Ftit tal-ġranet ilu ġejt mistieden nassisti għal żewġ
sessjonijiet ta’ taħriġ li saru lill-istudenti tal-iskejjel sekondarji bħala
parti mill-EU Robotics Week. Hemmhekk stajt nara b’għajnejja l-entużjażmu tat-tfal li kienu
qed jipparteċipaw.
It-tfal setgħu
jibnu u jħaddmu r-robot tagħhom u jimmodifikaw
il-funzjoni tiegħu permezz
ta’ programming semplici li jiktbu huma
stess. Gruppi
oħra kienu
qed jistennew bil-ħerqa
sabiex jidħlu
jagħmlu
l-istess eżercizju
ġaladabra
jispiċċaw sħabhom. Tassew din hi
inizjattiva ta’
min ifaħħarha għaliex qed tixpruna l-istudenti
jkomplu jistudjaw f’settur
li s-soċjeta ta’
llum tant tiddependi
fuqu.
Malta
kienet wieħed minn
dawn il-21 pajjiż
li ħadu sehem
f’din l-inizjattiva ewropea għat-tieni sena konsekuttiva. Matul din il-ġimgħa, ‘l fuq minn 450 student
tas-sekondarja żaru
wieħed minn 5
siti, l-MCAST, il-Holistic
Institute of Technologies,
l-STC Training Centre u l-Fakulta’
tal-Inġinerija
kif ukoll il-Fakulta’
tal-Edukazzjoni ġewwa
l-Universita’ ta’ Malta fejn kienu qed jiġu organizzati attivatajiet relatati ma’ din il-ġimgħa. Irrid nirringrazja lil Paul
Cassar, il-koordinatur nazzjonali tal-EU Robotics Week, li għandu passjoni għat-teknoloġija. Ħadt gost ninnota wkoll li l-maġġorparti ta' dawk li kienu qed jgħinu lill-istudenti kienu ta' sess feminili. Fatt posittiv meta tikkonsidri li sa llum dan kien qasam iddominat mill-irġiel !
Din
il-ġimgha ta’
attivitajiet relatati mar-robotika tittella għal żewg għanijiet prinċipali. L-ewwel u qabel
kollox sabiex titqajjem aktar kuxjenza fost il-publiku nġenerali dwar l-importanza
kbira tar-robots fil-ħajja
tagħna ta’ kuljum
u li aktar ma jgħaddi
ż-żmien
aktar qegħda
tikber. It-tieni, u forsi l-aktar għan importanti, hu li tinkoraġixxi aktar studenti sabiex jistudjaw
il-qasam tat-teknoloġija
u oqsma oħra
relatati mar-robotika.
Is-sistemi hands-on huma dawk li l-aktar jecitaw lit-tfal
tagħna. Kien għalhekk li ili ninsisti li
pajjiżna jkollu Hands-On Centre li jecita specjalment lit-tfal tagħna fl-oqsma
tax-xjenza u t-teknoloġija. L-esperjenzi
bħal dawk organizzati mill-MCST (Malta Council for Sciences & Technology)
sa mill-1995 ta’ Science Week, meta
kont CEO tal-MCST, juruk bic-car li t-tfal jogħxew jiskopru meta tagħtihom
opportunita’ li huma stess imiddu jdejhom.
B’sodisfazzjon kbir ninnota li l-MCST issa li ngħatat il-flus mill-Gvern
centrali qed titrasforma l-binjiet mitluqa ħdejn il-Palazz ta’ Bighi f’centru
ta’ hands-on science.
No comments:
Post a Comment