Oct 30, 2011

Kummissarju lest li jisma

Nhar il-Gimgha kelli l-opportunita’ li nakkumpanja lill-Kummissarju Ewropew tal-Agrikoltura, Dacian Ciolos f’gurnata ntensa ta’ laqghat u zjarat. Kelli l-opportunita’ nfiehem lill-Kummissarju Ciolos il-partikolaritajiet tal-agrikoltura Maltija u kif dawn joffru sfidi specifici lill-bdiewa u r-rahhala taghna. Ghamilt dan ukoll bi vjagg bil-helicopter li permezz tieghu l-Kummissarju seta’ jifhem ahjar meta nghidu li Malta pajjiz zghir fejn il-bidewa ghandhom ghelieqi zghar b’bosta diffikultajiet naturali, u r-rahhala ghandhom rziezet pero m’ghandhomx art.


Ninnota b’sodisfazzjon li l-Kummissarju Ciolos fehem dan tant li f’kummenti li ta lill-mezzi tax-xandir fi tmiem zjara li ghamilna f’razzett tal-halib f’San Gwann hu rrimarka kif l-isfida ewlenija tar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) li hu qed imexxi hi li realtajiet bhal ta’ Malta jridu jigu indirizzati u sahaq fuq il-htiega li l-PAK tkun adattata ghal dawn ir-realtajiet.


Fil-laqgha ufficjali li kelli ma’ Ciolos spejgajtlu kif Malta taqbel ma’ certu istrumenti li qed jigu proposti fir-riforma fosthom dik ta’ bdiewa zghar u bdiewa zaghzagh. Anke ghax f’pajjizna ghal kull biedwi zaghazugh that il-35 sena nsibu 10 bdiewa fuq il-55 sena ! Il-Kummissarju kellu wkoll laqgha mar-rapprezentanti tas-settur agrikolu li ghamlu l-argumenti b’mod sod u car hafna.


Fix-xhur li gejjin se nkomplu nressqu l-argumenti taghna biex nizguraw li l-Politika Agrikola Komuni tkun ta’ beneficcju ghalina ghax issib tirrispondi ghall-htigijiet taghna. Dan hu importanti mhux biss minhabba s-settur innifsu, imma ghaliex kif kelli cans nispjega lil Ciolos il-bierah, kull sold investit fl-agrikoltura Maltija huwa sold investit fl-ambjent. B’art abbandunata, titlef il-kampanja u jitlef l-ambjent ta’ madwarna.

Oct 21, 2011

Emendi li qed jaghtu l-frott

Ninnota li l-emenda biex insahhu l-poter tal-infurzar tal-MEPA kontra bini llegali fiz-zoni rurali li kont ressaqt quddiem il-Kabinett fl-2007 qed jintuza sew minn din l-Awtorita’. B’din l-emenda il-MEPA ghandha l-poter f’hafna kazijiet tigi twaqqa bini llegali f’ODZ minghajr il-htiega li toqghod tistenna d-decizzjoni fuq xi applikazzjoni biex tissana dak l-izvilupp jew xi appell mill-infurzar. Emenda ohra li konna ghamilna kienet dik li hadd ma jista jaghmel applikazzjoni biex jissana zvilupp illegali f’ODZ. L-ewwel jrid ihott l-binja bla permess imbaghad jigi biex japlika biex johroglu permess. Emenda ohra mportanti li kien approva l-Kabinett kienet dik li f’hafna kazijiet meta ssir jsir appell minn permess li jkun gie approvat, dak il-permess jigi sospiz halli mhux jintrebah l-appell izda l-izvilupp sadanittant ikun lahaq sar !

Dawk l-emendi sfortunatament ma kienux dahlu fis-sehh ghax ma lahqux gew approvati fil-Parlament minhabba x-xoljiment tal-istess Parlament fl-2008 izda mbaghad gew fis-sehh flimkien ma’ emendi ohra wara t-tibdil tal-ligi fil-Parlament is-senal-ohra. Dawn it-tlett emendi kien tnejn minn sensiela ta’ emendi li konna fassalna wara konsultazzjoni shiha mal-NGOs . Ma’ dan wiehed irid jorbot is-sensiela ta’ inizjattivi li konna hadna biex il-process kollu jkun ferm aktar trasparenti u hafna mill-informazzjoni titpogga fuq l-website tal-MEPA ghall-iskrutinju tal-pubbliku kollu.

Ghalhekk thossok sorpriz meta wahdamill-NGOs ambjentali tohrog stqarrija tikritika permess li harget l-MEPA f’dawn il-gimghat u taghti nformazzjoni zbaljata. Liema nformazzjoni kienet facilment tista tingabar mid-dokument tal-MEPA stess ! Intqal per ezempju li l-art li fuqha hareg il-permess fix-Xewkija ghal supermarket iddahlet fiz-zona tal-izvilupp fil-process tar-razzjonalizazzjoni tal-konfini tal-izvilupp. Kieku wiehed qara r-rapport stess tal-applikazzjoni kien isib iswed fuq l-abjad li dik l-art giet inkluza ghall-izvilupp industrijali fl-1989 meta gie mfassla il-Konfini Temporanji tal-Izvilupp (TPS).

Ma niddejjaqx li jkun hemm kritika. Li jdejjaqni huwa li jkun hemm kritika li ma tkunx ibbazata fuq fatti imma fuq impressjonijiet zbaljati li minkejja li jkunu gew ikkoreguti xorta jibqghu jigu rrepetuti. Hekk gara din il-gimgha meta ghal darb’ohra ntqal minn esponenta ta’ wahda mill-NGOs li l-height limitation tal-bini f’Tas-Sliema zdied meta tfasslu l-Pjan Lokali ghal din il-lokalita’. Dan mhuwiex veru. Jekk wiehed jqabbel l-height limitation ta’ kull triq f’Tas-Sliema kif approvat fil-Pjan Lokali ma’ kif kien diga stabbilit fit-TPS tal-1989 dan isib li fil-fatt huwa anqas f’hafna kazijiet. Dan apparti li ferm aktar bini gie skedat biex jigi protett. L-informazzjoni hija pubblika ghal kulhadd u ghalhekk mhux gust li jibqghu jsiru sweeping statements abbazati fuq impressjonijiet zbaljati.

Oct 18, 2011

Tislima lil Poeta Nazzjonali

Dalgħodu ħadt l-inizjattiva li npoggi kuruna quddiem id-dar fi Triq Dun Karm Psaila f’Tas-Sliema fejn il-poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila ghex bejn l-1936 u l-1961. F’din id-dar kif tghid il-lapida Dun Karm kiteb fost l-aqwa poeziji tieghu. Proprju llum jahbat il-50 sena mill-mewt tieghu. Fil-fatt Dun Karm Psaila twieled fit-18 t’Ottubru 1871 u miet fit-13 t’Ottubru 1961. Jien ovvjament ma niftakrux izda dawk mill-Parrocca ta’ San Girgor, fejn trabbejt jien, jiftakruh sew. Proprju fil-ftit minuti li kont hdejn id-dar kienu bosta l-anzjani li waqfuni biex jghiduli x’jiftakru fuqu, inkluz kemm kien fitt biex jaghzel il-haxix u l-frott !

Dun Karm jibqa’ mfakkar għax kiteb l-Innu Malti, pero nonqsu jekk ma nfakkrux ukoll il-ħidma siewja ta’ Dun Karm f’oqsma li komplew saħħew l-identita’ nazzjonali tagħna bħala poplu u pajjiż. Fl-1921 Dun Karm intalab jikteb ftit versi għal biċċa mużika ta’ Robert Samut u l-Innu Malti indaqq għall-ewwel darba fl-1923. Fl-1941 ingħata l-istatus ta’ innu nazzjonali, liema status kien ikkonfermat bil-kostituzzjoni tal-Indipendenza tal-1964.

Ħadem kemm felaħ favur il-lingwa Maltija li llum hija wkoll rikonoxxuta bħala waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dun Karm kien wieħed mill-fundaturi tal-għaqda Kittieba tal-Malti u serva wkoll bħala president tagħha. Ix-xogħol tiegħu favur il-lingwa Maltija kien rikonoxxut ukoll b’diploma Honoris Causa mill-Universita’ ta’ Malta li ngħatatlu fl-1945 u li kienet l-ewwel darba li l-Universita’ tat dak l-unur. Unuri oħrajn li ngħatawlu kienu jinkludu t-titlu ta’ Kmandant tal-Ordni tal-Imperu Ingliż u t-titlu ta’ Poeta Nazzjonali li ngħatalu f’ħajtu.

Ħallielna wkoll wirt imprezzabli ta’ kitbiet bil-Malti u ninnota b’sodisfazzjon li l-ħidma ta’ Dun Karm għadha tiġi mgħallma fl-iskejjel tagħna. Hekk biss inkunu qed insellmu lil dan il-poeta u skular u b’hekk niżguraw li x-xogħol tal-poeta nazzjonali tagħna jibqa’ jintiret minn ġenerazzjoni għal oħra.

Oct 16, 2011

Tmexxija rresponsabbli

Tmexxija rresponsabli. Hekk biss tista tiddiskrivi s-suppost tmexxija ta’ Joseph Muscat. L-ahhar 10 t’ijiem urew id-dgħufija tal-mexxej Laburista, li abdika mir-responsabilitajiet tiegħu u ħalla lill-ex mexxej tiegħu Alfred Sant isuq il-karru f’mument tant importanti. Wara li l-Gvern ftiehem mal-Opposizzjoni fuq il-mod kif kien se jressaq il-mozzjoni fuq il-European bailout fund, Joseph Muscat ħalla lil Alfred Sant jagħmel sensiela ta’ mistoqsijiet “tekniċi” biex itawwal il-proċess u jitfa’ fuq pajjiżna sħaba ta’ incertezza.

Kien hemm qbil li l-vot jittieħed nhar l-Erbgħa 5 t’Ottubru u l-Opposizzjoni saħansitra kienet qalet li se tivvota favur, biex il-mozzjoni tgħaddi b’mod unanimu. Imma mbagħad ġraw is-“sorpriżi”. Alfred Sant qajjem kjass b’hafna mistoqsijiet li seta’ faċilment għamilhom qabel għax kellu l-ħin iżda għazel li jiġi jfettaq. U l-mozzjoni ġiet posposta għat-Tnejn li għadda ! Dakinhar Alfred Sant reġa ġie jfettaq fil-Kamra u saħansitra nsista li l-process jittawwal billi jinħatar Kumitat ħalli “jistudja”. U l-mexxej Joseph Muscat x’ghamel ? Lanqas biss kien fil-Kamra tal-Parlament ! Assenti. Ħalla lil Alfred Sant jpoġġi fil-periklu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna fil-qasam finanzjarju u dak politiku ewropew. Ma tarax li jħabbel rasu Muscat. Kull ma jinteressah jara kif jotjeni l-poter. Probabilment kien f’xi laqgha fid-dar tal-hġieġ ma’ xi businessmen jiprova jikkonvincihom li meta hu jkun Prim Ministru se jkunu jistgħu jkomplu jinvestu !

Wegħdiet jaf jagħmel kieku. Imma meta jiġi fis-si u n-no x’jagħmel ? Jabdika. Jiskarta b’mod irresponsabli. Din kienet mozzjoni mportanti ghax il-Parlament Malti ried jagħti l-appoġġ tiegħu għall-pakkett finanzjarju li ħejjiet l-Unjoni Ewropea biex issalva lill-Greċja minn falliment finanzjarju. Kulħadd jaf li jekk tfalli l-Grecja dan ikollu effett diżastruz fuq is-swieq tal-pajjiżi li jużaw il-Euro. Dawk is-swieq li lilhom inbiegħu l-prodotti li niproducu f’Malta kif ukoll servizzi. Dawk is-swieq li minnhom jiġu 80% tat-turisti ta’ pajjiżna. Ghalhekk importanti dik il-mozzjoni ghall-ħaddiema kollha anke ta’ pajjiżna u mhux għall-ħaddiema Griegi biss !

Imma le ghal darb’oħra l-Partit Laburista u Joseph Muscat, b’mod mill-aktar irresponsabbli ġew jaqgħu u jqumu minn dan kollu u ppreferew ipoġġu fil-periklu lill-ħaddiema ta’ pajjiżna milli jerfgħu r-responsabilita’ tagħhom. Kellu raġun il-Prim Ministru jgħid dalgħodu fis-Swieqi “Din kienet opportunita’ biex pajjiżna jibghat messaġġ ta’ stabbilita’ izda minflok il-Partit Laburista għażel li jitfa’ dubji fuq il-politika ewropea ta’ pajjiżna”. Tal-mistħija !

Oct 13, 2011

Dipendenza

Spiss nisimgħu li sirna kważi totalment dipendenti fuq it-teknoloġija tal-komunikazzjoni bħal smartphones. Ilkoll nemmnuha pero xi kultant ikollna bżonn episodju biex ifakkarna kemm dan huwa minnu. Dan hu li ġara f’dal-jiem, meta miljuni ta’ persuni minn madwar id-dinja li jużaw il-Blackberry spiċċaw ma jistgħux jużaw emails mill-ismartphone tagħhom.

Laqtuni ferm il-kummenti ta’ xi nies li tkellmu mal-gazzetta The Independent tal-Ingilterra biex jirrakkuntaw l-esperjenzi tagħhom wara l-problemi tal-Blackberry. Direttur li ħafna mill-ħin jaħdem barra qal li għalih hu kruċjali li jkun jista’ jirċievi l-emails fil-ħin għaliex qed jispiċċa jitlef opportunitajiet ta’ xogħol.

Stilista tax-xahar li jmur jaghti servizz fid-djar, qal li fil-jiem li ilha tippersisti l-problema tilef ħafna xogħol minħabba li hu jkun xogħol fuq barra u l-klijenti tiegħu draw jikkomunikaw miegħu bl-emails. Din hi n-natura ta’ kif qed tinbidel in-natura ta’ ħajjitna. Problema ta’ komunikazzjoni li żviluppat l-Ingilterra, qed teffettwa lil min juża l-mobile l-Indja, l-Iżrael, L-Amerka u Malta ! Tabilħaqq dinja li saret villaġġ wieħed bla fruntieri. Student ieħor qal li ma jistax jikkomunika ma’ sħabu.

Dan hu fenomenu li qed nesperjenzawh hawn Malta wkoll. Biżżejjed nagħti ftit ċifri biex wieħed jifhem aħjar il-livell ta’ penetrazzjoni ta’ komunikazzjoni ċellulari f’pajjiżna. Sa’ Ġunju li għadda kien hawn 491,344 abbonament ta’ servizzi ta’ telefonija ċellulari, aktar mill-popolazzjoni tagħna. Malta hija s-seba’ l-aktar pajjiż minn fost il-membri tal-Unjoni Ewropea li jintbagħtu messaġġi sms bi kważi 143 miljun sms li ntbagħtu f’perjodu ta’ sitt xhur.

Min għal raġuni u min għal oħra, pero kulħadd għandu livell differenti ta’ dipendenza fuq it-teknoloġija. Ma nara xejn ħażin li kulħadd jipprova jieħu vantaġġ mill-iżviluppi fit-teknoloġija, pero dipendenza totali twassal għal każijiet bħal dawn fejn bniedem jispiċċa litteralment maqtugħ mid-dinja mingħajr ebda kontinġenza ta’ kif jista jsib mezzi alternattivi ta’ komunikazzjoni.

Oct 6, 2011

Ir-Ricerka tfisser impjiegi

M’hemm l-ebda dubju li f’dawn l-ahhar ghaxar snin, l-Universita’ ta’ Malta ghamlet passi ta’ ggant fil-kwalita’ ta’ l-edukazzjoni u r-ricerka. Dan grazzi ghall-politika ta’ Gvern li zamm l-edukazzjoni bhala wahda mis-sisien ewlenin ta’ pajjiżna. Kellu ragun il-Prim Ministru jghid din il-ġimgħa li l-innovazzjoni u l-investiment fir-ricerka gewwa l-Universita’ kkonvinċew anzi żammew certi ndustriji jibqgħu f’pajjiżna minflok ma jmorru postijiet oħra. Proprju f’dawn il-ġranet ġew inawgurati żewġ laboratorji ġodda fil-Fakulta tal-Inġinerija. Wieħed specjalizzat fuq biomedical engineering u l-ieħor fuq control systems.

Tajjeb insemmi li mis-sena 2000 sa’ llum, in-numru ta’ studenti jattendu l-Universita’ żdied minn 6362 student ghal 11,341 student. Din il-ġimgħa stess l-Universita’ laqgħet fi ħdanha 3561 student ġdid. Inkredibbli! Sa meta spiċċajt jien fl-1990 kien hemm biss ftit ‘il fuq minn 800 student fl-Universita’ kollha! L-opportunitajiet li qed toffri l-Universita’ kibru bil-ftuħ ta’ ħafna korsijiet ġodda minn fejn wieħed jagħżel. Fost dawn hemm korsijiet li jinvolvu oqsma li sa ftit ta’ snin ilu, żagħżagh li xtaqtu jispecjalizzaw fihom kien jkollhom imorru jistudjaw barra minn Malta. Din is-sena n-numru ta' korsijiet li qed jiġi offruti huwa ta' 697, żieda ta' 25 kors fuq is-sena li għaddiet !

Il-Gvern kompla jinvesta f’riżorsi umani, billi żied l-ammont ta’ lecturers b’mod konsiderovoli tul l-ahhar snin. Kienu diversi l-membri ta' l-istaff akkademiku li ngħataw boroz ta’ studju sabiex jkunu jistgħu jispecjalizaw f’oqsma ta’ importanza nazzjonali għax isostnu l-attivita’ ekonomika ta’ pajjiżna.

Permezz ta’ fondi tal-UE ko-finanzjati mill-Gvern, illum l-Universita’ qed tgawdi minn investimenti ta' miljuni ta' Ewro f’faċilitajiet mill-aktar moderni li jgħinu sabiex tiżdied r-ricerka f’pajjizna. Dawn l-investimenti kif ukoll l-ghoti ta’ boroż ta’ studju mogħtija mill-Gvern kull sena, qed jiftħu bosta opportunitajiet ghaż-żgħażagħ li jixtiequ jinvolvu ruħhom fir-ricerka. Wiehed ma jistax ma jsemmix li s-sħubija ta’ pajjiżna fl-UE għamilha possibli biex l-Universita’ tippartecipa f’proġetti ta’ ricerka ffinanzati mill-UE, li permezz tagħhom qed toħloq kollaborazzjonijiet ma’ Universitajiet u entitatijiet oħra fl-Ewropa.

Kif qed nitkellem dwar ir-riċerka ma nistax ma nsellimx lil riċerkatur li ħalliena propju llum, Steve Jobs, li waqqaf il-kumpanija Apple. Miet wara battalja mal-marda tal-kanċer. Nies bħal Steve Jobs juru kemm ir-riċerka hija mprezzabli. Permezz tal-innovazzjonijiet tiegħu l-bniedem għandu mezzi aktar faċli kif jikkomunika u jissoċjalizza ruħu ma’ persuni oħra.

Oct 2, 2011

Zjara utli hafna fl-Iskozja

Ghadni kemm temmejt żjara qasira iżda ntensa ħafna f’Aberdeen fl-Iskozja li l-għan tagħha kien biex nġeddu u nsaħħu r-relazzjonijiet tagħna fil-qasam ta’ deep offshore wind energy installations, jiġifieri installazzjonijiet f’baħar fond ta’ aktar minn 30 metru. L-Iskozja tibqa’ wieħed mill-aktar pajjiżi fejn din it-teknoloġija qed tiżviluppa b’mod l-aktar mgħaġġel, anke għax irnexxielhom iżewwġu flimkien l-esperjenza li għandhom fil-qasam tal-bini ta’ pjattaformi taż-żejt (oil rigs) mal-bini ta’ turbini tar-riħ.

Kellna laqgħat ma’ riċerkaturi, operaturi u awtoritajiet kompetenti fejn ġejna aġġornati bl-iżviluppi li seħħew fl-Iskozja f’dawn l-aħħar snin fil-qasam tal-generazzjoni tal-enerġija nadifa minn deep offshore wind turbine installations. Matul il-laqgħat li kellna qsamna wkoll l-esperjenza taghna tal-istudji li qed naghmlu biex fuq is-Sikka l-Bajda jkollna windfarm li jaghti lil pajjizna madwar 95MW ta’ enerġija nadifa. Il-fond tal-baħar tas-Sikka l-Bajda huwa wieħed bejn 15 u 30 metru u għalhekk huwa kkunsidrat bħala shallow offshore installation. Is-Sikka l-Bajda hija l-uniku sikka f’pajjiżna b’daqs u fond li jagħmilha viabbli li jkollna windfarm fi żmien ragonevoli. Hemm sikek oħra izda huma zgħar wisq u/jew viċin wisq tal-art.

Għaldaqstant jinteressa sew lil pajjiżna jibda jħares lil hemm mill-progett tas-Sikka l-Bajda biex eventwalment nagħrfu nisfruttaw il-wesgħat ferm akbar ta’ baħar li għandna b’fond ta’ bejn 45 u 70 metru. Wieħed irid jifhem ukoll li l-installazzjoni tal-interconnector, li dalwaqt se jkollna mal-grid Ewropew, se jagħmilha ferm aktar faċli li stallazzjonijiet ta’ turbini tar-rih joperaw fit-territorju tagħna ghax se jkunu jistgħu jitfghu l-energija li jiġġeneraw fuq grid ferm akbar.

Matul din iż-żjara, id-delegazzjoni ttieħdet tara żewġ turbini tar-riħ li jiġġeneraw madwar 5MW u huma nstallati f’baħar ta’ madwar 45 metru fond. It-turbini ġew installati fl-2006 u jiffurmaw parti mill-Beatrice Project li kien ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. F’din iż-żjara ddiskutejna wkoll l-iżvilupp ta’ kollaborazzjoni akbar fil-qasam tar-ricerka bejn l-Universita’ ta’ Malta u l-Universita' ta’ Aberdeen. Laqtitni ħafna l-kolloborazzjoni sħiħa li din l-Universita’ għandha permezz tal-iScottish European Green Energy Centre mal-iScotish Development International u l-industrija. Jidher ċar li l-Iskozja qed tinvesti hafna fir-riżorsi umani biex tibqa leader ewlieni f’teknoloġiji bhal dawn, u ċert li b’kollaborazzjoni akbar magħhom se nibbenifikaw.

Oct 1, 2011

Vince grazzi mill-qalb

F’dawn il-ġranet kelli l-okkażjoni li nsellem lill-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ, l-Inginier Vince Magri peress li laħaq l-eta’ tal-irtirar. Għal ħafna jista’ jkun li l-isem Vince Magri ma jfisser xejn. Vince ilu nvolut fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart minn wara l-elezzjoni tal-1996, wara li gie trasferit mill-garage tal-Marsa tal-Works Division fejn kien manager. Kulħadd jista’ jara d-differenza li ġab l-Inginier Magri b’ħidmietu fil-qasam tal-immaniġjar tal-iskart bħala CEO tal-WasteServ.


F’kelmtejn li ghamilt waqt riċeviment zghir ta’ ringrazzjament, jien għidt li dak li kien probabilment trasferiment vendikattiv spicca kien trasferiment providenzjali. Vince Magri ma qagħadtx lura milli jagħmel ħiltu biex illum dan il-qasam għadda, u għadu għaddej, minn rivoluzzjoni drastika. Ma nlumx lil min jiftakar fil-muntanja tal-Magħtab bhala s-simbolu tal-istraġi li kellna fil-qasam tal-iskart f’pajjiżna. F’dawn il-ġranet stess ngħatajt preżentazzjoni fuq kif se tkompli tinbidel il-Magħtab f’post ta’ rikreazzjoni issa li nbeda x-xogħol fuq fażi ohra tar-riabilizzjoni ta’ din il-miżbla, liema xogħol se jiswa mal-4 Miljun Ewro. Id-difett fi proġetti bħal dawn hu li l-effett viżiv idum ma jirranka pero x-xogħol fuq il-Magħtab għaddej kuljum u miexi mal-pjan.



Vince kien pern ewlien fir-rivoluzzjoni li wettaqna fl-immaniġġjar tal-iskart. Hu, flimkien mat-tim ta’ ħaddiema tal-WasteServ, kienu strumentali biex bnejna infrastruttura li fuqha nistgħu nkomplu nibnu, kif ukoll iddaħħlet mentalita’ differenti fejn in-nies wieġbu bi ħġarhom. Vince mexxa l-WasteServ u ma qatax qalbu lanqas quddiem kampanji sħaħ ta’ miżinformazzjoni kif ġara fil-każ tal-immodernizzar tal-impjant ta’ Sant’Antnin. Minkejja t-tfixkil kollu, Vince kompla miexi biex llum wasalna fejn wasalna. Lil Vince insellimlu u nirringrazzjah. Mill-2003 meta nghatajt ir-responsabilita’ tal-immaniġjar tal-iskart sibt fih habib u kolonna. Nittama li l-ispirtu ta’ dedikazzjoni u impenn bla limitu tiegħu jibqgħu jigwidaw il-management u l-ħaddiema tal-WasteServ fix-xhur u s-snin li ġejjin.