Aug 17, 2008

Phelps il-Bullet

Michael Phelps dalghodu rebah it-tmien medalja tad-deheb tieghu fl-Olympics ta' Beijing biex issa kiser ir-rekord ta' Mark Spitz li kien rebhah 7 fl-1972. Dalghodu rebah bhala parti minn team fil-4x100m medley. S'issa rebha b'kollox 14-il midalja tad-deheb fl-Olimpiadi, 16 b'kollox.

Kienet tigrija li poggiet lil Phelps ta' 23 sena fl-istorja tal-Olimpiadi, ghallanqas dawk moderni. It-team Amerikan qiesu ried jaghmilha bil-kbir ghax irnexxielu ukoll jistabbilixxi world record time b'hin ta' 3 minuti u 29.34 secondi. Il-midalja finali tieghu ma kenitx minghajr diffikulta. Qabez ghat-third leg tal-butterfly bit-team Amerikan fit-tielet post imma rnexxielu jgibhom fil-vantagg.

Ghogobni l-kumment ta' Phelps wara t-tigrija : "Nothing is impossible. With so many people saying it couldn't be done, all it takes is an imagination." Xi spirtu dak ! Ghandu kuragg aktar u aktar meta tiftakar li Michael meta kien teenager kien ibghati mill-Attention-Deficit Hyperactivity Disorder. Fl-Olimpiadi ta' Sydney fl-2000 fl-eta' ta' 15-il sena kien sar l-izghar ghawwiem Amerikan li qatt irraprezenta lil pajjizu.

Phelps maghruf bhala l-Baltimore Bullet fl-eta' ta' 23 sena, ghandu futur quddiemu. Ghadu zghir bizzejjed biex izid ir-rebh ta' aktar midalji ma' ghonqu fl-Olimpiadi ta' Londra tal-2012 !

Nsellimlek Joe

Din il-gimgha halliena Joe Mercieca, lecturer magħruf tal-ġurnaliżmu, u wieħed mill-ġurnalisti veterani. Joe ħadem fost l-oħrajn għal 16-il sena sħaħ ma' The Times. Joe, li miet fl-eta' ta' 63 sena, mhux biss kien jagħti lectures fil-Komunikazzjoni fl-Universita' ta' Malta iżda serva wkoll bħala Koordinatur ta' l-Istudji tal-Ġurnalizmu fiċ-Ċentru għat-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni fl-istess Universita'.

Ili naf lil Joe minn mindu kelli xi 16-il sena meta bdejt inkun attiv fl-SDM. Kont immur l-Ambaxxata Amerikana, fejn huwa kien jahdem bhala Ufficjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi, nissellef xi kotba jew materjal viziv iehor u kont niehu gost inkellmu. Kien jitkellem b'passjoni izda car u korrett fi kliemu. Kellu pinna mirquma u trasparenti.

Bqajt okkazjonalment inzomm kuntatt mieghu. L-akbar dizappunt li kellu kien dak li fil-perjodu li kien Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet tal-PBS ma kienx irnexxielu jirriforma dik li kienet bejta ta' gurnalista b'agenda favur il-partit Laburista. Ma riedx jibni newsroom li tara kulur wiehed izda ried li l-gurnalisti tal-PBS, kif qalet gurnalista tal-PBS stess, "to report simply, without inventions, without omissions, everything that is true". Dak iz-zmien Joe ghadda minn zmien difficli anke ghax kien hemm min fetah il-kanuni tieghu fuqu.

Aug 11, 2008

Ezempju ta' solidarjeta'

It-traġedja li laqtet lill-persuni li kienu fuq il-lanċa tas-sajd Simshar għadha fuq fomm kulħadd. Disgrazzja kbira li ħalliet ferita fost il-familjari tal-vittmi ta’ din id-disgrazzja kif ukoll fost il-komunita’ ta’ sajjieda Xlukkajri.

Kif diġa kelli okkazjoni ngħid, minn din it-traġedja hemm x’wieħed jitgħallem, mhux l-anqas l-ezempju ta’ solidarjeta’ li taw is-sajjieda hekk kif ġew iffaċjati b’dizgrazzja kbira. B’sodisfazzjon ngħid li issa li għaddew ftit jiem mhux ħazin minn din id-dizgrazzja, dawn l-atti ta’ solidarjeta’ għadhom ma ntemmux u kien ta’ pjaċir għalija li l-bierah filgħodu zort lil wieħed mis-sajjieda veterani f’Marsaxlokk, Toni Carabott li kien għaddej b’maratona ta’ rbit ta’ snanar bl-iskop li jinġabru fondi għall-familjari tal-vittmi tas-Simshar. Wara li zort lil Toni, mort ukoll inzur lil Simon Bugeja li qed jirkupra d-dar.

Irrid infakkar li l-Ministeru, flimkien maz-zewġ Koperattivi tas-Sajd ewlenin, niehda fond fejn wieħed jista’ jgħin lill-familjari tal-vittmi ta’ din id-dizgrazzja. Il-kontijiet bankarji huma kif ġej:
Bank of Valletta plc Numru tal-Kont 40017401487; u
HSBC Bank Malta plc Numru tal-Kont 089020028050.

Il-ġest ta’ Toni huwa ta’ min ifaħħru, ghax permezz tieghu ngabru madwar €8,500. Il-Koperattivi tas-Sajjieda diga gabru bejniethom mal-€16,000. Dan hu s-sabiħ tal-poplu Malti. Poplu passjonali, li ma jiddejjaq xejn jargumenta fuq kollox. Pero poplu li f’mument ta’ diffikulta’ ssibu lest li jgħinek u jagħtik minn tiegħu.

Jekk għall-inqas nieħdu dan l-ezempju minn din id-dizgrazzja, nkunu qed naċċertaw li t-traġedja tas-Simshar ma seħħitx għalxejn.

Aug 10, 2008

Prosit Blues !

Il-bierah filghaxija mort nara l-loghba waterpolo Sliema vs Neptunes flimkien mat-tifla. Irbahna kontra r-rivali eterni bl-score ta' 12-10, biex b'hekk issa r-rebh tal-kampjonat, wara 4 snin, jidher aktar vicin.

Kienet loghba kombattuta ghalkemm is-Sliema dejjem kienu minn fuq. B'mod generali kienu kkoncentrati, ghalkemm kien hemm mumenti specjalment fit-tielet sessjoni fejn tilfu l-koncentrazzjoni u qalghu goals li setghu facilment gew evitati.


Laghab loghba eccezzjonali l-goaler tas-Sliema, Josie Cachia li salva diversi shots. Laghab ukoll loghba tajba l-Ungeriz Rajmund Fodor. Ghogobni fil-mumenti li kien uzat, iz-zaghzugh Daniel Paolella, t-tifel ta' Peter, l-ex player u coach tas-Sliema.

Biex inkun onest meta jilghabu Sliema kontra Neptunes ghadni nkun ecitat. Ir-rivalita' bejn il-hbieb hija qawwija. Hekk kif spiccat il-loghba bghatt xi erba' smss lil xi hbieb li s-soltu jibghatuli xi botti ! Issa d-daqqa tieghi. Prosit Blues !

Clean-Up fil-Mellieha

Il-bierah filghodu mort sal-Mellieha fejn il-Kunsill Lokali t'hemmhekk organizza Clean-Up. Hadu sehem diversi ghaqdiet tal-lokal u persuni. Impressjonanti x'gabru. Minn kollox ! X'hasra. Irrid nghid li fl-ahhar snin sar titjib, imma ghadni ma nistax nifhem kif f'pajjizna ghandna servizz b'xejn tal-Bulky Refuse u facilitajiet tas-Civic Amenity Sites u certi nies xorta jiddeciedu li jnittnu l-kampanja minflok ma juzaw servizzi bhal dawn.

Il-kwistjoni tal-indafa pubblika se tinghata priorita' fil-gimghat li gejjin. Fost affarijiet ohra se niehdu inizjattivi biex 1) ikunu nstallati madwar 1,200 litter bin gdid f'postijiet li huma mantenuti mill-Gvern Centrali u f'zoni turistici, 2) se ninfurzaw regolamenti aktar stretti fuq kif jitghattew it-trakkijiet tal-industrija tal-kostruzzjoni, 3) se nimpenjaw aktar nies biex jaghtu semhom biex jingabar l-iskart anke billi f'Ottubru se norganizzaw Clean-Up Weekend, 4) se ninstallaw numru ta' CCTVs f'postijiet fejn jintefa hmieg u 5) se norganizzaw kampanja aggressiva fuq il-media favur l-indafa.


Fost it-Taqsimiet li jaqghu taht il-Ministeru tieghi hemm il-Cleansing Services Department li jaghmel xoghol tajjeb hafna, ghalkemm irrid nammetti li hemm fejn wiehed jista jtejjeb anke b'uzu ta' aktar makkinarju. Il-haddiema jaghtu semhom imma anke l-bierah esprimew mieghi d-dizzappunt taghhom li meta jkunu ghadhom kemm nadfu post, wara ftit dan jerga jsir mandra.


Irridu nkomplu nfehmu bis-sewwa imma rriedu nkunu lesti ukoll li nfehmu bid-dnewwa lil dawk li huma egoistici u jtellfu mis-sbuhija ta' pajjizna. Anke hawn hemm bzonn il-hidma tal-hafna.

Aug 8, 2008

Cerimonja mpressjonanti !

Għadni kif rajt iċ-ċerimonja ta’ l-inawgurazzjoni ta’ l-Olimpjadi ta' Beijing, waqt li qed nghum fil-karti fl-ufficcju. Ċerimonja impressjonanti! Laqatitni l-precissjoni ta' dawk l-mijiet jew mhux eluf ta' nies fil-parti tal-bidu, specjalment kif issinkronizzaw id-dawl tal-countdown mad-daqqiet fuq l-ispeci ta' tnabar.

L-istennija għaddiet u llum bdiet id-29 edizzjoni tal-logħob olimpiku. Iċ-Ċina għamlet li setgħet biex dawn il-logħob iservu ta’ vetrina għall-progress li għamel dan il-pajjiz fl-aħħar snin. Mill-lenti ta’ perit, irrid ngħid li b’dan il-logħob iċ-Ċinizi bnew ukoll ftit ġawhar arkitettoniku, bħalma hu l-istadium olimpiku.

Nittama li l-ħmistax li ġejjin ikunu festa ta’ sport, pero ma jistax jonqos li l-argumenti politiċi marbutin maċ-Ċina ma jsirux ukoll. Mill-jum li fih intgħazel Beijing biex jospita l-logħob, smajna fuq li smajna fuq ir-rekords tad-drittijiet tal-bniedem taċ-Ċina, speċjalment fir-rigward tal-oppressjoni fit-Tibet.

Nemmen li dawn huma issues li wieħed għandu jitkellem fuqhom u jinsisti għal soluzzjonijiet pero nemmen ukoll li l-isport għandu wkoll rwol importanti x’jaqdi, lil hinn mill-politika. L-olimpjadi huma mezz importanti kif iġib persuni, aktar milli pajjizi, jikkompetu ma’ xulxin f’atmosfera ta’ għaqda. Ninnota b’dispjaċir li għad hawn atleti li jippruvaw jirbħu billi jqarrqu pero fiduċjuz li l-mediċina sportiva għamlet passi kbar fil-ġlieda tagħha kontra min iqarraq.

Nittama li l-jiem li ġejjin iwasslu biex kulħadd jirbaħ il-midalja tad-deheb – tal-lealta’, tal-għaqda u tal-komeptizzjoni ġusta.

Wine Festival - xhieda tat-titjib fl-inbejjed Maltin

Għat-tieni darba fi spazju ta’ ftit jiem erġajt kelli l-opportunita’ li nattendi attivita’ li tkompli tikkonferma l-progress enormi li kellna fis-settur agrikolu Malti.

Wara l-attivita’ ta’ l-Imġarr fi tmiem il-ġimgħa, l-bieraħ bi pjaċir ilqajt l-invit li għamluli l-produtturi ta’ l-inbejjed lokali Emanuel Delicata biex ninawgura s-seba' edizzjoni tal-festival ta’ l-inbejjed tagħhom. Festival li jirnexxielu joħroġ l-aħjar kemm ta’ l-inbid fl-atmosfera meraviljuza tal-ġnien tal-Barrakka ta’ Fuq.

Probabilment li l-inbid jirraprezenta l-aqwa ezempju tar-rivoluzzjoni siekta li għadda minnu s-settur agrikolu tagħna fl-aħħar snin. Minkejja x-xettiċizmu ta’ bosta, prattikament ilħaqna l-mira ambizzjuza li jkollna elf ettaru ta’ raba ddedikat għat-tkabbir tad-dwieli. Ma rridux ninsew li dan ilħaqnieh minkejja importazzjoni liberalizzata ta’ inbejjed barranin.

Mhux talli lħaqna dawn il-miri, izda fil-frattemp l-inbejjed tagħna għamlu passi ta’ ġgant. Issa għandna industrija lokali li tiftaħar, u bir-raġun, li laħqet l-istandards għoljin li jippermettulha li tipproduċi nbejjed ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Ikkontrollata (DOK) u ta’ Indikazzjoni Ġeografika Tipika (IĠT). Nirrakkomanda li wieħed izur is-sit http://www.maltaqualitywines.com/ għal aktar informazzjoni.

Huwa għalhekk li jien fiduċjuz li s-settur agrikolu tagħna għandu futur sabiħ quddiemu. Ma jfissirx li t-triq ma fihiex perikli, pero bl-impenn ta’ kulħadd u bil-bzulija ta’ kull min hu fis-settur, jien ċert li se nkomplu niksbu aktar suċċessi u sodisfazzjon. U se nkomplu niċċelebraw b’tazza inbid lokali!

Aug 5, 2008

Karl, Good Luck !

Huma mumenti tabilħaqq diffiċli dawk li għaddej minnhom bħalissa l-kollega parlamentari t-tabib Karl Chircop. Huma mumenti diffiċli wkoll għall-familja tiegħu li ħabta w sabta sabu ruħhom f’dan is-saram.

Lil Karl nafu l-aktar fil-Parlament, fejn għalkemm minn naħat differenti, nammirah għal mod ta’ kif iwassal l-ideat tiegħu. Huwa ġentlom u għalkemm ma naqblux politikament, qatt ma ddubitajt mill-ġenwinita’ tiegħu. Naf ukoll lil martu Adriana, li hija minn tas-Sliema.

F’mumenti bħal dawn m’hemmx qasmiet politiċi, izda hemm biss is-solidarjeta’ umana u għal darb’oħra ngħid li l-poplu Malti reġa wera li kapaċi jqum għall-okkazzjoni u f’mumenti bħal dawn huwa qrib ta’ Chircop u tal-familja tiegħu. Xhieda ta’ dan huma l-għexieren ta’ messaġġi ta’ solidarjeta’ li twasslu lill-familja Chircop.

Dalghodu meta mort inzuru l-isptar bilkemm flaht inhares lejh. Naf lil Karl bhala persuna habrieka, entuzjasta u always on the move. Dak il-hin ma flahtx ma nlissinx f'qalb "Kemm m'ahna xejn!".

Nawgura li bl-għajnuna t’Alla Karl ikollu s-saħħa biex jirkupra. Nawgura li l-familja tiegħu jkollha l-kuraġġ biex tieqaf miegħu f’mument fejn l-aktar li għandu bzonnhom.

Aug 4, 2008

Lejla Mgarrija - Festa tal-prodott lokali

Il-bierah filghaxija zort il-Lejla Mgarrija. Tabilħaqq festa tal-prodotti agrikoli Maltin dik li ta’ kull sena tittella’ b’tant entuzjazmu fl-Imġarr. Festa fil-veru sens tal-kelma, festa li għaliha jattendu bi ħġarhom eluf ta’ Maltin u Għawdxin u anke bosta turisti li jitpaxxew bil-frott tal-art Maltija u fl-istess waqt isellmu x-xogħol li jwettqu l-bdiewa tagħna.

Waħda mill-bizat li kien hawn fis-snin li għaddew kienet li l-importazzjoni ta’ prodotti minn barra jispiċċa jbati l-prodott frisk lokali. Ikolli nammetti li waħda mill-isbaħ sodisfazzjonijiet li rajt tul l-aħħar snin li fihom jien kont responsabbli mis-settur agrikolu huwa l-għarfien ġdid li hawn fuq it-tjubija u l-kwalitajiet tal-prodott frisk lokali.

Dan ma jgħoddx biss għall-frott u l-ħaxix pero jestendi f’oqsma oħrajn bħalma hu l-ħalib. Il-Gvern għandu rwol importanti wkoll u fil-granet li ghaddew waqqaft kumitat magħmul minn numru ta’ individwi minn oqsma varji bl-iskop li jkollna strateġija ta’ kif se nippromwovu l-prodott lokali.

F’dan il-kuntest, attivitajiet bħal tal-bieraħ huma importanti u għalhekk il-Ministeru tiegħi ta’ kull sena jappoġġja din l-attivita’. Huwa wkoll ta’ sodisfazzjon li ninnota li rħula oħra wkoll qed itellgħu wirjiet simili għaliex dan ikompli jkattar l-entuzjazmu għall-prodotti tagħna.

Nirringrazzja lill-Kummissjoni Lejla Mġarrija lit a kull sena ttella’ din il-wirja b’tant dedikazzjoni u impenn. Huwa ta’ pjaċir għalija li sena wara sena nzur din il-wirja għax fiha nara kemm il-prodott Malti huwa uniku u għadu mfittex. Prosit!