Jan 28, 2008

San Alwigi, l-Ilma u Young Enterprise

Nhar is-Sibt li ghadda kont mistieden minn grupp ta' studenti mill-Kullegg ta' San Alwigi li qed jippartecipaw fil-programm tal-Young Enterprise. Programm li jaghti opportunita' lil dawn l-istudenti zghazagh jahdmu bhala team biex jipromwovu prodott u jlaqqaghhom b'mod dirett mad-dinja tal-kummerc.

Dawn iz-zghazagh ghazlu li jaghmlu kampanja ta' marketing ta' aerator zghir msejjah “Aqua Clic” li jehel mal-vit sabiex inaqqas il-volum tal-ilma li wiehed juza.

Hadt gost nara l-presentation professjonali li ghamlu dawn is-sittax il-zaghzugh u zaghzugha. Ghamlu kit b'look professjonali inkluz b'leaflet u cd informattiv. Tinduna li din l-esperjenza haduha b'serjeta' kbira.

Fil-kelmtejn li ghamilt, irringrazzjajthom talli ghazlu l-konservazzjoni tal-ilma bhala t-tema principali tal-marketing campaign taghhom. Risorsa li xi kultant ahna niehduha wisq for granted u ma nibzghux bizzejjed ghaliha. Spjegajt li xi kultant ninsew l-fatt li tlett itfal imutu kull minuta li tghaddi minhabba nuqqas ta' access ghall-ilma nadif ! Din ir-risorsa aktar ma jghaddi z-zmien aktar se ssir importanti, specjalment bil-bidla fil-klima.

Jan 27, 2008

Esperjenza mill-isbah.

Illum wara nofsinhar il-Prim Ministru u jien konna prezenti ghall-event "ESPERJENZA l-Majjistral - Park ta’ Natura u Storja". It-temp habbna u n-nies irrispondew sew. Nies ta' kull eta' li gew hemm igawdu l-ambjent naturali u storiku ta' dan il-park li fih medda ta' art hames darbiet daqs il-Belt Valletta.
Impressjonajt ruhi bil-mijiet ta' nies li gew biex jimxu f'dan il-park, li kif qaluli hafna minnhom kienu ghadhom qatt ma gew fih. Mijiet ippartecipaw f'guided walks, liema mixjiet se jibqghu jkunu organizzati kull Sibt u Hadd.

Il-Prim Ministru u jien assistejna ukoll ghall-iffirmar tal-ftehim bejn il-Gvern u tlett NGOs li jaħdmu fis-settur ta’ l-ambjent, Din l-Art Ħelwa, Gaia Foundation, u Nature Trust li se jmexxu flimkien mal-Gvern dan il-Park skond Pjan ta’ Mmaniġġjar li jirregola l-attivitajiet li jsiru fis-sit tal-Park. Il-pjan manigerjali gie diskuss f’diversi laqgħat mal-pubbliku u kien hemm parteċipazzjoni estensiva kemm ma l-għaqdiet mhux governattivi u anke ma’ entitatjiet privati u ohrajn pubblici.

Wara li fil-gimghat li ghaddew sar xogħol ta’ tindif ta’ skart minn fuq is-sit b’medja ta’ erba’ trakkijiet kuljum, f'Settembru l-Bord Manigerjali, taht it-tmexxija ta' Dr.Stanley Zammit, flimkien mal-MEPA u mal-Ministeru tal-Ambjent ssottometta proposta halli jkunu investiti madwar €3.0 milljuni mill-Fondi Strutturali tal-UE fir-riabilitazzjoni tas-sit, l-istabbiliment ta’ Visitors centre, restawr tas-siti arkeologici kollha, restawr ta’ hitan tas-sejjiegh u restawr ta’ ambjenti naturali.
Ghal aktar informazzjoni idhol fuq: www.majjistral.org

Minn miżbla għal park rikreattiv

Is-Sibt wara nofsinhar il-Prim Ministru u jien zorna l-ewwel parti tal-mizbla tal-Maghtab li giet landscaped. Meta nhares lura u nara minn fejn tlaqna bilkemm nista nemmen li wasalna f'dan. Li kieku ma ksibniex progress sostanzjali fir-rijabilitazzjoni tal-miżbla antika tal-Magħtab, kieku llum ma konniex inkunu f’pożizzjoni mmorru hemm biex naraw it-trasformazzoni tal-parti t'isfel tal-mizbla l-antika tal-Maghtab.

Parti importanti mir-rijabilitazzjoni kien it-trattament tal-gassijiet li joħorġu mill-miżbla. Għal dan diġa intefqu €4 miljuni mit-€8.8 miljuni li hemm allokati għal dan il-proġett. Studju reċenti wera li mhux biss mexjin fit-triq it-tajba, iżda li r-riżultati li qed iħalli dan il-proġett huma eċċellenti. S'issa tħaffru aktar minn 90 bir għall-estrazzjoni tal-gass izda fadal madwar 500 ohra x'jithaffru.

Is-sit bħal issa qed jiġi imħawwel b’diversi sigar u arbuxelli indiġeni li jifilħu kemm għar-rh kif ukoll għal-melh fl-arja ta’ dawn l-inħawi. S'issa diġa tħawwlu ma’ l-2,100 arbuxell u ħxejjex oħra. Dawn kollha tkabbru fin-Nursery ta’ Wied Inċita. Diġa ġiet installata sistema ta’ irrigazzjoni biex dawn ikunu jistgħu jibqgħu jissaqqew fis-sajf. Shaun Wallis f'isem l-HSBC offra 30,000 euro ghas-sigar.

Il-holma taghna li din il-mizbla li kienet thamrilna wiccna sa ftit tas-snin ilu nitrasformawha f'zona kbira ta' rikreazzjoni ghall-familja maltija bdiet is-sehh. Biex naghmlu dan hu mistenni li fis-snin li gejjin irridu nonfqu mat-30 Miljun Euro iehor.

Jan 26, 2008

L-esperjenza Taljana ghanda tghallimna !

Il-ġrajjiet ta’ l-aħħar jiem fl-Italja, li wasslu għall-waqgħa tal-Gvern immexxi minn Romano Prodi, ġegħluni nirrifletti. Kien hemm numru ta’ raġunijiet li wasslu għal din il-krizi, pero zgur li waħda minnhom kienet is-saħħa zejda li ngħatat lill-partiti z-zgħar permezz tal-liġi elettorali li kien approva l-Gvern ta' Berlusconi.

Dan wassal sabiex il-maggoranza ta' Prodi kien ffurmat minn numru kbir ta’ partiti li ħafna minnhom sabu posthom fil-Parlament minkejja li kellhom persentaggi zgħar. Il-Gvern li jifforma parti minnu fl-Italja waqa’ minħabba s-saħħa li ngħataw il-partiti z-zgħar u li ħolqu instabbilta’. Fost il-partiti li kienu qed jaghtu l-appogg lil Prodi insibu lill-Hodor, li wiehed mid-deputati taghhom huwa Arnold Cassola.

Issa li l-Gvern tac-centru xellug ta' Prodi waqa, hemm insistenza kbira li jigi ffurmat gvern provizorju li jiehu hsieb jibdel il-ligi elettorali halli jbiddel din is-sitwazzjoni halli eventwalment kwalunkwe gvern ikollu aktar stabbilita' u sahha ta' governabilita'.

Hawn Malta hawn minn irid li l-partiti z-zghar li jgibu persentaggi zghar fl-elezzjoni jkunu raprezentati ukoll fil-Parlament taghna. Fost dawn insibu lil Arnold Cassola stess.

Filwaqt li jien favur aktar partiti fix-xena politika, nahseb li l-esperjenza ta’ l-Italja għandha tgħallimna li l-partecipazzjoni ta' partiti zghar fi Gvern iggib instabbilita' kbira. L-Italja hi l-aktar pajjiz li kellha gvernijiet minn wara l-Gwerra ‘l hawn u dan għaliex kellhom sistema elettorali li tat saħħa sproporzjonata lill-partiti z-zgħar. Meta t-Taljani emendaw il-liġi kellhom gvern, dak ta’ Berlusconi ta’ bejn l-2001 u l-2006 li dam leġislatura sħiħa!

Imma mbaghad gara li meta Berlusconi xamm li se jitlef, biddel il-ligi halli jekk jitla Prodi itelliflu s-sahha tal-Gvern tieghu halli ma jkollux hajja twila. U hekk gara !

Jan 20, 2008

Baqar aktar kuntenti !

Il-bierah zort wiehed mill-farms tal-baqar li ghandna f'pajjizna vicin il-Qrendi. Is-sidien tar-razzett, Pawlu u ibnu Karmenu li ghandu 27 sena, huma fost dawk li hadu ghajnuna halli jkunu jistghu jtejjbu l-infrastruttura tar-razzett taghhom biex jigi up to EU Standards.

L-aktar haga li laqtitni hija li bit-titjib li sar, mhux biss tjiebet il-kwalita' tal-halib li jaghtu l-baqar izda zdiedet anke il-kwantita' tal-halib, tant li l-volum zdied b'56% u bl-istess ammont ta' baqar. Dan juri li anke l-baqar, bhan-nies, aktar ma tatihom kundizzjonijiet tajba, aktar jiproducu ! Rajt ritratti ta' kif kien ir-razzett qabel. Il-baqar kienu jistriehu fuq art iebsa, id-demel kien jithalla jakkumula aktar tahthom, ma kellhomx saqaf fuq rashom u allura kien jaqilghu xeba xemx, u l-ghalf ma kienx protett.

Issa l-baqar jistriehu fuq saqqu litteralment merfugh mill-art, ghandhom sistema mekkanika li tigbor id-demel, ghandhom saqaf fuq rashom u l-ghalf taghhom huwa totalment nadif u sustanzjuz. Barra hekk jinhelbu go milk parlour modern, totalment igeniku u awtomatiku. Tinzamm data elettronika ta' kull baqra meta tinhaleb biex ikun hemm tracibility kompleta. Id-data tiehu hsiebha l-mara ta' Karmenu, omm zaghzugha.

Ir-rahhala matul l-ahhar 3 snin se jkunu hadu mal-4 Miljun Euro. Din l-ghajnuna waslet biex illum ghandna: 1. livell ghola ta' animal welfare, 2. sistemi ahjar ta' waste management halli jonqos bil-kbir l-impatt fuq l-ambjent, 3. il-hajja tar-rahhal saret aktar facli ghalkemm xorta ghadu xoghol iebes u 4. il-konsumatur qed igawdi halib ta' kwalita' ahjar.

Jan 15, 2008

Intolleranza anti-demokratika u anti-kulturali

Illejla il-Papa Benedetto XVI habbar li mhux se jattendi il-ftuh tal-Universita' La Sapienza ta' Ruma nhar il-Hamis li gej. Il-Papa jidher li ha din id-decizzjoni wara l-kontestazzjoni harxa li ghamlu grupp ta' studenti u anke ghalliema li ma riedux li l-Papa jattendi l-ftuh tas-sena skolastika. Din il-protesta ilha tinhema mit-22 ta' Novembru meta grupp ta' "professuri lajci" kitbu ittra miftuha fejn ipprotestaw kontra l-presenza tal-Papa fl-Universita'.

Il-protesta hadet forma aktar qawwija llum meta grupp ta' studenti u "professuri" okkupaw l-ufficcji tar-Rettur tal-Universita', li stieden lill-Papa biex izur l-Universita' u jaghmel diskors lill-ghalliema u l-istudenti.

Fl-opinjoni tieghi din il-protesta hija tebgha qawwija ghat-tolleranza li suppost turi d-dinja lajka. Filwaqt li nemmen li kulhadd ghandu dritt jesprimi ruhu kif ikoss, nemmen bil-qawwa li dan huwa att gravi li juri biss intolleranza anti-demokratika u anti-kulturali. Naqbel bis-shih ma' dak li qal ir-Rettur tal-Universita' meta qal li "il-laqgha mal-Papa setghet tirraprezenta mument importanti ta' riflessjoni, kemm ghal dawk li jemmnu kif ukoll ghal dawk li ma jemmnux f'Alla, fuq problemi etici u civili".

Ghandhom ragun hafna mill-politici kemm tal-lemin u tax-xellug li urew l-ghadab taghhom ghal dan l-attegjament intolleranti.

Il-Prim Ministru Prodi «din hija klima li ma taghmilx unur lit-tradizzjoni ta' civilta u tolleranza tal-Italja». Il-leader tal-Partit Demokratiku, Walter Veltroni qal «attegjament bhal dan jaghmel hsara lid-demokrazija u l-liberta'». Berlusconi qal «dan huwa fanatizmu li ma ghandux rabta mat-tradizzjoni lajka».

L-uniku zewg politici li iddistingwew ruhhom mill-kor ta' politici li esprimew kondanna kontra din l-intolleranza kienu s'issa il-mexxej Radikali, Marco Pannella, u s-Senatur tal-Partit tal-Hodor, Giampaolo Silvestri, li esprima solidarjeta' mal-lecturers li hassew li kienet zbaljata l-istedina tar-Rettur.

Jan 13, 2008

Kuncert tal-genn !

Il-kuncert tal-bierah filghaxija f'Dar il-Meditterran fl-okkazzjoni tal-introduzzjoni tal-Euro kien bomba ! Miriam Gauci, Joseph Calleja u l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali kienu sempliciment stupendi taht it-direzzjoni tal-Maestro Michael Laus.

Definittivament hallew toghma tajba hafna mhux biss lill-Maltin prezenti izda anke lill-mexxejja barranin.


L-interpretazzjoni ta' Miriam Gauci u Joseph Calleja ta' Parigi O Cara mill-La Traviata ta' Verdi kienet eccezzjonali. Irnexxielhom jinsgu l-vucijiet veru tajjeb u hargu l-qawwa tal-vuci taghhom.

Laqtitni hafna ukoll il-komposizzjoni Malta Suite ta' Mro.Charles Camilleri. Il-bierah l-ewwel darba li smajtha u rrid nghid li l-arrangamenti il-veru nteressanti. Il-mod kif irnexxielu jorbot flimkien dawk il-bicciet ta' muzika tradizzjonali maltija biex jaghti komposizzjoni melodjuza ta' 'l fuq minn kwarta kien veru stupend.

Grazzi hafna. Ghamiltulna gieh. Prosit !

Jan 11, 2008

Aktar trasparenza u efficjenza

Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-MEPA, nediet is-sistema ta’ l-e-Application. Din is-sistema hija aċċessibli mill-website http://www.mepa.gov.mt/ u tippermetti lill-pubbliku jara dettalji ta’ l-applikazzjonijiet, jissottometti u jħallas l-applikazzjonijiet online kif ukoll jibagħt u jirċievi korrispondenza f’forma diġitali.

Għalkemm din is-sistema bdiet tintuża bi prova biss ftit xhur ilu, diġa irceviet rikonoxximent sinifikanti kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment.

Minbarra li ser tnaqqas l-ammont ta’ karti li jintużaw fl-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet u żżid l-effiċjenza ta’ l-Awtorità, għalija l-veru sabiħ ta’ din is-sistema state of the art hija li fin-natura tagħha, din qed tkompli tiffacilita l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet mill-Awtorità.

Fuq kollox se taghmel hajjet il-periti hafna aktar facli biex jissottomettu applikazzjonijiet u jikkorrispondu mal-MEPA. Fil-fatt, il-periti kolha reġistrati mal-MEPA ser ikollhom aċċess għad-dettallji ta’ kull applikazzjoni, mhux biss dawk li jisottomettu huma.

Dan huwa pass iehor biex naghmlu lill-MEPA ukoll aktar trasparenti. Xi hadd dan l-ahhar qalli li l-MEPA thallas prezz gholi ghat-trasparenza taghha ghax tesponi aktar innifisha ghal kritika. Ir-risposta tieghi kienet: Iva ghax hekk irridu. Irridu li lill-pubbliku niffacilitawlu l-harsa tieghu fuq l-operat tal-MEPA.

Jan 6, 2008

Napli teghreq fl-iskart

Meta tara minn xhix ghaddejja l-belt ta' Napli u r-regjun tal-Campagna fi Sqallija bilfors tasal ghall-istess konkluzzjoni tal-President Taljan, Napolitano, "Mhux biss inhossni nkwetat, inhossni allarmat !".

Sa ftit taz-zmien ilu l-iskart ta' n-naha ta' isfel tal-Italja kien jigi trasportat lejn pajjizi Ewropej ohra jew jintefa f'mizbliet illegali. Issa li dawn il-pajjizi Ewropej ma baqghux jaccettaw l-iskart, Napli u r-regjun spicca jerqghu fl-iskart. Bhas-soltu l-ebda komunita' ma trid il-facilitajiet hdejha u qamu l-protesti. Sfortunatament spiccaw ghaddew is-snin u hadd ma ddecieda.

Inhossni kburi li fl-ahhar erba' snin imxejna kontra l-kurrent biex ma nispiccawx fl-istess sitwazzjoni ta' Napli. F'certi mumenti hassejna ruhna wahedna, izda komplejna ghaddejjin minkejja t-theddid u t-tfixkil. Konna certi li s-soluzzjonijiet li konna qed noffru kienu soluzzjonijiet li ghalkemm mhux popolari kienu mehtiega. U mn'alla ghamilna hekk.

Illum li ghandna engineered landfills, illum li qbadna sew ir-ritmu tar-riabilitazzjoni tal-Maghtab u Wied Fulija, illum li ghandna inceneratur state of the art fil-Marsa, illum li wasalna biex nibdew inhadmu l-impjant ta' Sant'Antnin, bilkemm ma nahsbux li kollox waqa mis-sema.

Problemi ghad ghandna. Izda fil-qasam tal-immanigjar tal-iskart zgur li urejna li kapaci nsibu soluzzjonijiet minghajr terremoti. Pier Ferdinando Casini llum akkuza lill-Ministru tal-Ambjent Taljan, Pecoraro Scanio. li jmexxi ukoll l-Partit tal-Hodor, li s'issa kien biss "il signor no", jghid le ghal kollox. Jekk ghandux ragun jew le Casini ma nafx. Li hu zgur huwa li f'Napli hemm bzonn min jiddeciedi u jimxi kontra l-kurrent inkella se jibqghu jerqghu fl-iskart !

Fl-ahhar tax-xahar jibda jahdem l-impjant ta' Sant'Antnin

Il-bierah filghodu il-Prim Ministru u jien zorna x-xoghlijiet li qed isiru fl-Impjant ta' Reciklagg f’Sant Antnin. L-ewwel parti ta' dan l-impjant, il-Mechanical Recycling Facility, li tkompli tissepara l-materjali li jingabru mis-Siti ghas-Separazzjoni tal-Iskart (Bring In Sites) se tibda tahdem sal-ahhar ta' dan ix-xahar.

L-Immodernizzar ta’ l-impjant f’Sant Antnin qed isir b’investiment ta’ €27 miljun. 70% huma fondi ta’ l-Unjoni Ewropea filwaqt li t-30% l-oħra ser jinħarġu mill-Gvern Malti.

Huwa ta' sodisfazzjon ghalija li ninzel f'dak l-impjant u nara x-xoghol ghaddej b'ritmu mghaggel wara l-konfrontazzjoni kollha li kelli niffacja fuq dan l-impjant. Ma ninsewx li d-deputat tal-Parlament Ewropew, Joe Muscat, kien qal li hu se jifriza l-fondi tal-U.E. u l-mexxej tal-Alternattiva Demokratika kien qal "dan l-impjant ma jinbeniex". L-interpretazzjoni tal-Kummisjoni Ewropeja - li l-proċess ta’ l-applikazzjoni tal-proġett ta’ Sant Antnin kien wieħed validu turi biċ-ċar kemm kienu żbaljati dawk li pruvaw ifixxklu l-proċess.

Kellu ragun il-Prim Ministru jghid il-bierah "il-bżonnijiet li għandna illum biex nimmanġġjaw aħjar l-iskart jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet għaqlin li kien ħa l-Gvern biex ittejjeb l-effiċjenza f’dan l-Impjant.”

Fid-dawl ta’ dan l-iżvilupp f’ Sant Antnin, għaddejjin taħdidiet mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Korpi Kostitwiti kollha sabiex titnhieda skema li taħseb sabiex jinġabar skart riċiklabbli minn wara l-bieb li għandha tikkumplimenta l-bring in sites .

Jan 4, 2008

Tislima lil Robbie Naudi

Il-bierah sar il-funeral tal-ex deputat Parlamentari it-Tabib Robert Naudi. Iddispjacini hafna li ma kontx prezenti ghall-funeral tieghu. Waqt il-hin tal-funeral kont fuq l-ajruplan minn Parigi.

Ili naf li-Tabib Naudi minn mindu kont ghadni ta' eta' zghira hafna ghax kien it-tabib tal-familja. Kien ragel gentlom hafna. Ta' ftit kliem. Kien deputat tal-Partit Laburista, izda minkejja li kien jaf li ommi u missieri ma kenux tal-istess opinjoni politika xorta kien juri lejna l-ikbar rispett. Kien hemm l-akbar rispett reciproku.
Niftakar li kull meta kien jigi d-dar dejjem kien jistaqsini kif sejjer l-iskola u jinsisti mieghi li nkompli nistudja.
Robbie, kif hafna kienu jafuh, kien elett deputat fl-1976 u l-1981. Kien attiv ukoll fil-Kunsill Pastorali tal-Knisja tal-Imsida. Minn hawn nixtieq insellimlu u nittama li flimkien ma' huh Anton, li huwa l-President tal-Melita Football Club, ftit granet ohra inhawlu sigra bhala memorja tieghu.

Jan 1, 2008

L-Ewwel tas-Sena mimli kultura !

Illum morna nduru xi postijiet f'Parigi. L-ewwel post li morna kien is-Cite' des Sciences et de l'Industrie. Sfortunatament hafna mill-wirjiet kienu maghluqa. Ma konniex nafu imma ghallanqas kien miftuh il-Géode.

Il-Geode huwa wiehed mill-akbar geodesic domes fid-dinja u l-ewwel Omnimax movie theatre fi Franza. Rajna l-film LA LÉGENDE DE L'ÉTALON NOIR (The Young Black Stallion). Il-film, mahdum minn Simon Wincer ghandu immagini tal-genn.

Ghandu storja straordinarja ta' hbiberija bejn tifla u ziemel lejn l-ahhar tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-Arabia. It-tifla Neera ssemmi liz-ziemel Xitan, "born of the sands, sired by the night sky, drinkers of the wind."
Wara morna komplejna nduru Parigi. Il-Metro tberikha kemm hi tajba u efficjenti. Il-bard imma mhux kesha li ma tissaportix. Se nhallikom ghax se mmur niekol !

L-ahhar tas-sena f'Parigi

Bhalissa qieghed Parigi flimkien mal-mara u t-tifla ghal holiday qasir. Il-bierah morna naraw il-ballet Nutcracker fit-Teatru ta' l-Opera ta' Bastille.

Meta l-ex President Franciz, Francois Mitterrand, kien iddecieda li jibni dan it-Teatru, id-disinn kien qajjem polemika shiha. Pero addass rasu u ghamilha. Il-bierah li rajtu minn barra u dhalt gewwa ikolli nammetti li mnella ghamel ta' rasu.

L-istorja ta' dan il-ballet kienet miktuba minn Hoffmann u l-koreografija kienet giet mahluqa mill-mibki Rudolf Noureev. Spettaklu li hallina bla nifs. Id-danza u x-xenarju kienu bellezza. Hadu sehem il-primi ballerini u le Corps de Ballet bil-partecipazzjoni ta' madwar 24 tifel u tifla ta' l’École de Danse ta' l-Opera.

Wara morna sal-Champs Elysees fejn isiru l-akbar festegjamenti tal-bidu tas-sena. It-triq mixghula veru sabih u nteressanti li din is-sena ntuzaw dwal energy saving. Hu kkunsidrat li gew iffrankati eluf ta' Ewro.