Xejn minn dan. Tkellem dwar il-hazna tal-hgieg fil-miżbla magħluqa tal-Wied Fulija. Fl-istess waqt li kien qed jgħid li mhu jsir xejn biex jitneħħa l-ħġieġ li kien qed jinħażen hemm b’mod temporanju, il-WasteServ kienet qed tagħmel l-aħħar tħejjijiet biex tesporta mal-2,100 tunnelata ta’ ħġieġ lejn il-Portugall biex jiġu riċiklati.
Kif diġa kellna opportunita’ ngħidu, parti mill-ħġieġ ser jintuża wkoll għar-riabilitazzjoni tal-istess miżbla. issa fuq kollox il-hgieg ma jikkontaminax l-ambjent ghax huwa inert material. Dan Leo Brincat ilu jafu pero għażel li jinjorah bl-iskop li jattakka u jnaqqas mill-kredibilita’ tal-WasteServ. Pero Leo Brincat beżżul u ma nlumx lill-ġurnalisti li attendew din il-konferenza tal-aħbarijiet li spiċċaw staqsewh fuq dak li seħħ f’San Pawl il-Baħar.
Leo Brincat ta tweġiba patetika meta qal li hu mhux responsabbli mill-Kunsilli Lokali u li din il-materja għandha tiġi trattata mill-partit b’mod intern. Ara kieku kien Kunsill Lokali mmexxi b'maggoranza tal-PN, malajr kien jitlob xi rizenja ! Imma meta jkun involut il-Labour jgħid li hu mhux lest li jieħu pożizzjoni. Din hi s-serjeta’ ta’ Leo Brincat u tal-Oppożizzjoni u din hija r-riga li biha beħsiebhom imexxu jekk jirbħu l-elezzjoni li ġejja ?
No comments:
Post a Comment