Kien process li beda bl-Issues Paper. Kompla
bl-abbozz ta’ pjan ghall-Immanniggjar tal-Iskart f’pajjizna u spicca f’dokument
finali li ma johrog b’ebda inizjattivi godda. L-unika progett li jissemma huwa
l-progett tal-Ghallis, li jixbah dak ta’ Sant’ Antnin, u li niehda Gvern
Nazzjonalista mal-Unjoni Ewropeja sa’ mill-2010. Tant hu hekk li pajjizna
akwistat 50 miljun ewro f’ko-finanzjament ghalih bis-sahha taghna.
Kont nistenna li l-ghajta tal-Ministru
Brincat li ha jaghmel krucjata halli jzid ir-riciklagg kienet ser twelled numru
ta’ inizjattivi godda li bhalhom qatt ma smajna. Id-dokument li issa gie
ffinalizzat ma jghid xejn dwar dan. Bqajt b’xiber imnieher! M’hemm xejn gdid,
ebda mizuri li jispingu bidla radikali fil-mentalita tal-konsumatur, ebda
inizjattivi li jippenalizzaw lil min ma jikkoperax, ebda skema fiskali li
tippremja lil min jirricikla aktar. Xejn! Hemm biss kampanja edukattiva ta’ 40
elf ewro biex jitnaqqas l-hela tal-ikel.
L-Ministru Brincat ghamel xenati shah, laqgha
kontra laqgha, konferenza kontra konferenza, halli jara kif ha jinvolvi
l-privat fl-immanniggjar tal-iskart f’pajjizna. Temmnu li qrajt id-dokument u
ma sibt xejn? Idejat ta’ xejn. Lanqas biss ideja ta’ kif ha juza l-iskart halli
johloq il-Green Jobs. Lanqas titwemmen; biddel dokument u d-dokument halliena
fejn konna. Jekk tant kienu hziena l-affarijiet fl-amministrazzjoni l-ohra
possibbli ma seta’ jkun hemm xejn gdid f’dan id-dokument.
Tafu x’hemm gdid? Hemm il-htiega ta’ aktar
studji. Studji fuq l-eko kontribuzzjoni. Prosit! Ilni nisma lill-Ono Brincat
jitkellem fuq il-bzonn li jbiddel l-eko kontribuzzjoni ghax diskriminatorja sa
minn meta kien fuq il-bank tal-oppozizzjoni. Issa ddecida li jaghmel studju! Ha
jaghmel studji halli jara x’ha jaghmel bil-waste-to-energy u wieghed tender.
Tafu xejn li dan it-tender diga hareg fl-amministrazzjoni l-ohra u kif tela u
sar Ministru, waqfu? Ha jistudja fejn sa jaghmel landfill ohra u jistudja jekk l-Ghallis
jistax jigi estiz! Lanqas titwemmen! Jekk il-management tal-WasteServ issa gie
tant serju, l-moniteragg tal-Ghallis jmissu kontinwu u mhux jaghmlilna
strategija halli jghidilna dak li hu ovvju.
Bidla wahda hemm f’dan id-dokument li
laqtitni, u cioe, lid-demel tal-baqar kollu f’pajjizna ha jibda jigi trattat fl-impjant
il-gdid tal-Maghtab. Dan flok ghamel l-impjant fil-qalba tal-irziezet u qasam
il-piz fuq zewg impjanti. Fl-amministrazzjoni precedenti dan il-pjan ta’
impjant iehor fic-centru ta’ Malta kien imwassal sew. Pero issa ghandna dokument gdid u bis-sahha
tieghu hlejna sena decizjonijiet halli l-iskart f’pajjizna jkompli jitpogga fuq
sisien sodi.
No comments:
Post a Comment