 006 208946 050.
No comments:
Post a Comment