L-art tinsab eżatt ħdejn il-post li diġa għandha din l-organizzazzjoni f’din iż-żona. L-idea li ħarġu biha Noah’s Ark biex jużaw din l-art f’Għajn Tuta fil-Mellieħa bħala park għall-klieb timxi id f’id mal-ħidma tal-Gvern biex titrawwem aktar kuxjenza favur il-harsien ta’ l-annimali.
Dan il-management agreement huwa prova ohra ta’ kemm dan il-Gvern jemmen f’organizzazzjonijiet non-governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-ħarsien ta’ l-annimali.
Din is-sena żidna n-nefqa f’dan is-settur b’allokazzjoni ta’ €350,000 (Lm150,000) sabiex tingħata għajnuna lill-għaqdiet volontarji f'dan il-qasam f’pajjiżna. €175,000 (Lm75,000) minn dawn ser jintużaw għal titjib tal-faċilitajiet ta’ dawn l-NGO’s. Għal dan l-għan twaqqaf l-Adjudication Panel ta’ 3 persuni li ser ikunu qed jevalwaw il-proposti li jidħlu għal titjib ta’ faċilitajiet simili.
Il-€175,000 (Lm75,000) l-oħra se jintużaw biex flimkien mal-NGOs jinbeda programm nazzjonali għan-neutering tal-qtates u l-klieb.
Qed ngħinu ukoll lil dawn l-NGOs billi niprovdu ħaddiema tal-gvern li jkunu trasferiti fuq talba taghhom biex jaħdmu fis-santwarji.
Intant, il-MEPA ħarġet il-permess ta’ żvilupp ta' After Care Animal Centre f’Ta’ Qali. Ħareġ ukoll it-tender biex jibda l-bini ta’ dan iċ-Ċentru liema tender ser jagħlaq fi żmien ħmistax oħra. Din il-facilita' se timla vojt kbir li ghandna f'pajjizna.

Jien nemmen li pajjiz jitkejjel kemm hu civilizzat mhux biss kemm jiehu hsieb il-bniedem imma anke minn kemm ihares l-annimali.
1 comment:
Xi hlew ta' ritratt George!!!
Post a Comment