Ninsabu resqin lejn iż-żmien li
fih se nintalbu niddeċiedu min imexxi pajjiżna għall-ħames snin li ġejjin. Niddeċiedu a bażi ta’ proposti, track record u esperjenza. Hawn toħroġ id-differenza netta bejn Lawrence
Gonzi u Joseph Muscat. Ir-riżultati waħedhom
jitkellmu għal Gonzi u għall-Gvern immexxi minnu. Bniedem li mexxa lil pajjiżna f’mumenti ta’
kriżi li qatt ma rajna bħalha. Pajjiżi
ġara tagħna għerqu u aħna għadna nsalpaw.
Studenti jipprotestaw fil-pajjiżi erorpej u tagħna jiċċelebraw. Pagi u pensjonijiet jinqatgħu u aħna nħabbru
ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema taċ-ċivil u pakkett ta’ benefiċċji
fil-budget, inkluż tnaqqis fit-taxxa.
F’pajjiżi qribna qed naraw
numri jwaħħxuk ta’ nies qegħda. F’Malta
nħolqu 20,000 impjieg f’mument ta’ kriżi. Illum pajjiżna jista’ jiftaħar li
għandu l-akbar numru ta’ nies jaħdmu full time li qat kellu mill-Indipendenza
‘l hawn. Baqa’ ġej l-investiment
f’intrapriżi ġodda, jew tkabbir ta’ dawk eżistenti. Minn 320 miljun investiment
f’fabriki ġodda, 280 miljun huwa investiment minn barra pajjiżna. Dan grazzi għal politika ta’ għaqal li forsi
ma tissarrafx f’popolarita’, pero li tiggarantixxi prosperita’ u impjiegi
ġodda.
Fuq in-naħa l-oħra għandna
lil Muscat. Kellu biss proġett wieħed f’idejh. Dak li jirriforma lill-Partit Laburista u
jagħmlu partit alternattiv għall-gvern. Ngħid bla tlaqliq li falla. Kellu opprtunita’ jibni l-partit
mill-ġdid. Minflok spicca jirricikla
l-istess persuni li fl-imgħoddi ħamru wicc il-partit tagħhom. Il-vojt li kien hemm imlih bihom minflok ma
daħħal nies ġodda u rawwimhom. Irnexxielu
jibdel żewġ affarijiet biss. Il-bandiera
tal-partit u l-ingravata tiegħu.
Mill-bqija ma ħassejna ebda terremot minn dak li kien wiegħed li se
jagħmel.
Iltqajt ma’ persuna dan
l-aħħar li minn dejjem kien Laburist. Fl-aħħar elezzjoni għall-ewwel darba vvota
għall-PN. Qalli car u tond li hekk ser
jerġa jagħmel din id-darba propju għax ma ra ebda progress fit-tmexxija ta’
Muscat. Fid-9 ta’ Marzu għandna
għażla. Bejn bniedem li għalih jitkellmu
r-riżultati, u ieħor li kliemu maħsub biss għac-capcip.
No comments:
Post a Comment