Ftit
tal-ġranet ilu, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (l-NSO)
ippubblika ċ-ċifri dwar kemm kien hawn nies jaħdmu full time
f'Marzu li għadda. Dawn iċ-ċifri komplew jikkonfermaw li issa
f'Malta għall-ewwel darba hawn aktar minn 150,000 ħaddiem jaħdmu
full time, eżattament 150,400.
Din
hi żieda ta' 2,500 fl-impjiegi full time fl-aħħar sena li minnhom,
2,300 żdiedu f'impjiegi produttivi mal-privat biex il-privat f'Malta
issa qed iħaddem 109,600, jew tliet-kwarti tal-ħaddiema kollha.
Żdiedu l-impjiegi full-time fl-oqsma tar-ristoranti, id-divertiment
u l-kultura, il-manifattura tal-farmaċewtika, it-trasport,
l-ipprogrammar u l-konsulenza dwar il-compjuters, l-accountancy u
l-konsulenza tal-management, is-saħħa u l-edukazzjoni.
Dan
hu t-tip ta' xogħol ġdid u modern li qed toħloq l-ekonomija tagħna
grazzi għat-tmexxija ta' Lawrence Gonzi li żamm il-pajjiż miexi
tajjeb minkejja kriżi wara l-oħra barra minn Malta; kuntrast kbir
mal-korpi militari ta' 25 sena ilu. U mhux biss. Il-kuntrast
fin-numri hu enormi. Fl-1987 f'Malta kien hawn jaħdmu mal-gvern
55,000 ruħ waqt li llum hawn 41,000 mal-gvern – tnaqqis qawwi
fl-aħħar 25 sena. U waqt li llum hawn 109,600 mal-privat, din hi
żieda kbira ta' 70% fuq il-65,000 li kien hawn jaħdmu mal-privat 25
sena ilu.
Gvernijiet
Nazzjonalisti dejjem ħolqu x-xogħol; mhux xogħol fil-korpi imma
xogħol produttiv li jagħti dinjita' lill-ħaddiema u li jixhed
l-ekonomija vibranti u dinamika li għandna llum misjuqa
mill-inizjattiva privata li ma tħaddimx in-nies biex tagħmel pjaċir
lil xi ħadd imma li qed tħaddem rekord ta' nies illum għax hawn
ix-xogħol. Dan ma jfissirx li kulħadd għandu l-impjieg
li jixtieq. Hemm persuni li huma bla impjieg u rridu nibqgħu
determinati li ntejbu l-klima ekonomika biex dawn ukoll isibu
x-xogħol li jagħtihom l-akbar sodisfazzjon.
No comments:
Post a Comment