Xi kultant ma naprezzawx biżżejjed il-wirt kbir li
ghandna f’pajjizna nkluż f’oqsma bħal yachting. Ftit nies forsi japrezzaw
il-fatt li r-Royal Malta Yacht Club huwa club bi storja kbira għax jaf
il-bidu tiegħu fl-1835 meta sa dakinhar ftit li xejn kienu jeżistu clubs bħal
dawn fil-Meditterran. Dan l-aħħar il-Gvern ta binja f’Ta’ Xbiex li qabel kienet
tal-MMA lil dan il-club biex isservi ta’ centru għal RMYC. Kien xieraq għalhekk ukoll li l-ambjent
tal-promenade vicin il-yachting centre f’Ta’ Xbiex jingħata facelift li
jixraqlu peress li l-ambjent tal-madwar ma kienx wieħda ta’ standard.
Bħala parti mix-xogħlijiet ta’ titjib ħadna ħsieb li
ninstallaw funtana originali f’forma ta’ sailing boat. Din il-funtana issa bi qbil mal-kumitat
tal-RMYC se tiġi ddedikata lil Paul Ripard (1931-2009)
definittivament wieħed mill-aqwa
sailing skippers li ra pajjiżna. Paul Ripard kien mhux biss membru tar-RMYC minn meta kien tifel, iżda rrapreżenta
lil Malta f’diversi tiġrijiet kemm lokalment kif ukoll barra minn pajjiżna. Paul flimkien ma’ ħuh John, wliedhom u
membri oħra tal-familja Ripard ħallew il-marka tagħhom fuq l-istorja ta’ l-ibburdjar lokali u tal-Middle Sea Race
b'mod partikolari, tiġrija li huma rebħu ħames darbiet.
Forsi ftit nies jafu kif bdiet din il-Middle Sea Race, tiġrija
mill-aktar ta’ sfida u ferm rispettata. Wilfred Sultana jirrakonta li l-Middle Sea
Race kienet bdiet fuq l-inizjattiva ta’ Jimmy White li ġie f’pajjiżna fuq is-sailing
boat tiegħu Sandettie. Dan kien irrakkonta li meta rtira
mix-xogħol fl-1966 kien ippjana li jqatta numru ta’ snin fil-West Indies. Kien ħalla lill-ġenituri tiegħu, li t-tnejn
ma kienux f’saħħithom ħafna, u meta wasal Gibilta beda jħoss il-kuxjenza
tnigżu. Kien iltaqa ma’ Amerikan li kien għadu kemm għamel vjaġġ twil fil-Mediterran
u kien qallu li qed jiddispjacih li telaqhom.
L-Amerikan iżda wieġbu: “Mur
Malta. Minn hemm tista’ ttir lejn l-Ingilterra kuljum fi 3 siegħat.” Dak hekk għamel.
Meta ġie Malta, White integra ruħu fix-xena lokali
tal-ibburdjar u wasal biex flimkien mal-ħabib tiegħu Alan Green fassal rotta
ta’ tigrija li tmur u iddur ma’ Sqallija minn Malta. Din il-brain-child ta’ White poġġiet lil Malta fuq il-mappa ta’
ċentri li jospitaw tigrijiet ta’ l-ibburdjar klassici fuq livell
internazzjonali. U Paul Ripard kien wieħed mill-aktar nies prominenti
fl-istorja tal-ibburdjar f’Malta, kif ukoll f’dik tal-Royal Malta Yacht Club u
tal-Rolex Middle Sea Race. Għalhekk dan
il-wirt jixraqlu rikoxximent.
No comments:
Post a Comment