
Wieħed minnhom, u zgur li fost l-aktar popolari huwa Xarabank. Kif jiġri b’mod regolari, il-programm ta’ nhar il-Ġimgħa li ġej kellu jkun diskussjoni bejn il-Prim Ministru u l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni. U hawn fejn waqgħet il-maskra li jipprova jpinġi l-Partit Laburista. Kontra kull mistenni, l-Partit Laburista għamel numru ta’ kundizzjonijiet biex jaċċetta din l-istedina, u dan kien ukoll segwit bit-tħabbira li l-Partit ma kienx qed jaċċetta l-invit!
Dan hu ripetizzjoni ezatta ta’ dak li ġara fil-ġimgħat u x-xhur ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet meta l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni u l-Partit Laburista għamlu bojkott lil Xarabank. Ilna nissusspettaw li l-Partit Laburista jħossu skomdu jiddiskutti fil-miftuħ u jippreferi li jitkellem waħdu ma’ folla li lesta tibla’ dak li kollu li jgħidulha. X’ħasra! B’din l-attitudni jitlef il-poplu Malti, il-pajjiz u d-demokrazija li tant ħdimna għaliha.