Feb 17, 2010

Impressjonajt ruhi

Mill-bieraħ fl-uffiċini tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi bdew jintlaqgħu l-applikazzjonijiet sabiex il-familji jibbenefikaw mill-iskemi li qed joffru għajnuna fuq sistemi ta’ panelli fotovoltajċi u solar water heaters. Impressjonajt ruhi kif f’anqas minn gurnata, litteralment f'numru ta' sieghat, mill-ftuh tal-iskema l-applikazjonijiet għal sistemi ta’ panelli fotovoltajiċi ittieħdu kollha ! Iġifieri l-Awtorita’ rċeviet 416 applikazzjoni għal għajnuna sa 50% tan-nefqa kapitali sa massimu ta’ €3,000. Ovvjament kull minn applika irid johrog minn butu in-nofs l-iehor tal-ispiza. L-ghajnuna lill-familji hija ko-finanzjati wkoll mill-Unjoni Ewropea.

Huwa ta’ sodisfazzjon li rnexielna fi ftit snin nrawmu kultura u mentalita’ ġdida favur dawn it-tip ta’ teknoloġiji permezz ta' offerti vantaġjużi ħafna tul l-ahhar erba snin. Permezz tas-sussidji ghenna lill-familji jinvestu f'solar water heaters, jixtru energy saving household appliances, jinstallaw double-glazed windows u roof insulation. Barra hekk matul is-sena li ghaddiet investejna €4M halli naghtu lill-familji bozoz energy saving.

Il-bidla fil-mentalita hija evidenti fil-fatt li f'erba snin l-ammont ta' solar water heaters f'pajjizna minn 5,000 zdied ghal aktar minn 13,000 ! Permezz ta' dawn l-ghajnuniet il-payback period fuq Solar Water Heater se jkun ta’ 3 snin, filwaqt li fuq sistema ta’ panelli fotovoltajiċi se jkun ta’ 8 snin. Dan juri kemm dawn l-iskemi huma ta’ benefiċċju għall-familji. Il-fatt li fuq solar water heater tieħu lura flusek fi 3 snin jagħmel din l-iskema aktar worth it sabiex tinvesti fil-futur tiegħek! B'hekk mhux biss nghinu l-ambjent imma nghinu lill-familji jnaqsu l-ispiza taghhom fuq il-konsum tad-dawl. Biex nghinu lill-familji jaghmlu dan il-pass fit-tlett snin li gejjin se naghtu €8M f'ghajnuniet.

Feb 10, 2010

L-akbar trux...

Bdejna x-xogħlijiet ta’ restawr fuq is-swar tal-Belt Valletta, bhala parti mis-6 km ta’ swar li se jkunu restawrati f’Malta u Ghawdex. Fil-Belt Kapitali tagħna se jkunu restawrati xejn anqas minn 3 km ta' swar. B'kollox dan il-proġett se jkun ra nvestiment ta' 36 miljun ewro, minn fondi tal-UE. Stajna nibdew wara li l-haddiema tar-Restoration Unit fl-ahhar xhur analizzaw b’mod dettaljat dawn is-swar halli fis-sejhiet ghax-xoghol (tenders) ikunu jistghu jispecifikaw ezatt ix-xoghol li hemm bzonn isir.

Il-consortium li rebaħ il-kuntratt għax-xogħlijiet fuq is-swar tal-Belt Valletta ghandu esperjenza vasta ta restawr, insemmu fost l-oħrajn xogħlijiet fuq fdalijiet rumani ġewwa Ruma u fir-regjun tat-Toscana fl-Italja. Dan il-progett ta’ restawr iffinanzjat minn fondi ewropej jikkumplimenta x-xoghol l-iehor ta’ restawr li r-Restoration Unit qed taghmel b’fondi tal-Gvern Malti fost l-ohrajn ir-restawr tas-swar ta' San Gwann t’Ghuxa f'Bormla u s-Swar ta' taħt il-qanpiena fil-Belt Valletta. Dan huwa nvestiment bżonjuż li se jħalli frott kemm fuq l-infrastrutura ta’ pajjiżna kif ukoll jgħin sabiex jitjieb il-prodott turistiku Malti.

Li jdejjaqni huwa l-fatt li l-Opposizzjoni anke fuq suggett bhal, dan mohha biex intenzjonalment thawwad l-imhuh, inkella verament ma tafx x’inhu ghaddej f’pajjizna. Proprju fil-media elettronika tal-Partit Laburista ta’ llum insibu “The Cittadella in Gozo has been left in a state of ruins, due to lack of initiative and apathy from the Government’s part.” Kemm ili nghid li c-Cittadella hija nkluza fix-xoghol ta’ dan il-progett massicc ta’ restawr. Fil-fatt dalwaqt jibda x-xoghol ta’ restawr fuq medda ta’ 'l fuq minn 1.2km tas-swar tac-Cittadella !

Ix-xoghol ta’ preparazzjoni ilu li beda, tant li lil-media konna anke spjegajnilha fuq il-post f’Lulju li ghadda x-xoghol li kien ghaddej biex jigi ppreparat mudell virtwali 3-dimenzjonali li fuqu jiġu ndikati l-materjali kif ukoll il-ħsarat eżistenti. Halli ix-xoghol ta’ restawr isir verament b’mod professjonali. Verament il-kaz li “L-akbar trux huwa dak li ma jridx jisma u l-akbar għama min ma jridx jara !”

Feb 8, 2010

Xjenza u Teknologija fil-pjazez

Carl Sagan darba qal "Can there be a genuine bridge built between science and the people that can explain in a good way the methodology and results of science ? I am not sure why people aren't interested in science a little more - lack of interest, of childhood/adolescent exposure through the educational system, of ignorance. But whatever the reason, it appears that people have to have a 'hook' in presentation to gain their interest." Naqbel mija fil-mija. Biex aktar zghazagh jersqu biex jaghzlu x-xjenzi hemm bzonn niprezentaw ix-xjenza b'mod interessanti. Kien ghalhekk li wara s-success li kellna tax-Science Fest fl-Universita' f'Novembru li ghadda, issa ddecidejna li niehdu x-Xjenza u t-Teknologija fil-pjazez ta' pajjizna.

Sitt lokalitajiet laqghu l-istedina tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknologija (MCST), sabiex jilqghu fil-pjazez taghhom wirja li turi b’mod sempliċi u prattiku it-teknoloġiji u fenomeni tax-xjenza. Bdejna il-bierah gewwa San Gwann. Se nkomplu fil-gimghat li gejjin gewwa San Pawl il-Bahar, M'Scala, Imqabba, Mtarfa u Xagħra, Ghawdex. B'hekk nesponu kemm nistgħu x-xjenza u t-teknologija lil aktar zghazagh halli dawn jaghzlu x-xjenzi u jahtfu l-opportunitajiet ta' xoghol li pajjizna qed joffri f'dawn l-oqsma. Ibda mill-industrija tal-farmacewtika, l-industrija tal-manutenzjoni tal-ajruplani, tal-informatika u tal-enerġija alternattiva.

Il-messaġġ li nridu kontinwament inwasslu hu "Science is fun, Science is for everyone." Biex inkomplu nwasslu dan il-messaġġ hemm bzonn li f'pajjizna mhux biss ikollna okkazzjonjiet bhal dawn imma jkollna centru interattiv permanenti għax-xjenza u t-teknoloġija biex necitaw lit-tfal, liz-zghazagh u lil poplu kollu fuq is-sabih tax-xjenza u dak kollu li jdawwarna. Irridu naghmlu dan permezz ta' esibiti li jqajjmu nteress biex wiehed jifhem anke l-principji bazici tax-xjenza u tonqos il-biza li ghad ghandna fis-socjeta' ghax-xjenza u teknologija.

Feb 5, 2010

L-Australia Hall - ezempju tal-indifferenza

Jekk hemm ezempju tal-indifferenza tal-Partit Laburista lejn il-patrimonju Malti, dan huwa l-kaz ta' kif il-Partit Laburista halli l-Australia Hall gewwa Pembroke titkisser u titfarrak. L-Australi Hall inbniet mill-Australian Branch tal-British Red Cross Society fl-1915 bhala sala tac-cinema u Memorial ghat-truppi Awstraljani li kienet mietu f'Gallipoli. Din hi binja li kienet propjeta' tal-istat li nghatat b'cens lil Partit Laburista fl-1979 bhala parti mill-kumpens li ha l-Partit Laburista meta l-Gvern ha l-binja ta' Freedom Press fil-Marsa. Il-binja li ghandha still Edwardian kienet mghammra b'palk shih, b'orchestra pit, dressing rooms u bi projection room ghac-cinema.

Kundizzjoni mportanti fic-cens kienet dik li din il-binja trid tinzamm fi stat tajjeb. Sfortunatament il-Partit Laburista halliha abbandunaha u halliha taqa bicciet. Mument minnhom il-PL ipprova jbieghha biex tintuza bhala supermarket izda l-bejgh ma sehhx. F'Ottubru li ghadda l-Gvern permezz tad-Dipartiment tal-Artijiet kiteb lil Partit Laburista sabiex fi zmien tlett xhur jiehu l-azzjoni mehtiega halli jirrestawra din il-binja. Ghaddew it-tlett xhur izda baqa' ma gara xejn.

Hadt gosta nisma l-bierah lis-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi jghid li qed jara flimkien mal-Avukat tar-Repubblika kif il-Gvern jiehu lura din il-binja lura halli jirrestawrha hu. Jaghmel sew il-Gvern li jiehu l-azzjoni legali kollha possibli halli jtemm il-kuntratt ta' cens li hemm. Hija tal-misthija kif il-Partit Laburista halli din il-binja tiggarraf u sahansitra tinharaq biex tispicca fl-istat tal-biki li qeghda fih illum. Niddubita jekk il-Kunsill Lokali ta' Pembroke, mmmexxi minn maggoranza tal-Partit Laburista, qattx caqlaq sebghu biex igieghel lil Partit Laburista jerfa r-responsabilitajiet tieghu. Jien nittama li ghallanqas sal-2015, mitt sena wara li nbniet, din il-binja tkun irrestawrata u wzata mill-komunita' li llum tghix gewwa Pembroke.

Jan 28, 2010

Gurnalizmu ambjentali

Din il-gimgha kelli l-opportunita’ nindirizza lil madwar 100 student li qed jippartecipaw fil-programm Young Reporters for the Environment. L-ghan principali ta’ dan il-programm, sostnut mill-Ministeru u mmexxi minn Nature Trust, hu li jhajjar kitba u gurnalizmu fuq l-ambjent. Fl-opinjoni tieghi hemm erba' punti principali li ghandhom jigwidaw lil dawk kollha li lesti jikkontribwixxu ghall-ambjent permezz tal-pinna taghhom.

L-ewwel: Hemm bzonn li permezz tal-pinna nghinu fl-apprezzament tal-wirt li ghandna, li sfortunatament mhux kulhadd ikun konxju minnu ghax ma kellux l-opportunita’ jifhem. Uzajt l-ezempju ta’ dawk li jwahlu l-madum tac-ceramika mal-faccata ta’ xi dar fil-qalba ta’ rahal. L-intenzjoni tkun tajba, dik li tifranka l-hin biex tnaddaf jew sahansitra biex taghmel il-faccata 'pulita'. Imma fil-fatt dik il-persuna qatt hadd ma jkun fhema li dak il-materjal ma jixraqx mal-materjali tradizzjonali tal-arkitettura tac-centru antic tar-rahal.

It-tieni: Li filwaqt li wiehed jaghmel sew li janalizza sitwazzjoni, mportanti li wiehed jidhol fil-fond tal-problema u mhux sempliciment imiss l-iskorca. Barra hekk ghalkemm hu mportanti li wiehed janalizza u fejn hemm bzonn jikritika b’mod kostruttiv, huwa daqstant importanti li wiehed jimpenja ruhu biex jaghti proposti fejn hu possibli.

It-tielet: Filwaqt li hu tajjeb li nikritikaw fejn mehtieg, jehtieg ikollna l-kuragg ukoll li nsostnu l-inizjattivi li jkunu qed jittiehdu favur bidla, anke jekk din tigi mill-Gvern. Hafna drabi meta l-Gvern jiehu decizzjoni biex iwettaq bidla, jispicca kkritikat minn dawk li ghandhom interess li l-bidla ma ssirx, izda ftit isib appogg fil-miftuh minn dawk li jkunu jaqblu, mis-silent majority. Hekk per ezempju meta jittiehdu inizjattivi favur facilitajiet ghall-immanigjar tal-iskart jew energija nadifa. Hafna drabi johrog b’sahtu n-NIMBY syndrome imma jibqghu siekta dawk li jemmnu fil-gid komuni.

Ir-raba: Jekk persuna tagħżel minn jeddha, li tidħol fix-xena pubblika permezz tal-posizzjonijiet li tiehu bil-pinna taghha, din trid tkun ukoll lesta li taċċetta skrutinju pubbliku għal dak li tikteb u ghal dak li taghmel. Persuna ma tistax tipretendi li tesponi dak li skond hi huma rregolaritajiet ta' haddiehor, izda mbagħad isib diffikulta’ li ssir diskussjoni wkoll fuq l-ghemil taghha.

Jan 27, 2010

Censura

Il-glieda bejn l-awtoritajiet Cinizi u l-Google qed tizviluppa b’mod interessanti imma aktar minn hekk tpoggi quddiemna fatt li sa llum hadna ‘for granted’. Ahna fid-dinja tal-punent nikkonsidraw l-internet bhala medium miftuh u hieles. Nahsbu li llum jew ghada, ic-censura u l-kontroll ikollhom ibaxxu rashom, anke fic-Cina. Mhux hekk jidher.

Ic-Cina halliet l-ewwel kumpaniji tal-internet joperaw 16-il sena ilu. Dahlu anke l-Google f’dan is-suq kbir izda mhux qabel kellhom jaccettaw ammont ta’ censura. Per ezempju, jekk iddahhal Tiananmen fuq Google fic-Cina, ma jitla’ xejn. Dak iz-zmien, il-Google kienet iggustifikat l-agir taghha u argumentat li kien l-ewwel pass lejn web Ciniza aktar hielsa.

Erba’ snin wara, l-Google qed jahsbuha kemmxejn differenti. Wara diversi websites li kellhom jinghalqu minhabba kontroll mill-awtoritajiet anke fuq materjal b’kontenut politiku, il-Google qed jheddu li jitilqghu mic-Cina. Jaghmlu x’jaghmlu l-Google, u wiehed jifhem kemm hi decizjoni difficli ghal negozju meta ghandek suq kbir bhal dak, l-internet fic-Cina jibqa’ u jissahhah. Wiehed minn kull hames persuni li juzaw l-internet fid-dinja (li llum ilahhqu l-1.7 biljun), joqghodu fic-Cina. Dak li jidher li qed jigri hu li c-Cina qed tizviluppa s-sistema taghha tal-internet, kompluta bic-censura!

Kif wissiet Hilary Clinton ftit tal-jiem ilu, in-networks ta’ informazzjoni jaghmlu l-gvernijiet aktar accountabl’ imma jistghu jintuzaw ukoll biex ‘ikissru l-kritika u jirfsu d-drittijiet umani’. Nizbaljaw jekk nahsbu li ghodda tintuza bl-istess mod minn kulhadd jew kif dejjem hsibna li ghandha tintuza. Wara Copenhagen, ic-Cina jista’ jkollha sorprizi ohra ghalina.

Jan 21, 2010

Promozzjoni ghal ikel bnin

Dalgħodu żort l-iskola primarja ta’ Santa Monika fil-Gżira, fejn kien qed isir ghall-ewwel darba tqassim ta’ kontenitur mimli laring frisk minghajr additives bhala parti mill-iskema ta' promozzjoni tal-frott u ħaxix fl-iskejjel. Din l-iskema, li hija supported b'ghajnuna ta' 75% mill-UE, se taghmilha possibli li ghallanqas l-istudenti ta' bejn 3 u 10 snin fl-iskejjel kollha jinghataw frott jew haxix darba fil-ġimgħa skond menu li jigi stabbilit kull xahar. L-ispiza din is-sena se tkun ta' madwar €300,000.

L-għan prinċipali ta’ din l-iskema hu li ndaħħlu fit-tfal tagħna d-drawwa li jibdew jagħżlu bħala is-snack tagħhom frott flok ikel ieħor. Il-qies tal-porzjon li jiehdu t-tfal inhadem skond rakkomandazzjonijiet tal-World Health Organization. Tfal bejn 3 u 5 snin se jinghataw porzjon ta' 50 gramma filwaqt li tfal ta' bejn 6 u 10 snin se jinghataw porzjon ta' 75 gramma bejn wiehed u iehor. It-tfal mhux biss se jingħataw il-prodotti izda se jircievu nformazzjoni dwar in-nutrienti tal-prodott. Din l-iskema se tghin lit-tfal japprezzaw dejjem aktar ix-xogħol tal-bdiewa tagħna u l-ħidma u s-sagrifiċċju li huma jagħmlu sabiex jipproduċi prodott frisk u bnin.

Tajjeb li wiehed isemmi li pajjizi oħra bħal Belgju u l-Irlanda bdew iħaddmu din l-iskema għal numru ta’ ġimgħat biss fis-sena bil-kumplament tal-ġranet jkunu l-ġenituri tat-tfal infushom li jridu jaħsbu biex jagħtu lit-tfal tagħhom frott u ħaxix magħhom l-iskola. Ċipru qed tħaddem l-iskema biss għal 6,000 student u hemm pajjiżi oħra li ddecidew li ma jintroducux l-iskema minkejja l-ghajnuna tal-UE.

Bhas-soltu hadt gost niltaqa mat-tfal, li maghhom verament niehu nitkellem ghax l-entuzjazmu u s-sincerita' taghhom bhal jaghtuni raguni ghalfejn nibqa naghti sehmi fil-hidma pubblika. Kieku l-kbar jitghallmu jkunu posittivi u ghatxana ghal gdid bhat-tfal ikollna socjeta' ferm aktar dinamika.