L-Olimpjadi bdew u spiccaw. Festa kbira ta’ sports. Għalija kien hemm 4 ucuh li se nibqa niftakar mill-Olimpjadi ta’ Londra minn dak li kelli cans nsegwi. L-ewwel wicc huwa dak ta’ Mohammed jew Mo Farah hekk kif rebaħ it-tieni midalja tad-deheb tiegħu fl-Olimpiadi ta’ Londra. Espressjoni ndimentikabbli ta’ ferħ fuq wiccu. Ta' 8 snin Mo wasal fir-Renju Unit mis-Somalia. Integra ruħu fl-atletika f’pajjiz ġdid għalih u spicca biex sar wieħed mill-aktar atleti li ġab ferh fuq wicc l-Ingliżi meta rebaħ il-midalja tad-deheb fil-5,000 mtr u l-10,000 mtrs.
Wicc iehor li mhux se ninsa huwa dak ta’ omm Michael
Phelps hekk kif dan rebah is-sittax il-midalja tad-deheb tiegħu f’Londra. Debbie Phelps ccelebrat
b’kull mod: wersqet, bkiet, ippuntat b’subghajha, għanqet lil min kellha ħdejha. Probabilment kienet qed
tiftakar dak li għamlet
hi għal
binha matul ħajtu. Kemm waslitu fl-4.00am għat-training u kull fejn marret miegħu biex illum binha sar l-aktar atleta
Olimpiku li qatt rebaħ
midalji: 22 li minnhom 18 huma tad-deheb.
Ħasra
li ddecieda li jirtira !
It-tielet wicc huwa dak tal-fencer tal-Korea t’Isfel, Shin A-lam. Shin poġġiet bil-qegħda
tibki waqt li kienet qed tistenna
deciżżjoni
wara t-tmiem kaotiku tas-semi-final tagħha mal-Ġermaniza
Britta
Heidemann, fejn
f’sekonda “miżjuda”
l-Ġermaniza
irnexxielha teqleb telfa f’rebħa. Wicc ta’ agonizmu sportiv, li jġegħlek tiftakar li f’kompetizzjonijiet bħal dawn decizzjoni ta’ ufficjal tista ġġib fix-xejn it-tamiet kollha ta’ atleta.
Imma l-aktar wicc li mhux se ninsa huwa l-wicc ta’
kull assistant mill-madwar 70,000 volontier li għenu minn wara l-kwinti biex
l-Olimpjadi ta’ Londra kienu s-success kbir li kienu. Għalija
dawn kienu l-eroi veri
tal-Olimpiadi ta’ Londra. Volontiera li taw mijiet ta’ siegħat ta’ xogħol mingħajr ħlas.
Mhux talli ma tħallsux
talli saħansitra
kellhom iħallsu
huma stess għat-trasport biex mill-belt tagħhom imorru Londra anke għat-taħrig qabel l-istess Olimpiadi. X’sens ta’ dedikazzjoni !
No comments:
Post a Comment