Wara d-diskors Michael Zammit Cutajar qalli "imqar kien jesprimi ruhu b'daqshekk sahha fl-imghoddi ghax forsi ma kienx jitlef". Fil-fatt tajjeb li wiehed ifakkar li Gore kien tilef l-istat ta' Miami bi ftit voti u konsegwenza ta' hekk l-elezzjoni Presidenzjali tas-sena 2000 minkejja li overall kien gab il-maggoranza tal-voti. Qbilt mieghu.
Wara li spicca jitkellem introducini ma' Al Gore il-Prim Ministru Olandiz, Jan Peter Balkenende, li ili nafu minn mindu kont attiv fiz-zghazagh Demokristjani Ewropej. Al Gore qalli mmedjatament li mn'Alla Malta 19-il sena ilu resqet is-suggett tal-klima quddiem l-Assemblea tal-NU. Qalli ukoll li Malta trid tishaq aktar fuq l-impatt tat-tibdil fil-klima u l-impatt ta' dan fuq il-gzejjer.
Fil-ftit minuti li ghamilt mieghu ghidtlu ukoll li bhalissa qed naqra l-ktieb gdid tieghu bl-isem "The Assualt on Reason". Frahtlu ghal mod car u skjett li bih kiteb primarjament fuq il-media u l-abbuz taghha. Bejnietna iddispjacini ghal mejjet li ma hadtx il-ktieb mieghi biex jiffirmahuli.
2 comments:
Ghaziz George - importanti li l-Gvern joqghid attent li l-poplu jkun nfurmat sew li jekk joghla l-prezz ta' l-ikel ma jinghadx li minhabba id-dhul ta'l-Ewro izda minhabba li fid-dinja kollha ghola l-prezz tal-qamh. Prosit ta' l-artiklu fit-Times tas-sibt fuq dan is-suggett.
George, nahseb ghandek ftit ta' zball f'dal-kumment. Al Gore ma tilifx l-elezzjoni kontra George Bush bi ftit voti. Fil-fatt hu kien rebah maggoranza ta' voti! Izda is-sistema elettorali Amerikana kienet zoppa bizzejjed biex taghti rizultat pervers, mhux wisq differenti minn dak li ra pajjizna fl-1981. Ironikament wara r-rizultat ta' l-1981, Malta kienet bdiet toqrob lejn gwerra civili, filwaqt li fl-Istati Uniti (li suppost hija l-paladin dinji tad-demokrazija) dan ir-rizultat kienu haduh qisu xejn m'hu xejn!
Post a Comment