Nov 17, 2007

Caravaggio : l-Inkjesta

Illejla mort sat-Teatru tal-Gharghur biex nara l-produzzjoni "Caravaggio: l-Inkjesta" mtella mill-Ghaqda Teatrali Dwal Godda b'kitba ta' Joe Friggieri. Ghogbitni hafna. Ftit tal-granet ilu l-istess produzzjoni ttelghet fit-Teatru Manoel b'atturi differenti imma sfortunatament kont tliftha u wara li smajt li tghidx kemm hija tajba ma ridtx nimmisjha.

Il-produzzjoni ta' llejla hadmu fiha atturi zghazagh mmexxija b'hegga kbira bhas-soltu minn Martin Gauci, li sar sinonimu mad-drammi li din l-ghaqda ttella fil-Gharghur specjalment fil-Gimgha Mqaddsa. Hadt gost li llejla kienu prezenti ukoll bhala udjenza l-atturi aktar stabbiliti li hadmu fl-istess produzzjoni fit-Teatru Manoel, li bil-presenza taghhom biss ukoll taw support morali qawwi lil dawn l-atturi anqas celebri.

Il-kitba tal-produzzjoni hija tal-aqwa kwalita' u jien u nisma d-djalogu ghidt bejni u bejn ruhi - kemm hi sabiha l-lingwa maltija meta tkun espressa b'pinna meqjusa. Joe Friggieri irnexxielu jinseg il-prezent mal-passat biex johrog il-karattru ta' Michelangelo Merisi minn Caravaggio, dak il-genju tal-arti li kellu hajja mqallba hafna. Michelangelo li minkejja li ghex 39 sena biss ta lill-Italja u lil pajjizna bosta kopolavuri ta' arti barokka u jibqa msemmi l-aktar ghal mod drammatiku li uza l-chiaroscuro.

Nov 15, 2007

Dinja Wahda

Dalghodu attendejt attivita' organizzata mill-Birdlife ghat-tfal tal-iskejjel li saret fil-Kullegg Savio f'Had-Dingli fl-okkazzjoni tal-launch tal-programm edukattiv dwar l-ambjent bl-isem Dinja Wahda.

Wahda mit-tfal mill-iskola primarja ta' Rahal il-Gdid ghamlet diskors tajjeb hafna dwar l-esperjenza taghha ta' dan il-programm fis-snin li ghaddew. Diskors li wera bic-car kemm dan il-programm kif ukoll il-programm EkoSkola qed ibiddel l-attegjament tat-tfal lejn l-ambjent.

It-tfal, apparti li huma 25% tal-popolazzjoni u allura dak li jaghmlu anke huma ghandu impatt fuq l-ambjent, huma dawk li meta jmorru d-dar jinfluenzaw hafna lill-genituri taghhom u anke lil qraba taghhom.

Dan l-ahhar omm kitbet u qalet kemm l-esperjenza tat-tifla taghha fl-EkoSkola qed iggieghel anke lilha tbiddel l-attitudni taghha lejn l-ambjent. (http://www.timesofmalta.com/articles/view/20071021/education/my-child-is-making-me-eco-friendly/ekoSkola)
Importanti li ninvestu l-miljuni fil-qasam tal-ambjent kif qed naghmlu, izda mportanti kwazi aktar li nibqghu ninvestu fl-edukazzjoni ambjentali ghax hija dik li tbiddel l-attitudni tas-socjeta' lejn l-ambjent ta' din id-dinja li nghixu fiha.

Nov 11, 2007

Addio Gabriele !

Illum fl-Italja rajna tragedja ohra marbuta mad-dinja tal-football. Supporter tal-Lazio ta' 26 sena, Gabriele Sandri, inqatel b'tir sparat minn Pulizija tal-Autostrada, waqt 'glieda' bejn partitarji tal-Lazio u tal-Juventus hdejn Arezzo.

Hela. Mewt mitmuma probabilment bi zball. Gabriele ma kienx qed jiggieled. Kien biss fil-karozza ma' shabu. Gabriele kien DJ famuz li spicca x-xoghol xi l-4.00am u minn hemm telaq bil-karozza lejn Milan fejn illum il-Lazio kellhom jilghabu mal-Inter.

Illejla bghatt sms ta' solidarjeta' lil President tal-Lazio, Lotito, f'dan il-mument difficli.

Il-loghba Inter vs Lazio thasret. Thasret ukoll il-loghba tal-Milan u l-lejla thasret il-loghba tar-Roma. Li dejjaqni kien il-fatt li l-Federazzjoni Taljana halliet il-loghob l-iehor ghaddej. Naf li f'mument bhal dawn facli tiggudika minn wara skrivanija, u ferm aktar difficli tiehu d-decizzjoni int, imma ma nahsibx li kienet se taqa d-dinja kieku thassar il-loghob kollu.

Wegghetni ukoll il-vjolenza li kien hemm f'diversi stadia u bliet, fejn qamet ghajta kontra l-forzi tal-ordni. Huwa zball li bi skuza ta' mewt li tidher li kienet rizultat ta' zball ikun hemm min johloq aktar vjolenza u forsi aktar imwiet.

Il-football sfortunatament m'ghadux li kien. Tmermer sew. Gie ppenetrat minn diversi nteressi u forzi li qeghdin kontinwament jinqdew bil-football biex jilhqu skopijiet ohra.

Tal-lampuki hawn !

Il-bierah filghaxija attendejt il-Festa tal-Lampuki li l-Ministeru organizza gewwa San Giljan. Biex inkun onest minhabba t-temp kif kien, kont dubjuz kemm se jattendu nies. Imma kont sorpriz bin-nies li gew.

L-attivita' bdiet xi s-6.30pm imma gara li sat-8.00pm mill-istands tal-Hilton Hotel, Radisson SAS Hotel u InterContinental Hotel kienu bieghu kollox ! Dawn it-tlett lukandi accettaw li jippartecipaw billi jsajru u jaqsmu man-nies ricetti differenti tal-lampuki.

Imnella kien hemm il-qassatat tal-lampuki tal-Ghammieri u carpaccio tal-lampuki tal-Fondazzjoni San Pietru biex trejjaqt !

Dawn il-festi qed naghmluhom biex nipromwovu l-prodotti lokali u bil-mod il-mod qed jidhlu fil-kalendarju kulturali ta' pajjizna. Fi Sqallija u l-Italja jorganizzaw is-Sagre u xtaqt li nibdew norganizzaw xi haga simili. L-attendenza tan-nies qed tkompli theggigna nkomplu.

Il-Festa li jmiss hija dik tal-majjal. Il-bierah filghaxija stess bdejna niddiskutu kif l-ahjar norganizzawha !

Nov 7, 2007

Tislima lil Enzo

Thabret il-mewt ta' Enzo Biagi. Biex inkun onest qisha spiccat bicca minn hajti. Kont insegwi sew il-programmi tieghu specjalment fuq ir-RAI. Kien joghgobni s-sens tad-dettall li kien jidhol fih. Meta jaqbad suggett ma kienx sempliciment imiss il-wicc tal-problema imma kien jidhol fil-fond, tant li anke jekk ma tkun taf xejn fuq dik il-materja, wara li tara programm tieghu tkun qisek qrajt xi erba' kotba !

Dario Fo illum qal "Il-mewt ta' Biagi hija luttu nazjonali". Nahseb li Dario Fo jippermettili nghid li fil-fatt nemmen li hija luttu tal-gurnalizmu liberu ewropew. Biagi jirraprezenta epoka shiha tal-gurnalizmu li kien kapaci mhux jirraporta izda janalizza l-bidliet li ghaddiet minnhom l-Italja u l-kumplament tal-Ewropa. Gurnalist li qatt ma ddejjaq ifittex il-verita' anke meta kien jaf li qed idejjaq lil xi whud.

Enzo Biagi li kien minn Bologna, kien kittieb ta' kuxjenza socjali li qatt ma ddejjaq jahbi l-ispirazzjoni nisranija tieghu. Mons. Ravasi, President tal-Kummisjoni Kultura tal-Papa kellu ragun meta qal "aveva un'anima spontaneamente cristiana e che nei suoi libri non mancava mai una dimensione spirituale".

Enzo insellimlek !

Nov 6, 2007

Kultura Favur l-Ambjent !

Dalghodu kelli nofs ta' nhar mat-tfal. Meta nibda l-gurnata hekk il-gurnata tibda tajjeb ! L-ewwel mort ma' Louis Galea l-iskola ta' Sta.Monika il-Gzira fejn gie inawgurat Gnien Malti li ssemma ghal fundatrici, Maria Teresa Spinelli. Kienet okkazzjoni helwa hafna. It-tfal tellghu programm tajjeb hafna bit-tema tal-ambjent.

Fost il-kanzunetti kien hemm Saltwater ta' Julian Lennon u "L-Ahhar Biedwi f'Wied il-Ghasel" ta' Paul Giordimaina, li kanta Tony Camilleri. Hawwilt ukoll sigra ghal ex-ghalliem tieghi, Paul Bonavia, li hallina dan l-ahhar.

Minn hemm bqajt sejjer lejn it-tinda ta' Ta' Qali, fejn l-Ministeru tella' ghal madwar 1,200 tal-iskejjel il-musical Malti "Wara l-Hajt tas-Sejjiegh", li pproduca Patrick Dalli u l-kumpanija Curtainraiser. Jidher li t-tfal laqghu tajjeb din il-produzzjoni kkulurita hafna u ppartecipaw sew.

L-investiment fit-tfal favur kultura b'sahhitha favur l-ambjent qed jaghti l-frott...imma rridu nkomplu. Kien ghalhekk li dalghodu habbart li se nibdew programm iehor apparti l-EkoSkola, il-programm Young Reporters for Environment.

Nov 4, 2007

Estensjoni tal-Park ta' Ta' Qali

Il-bierah filghaxija kellha x-xorti niftah it-tielet estensjoni tal-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali fl-ahhar tlett snin. Din il-fazi tax-xogħolijiet kienet tikkonsisti f’estensjoni sostanzjali ta’ l-entratura tal-Park u picnic area ġdida fit-tramuntana tal-Park originali.

Żidna l-water features tal-park b’6 funtani ġodda u użajna l-aktar sistemi nnovattivi ta’ landscaping. Barra minn hekk, ġew rranġati l-parking areas fuq iż-żewġ naħat ta’ l-entratura. Dan ifisser li t-triq tar-runway kif konna nafuha sal-bierah issa ngħalqet biex b'hekk naqqasna t-traffiku dirett u ziedna s-sigurta ghall-familji specjalment ghat-tfal.

Ix-xoghol huwa frott il-hidma ta' Oliver Lautier (li l-bierah stess sar papa), Herman Galea u l-haddiema kollha tal-PARK Unit. Ghamlu xoghol tajjeb hafna u lestew fil-hin kif kien ippjanat.

Illum kellna Festa Familja l-gurnata kollha. Impressjonat kemm gew familji. Ghal grazzja t'Alla it-temp zamm. Hafna minn dawk li ltqajt maghhom kellhom kliem ta' tifhir ghax-xoghol li sar. Il-Prim Ministru gie kmieni wara nofsinhar u bhas-soltu mpressjonawni n-nies kif jentuzjazmaw ruhhom kif jarawh !