L-estremiżmu ikraħ wisq, specjalment dak
reliġjuż. F’dawn il-ġranet ta’ ferħ u
ġabra laqtuni tlett stejjer ta’ estremiżmu xokkanti. L-ewwel waħda : Immaġini ta’ Santa Claus ġew
ipprojbiti li jidhru fuq it-televiżjoni fl-Uzbekistan. Hija l-aħħar mossa minn sensiela biex
titnaqqas l-influenza kulturali Russa fuq is-socjeta’ ta’ dan il-pajjiż
predominentament Islamiku, li kien jifforma parti mill-Unjoni Sovjetika. Ġurnalist tat-televiżjoni nazzjonali ammetta
li ircivew struzzjonijiet biex lanqas il-kelma Milied ma jsemmu !
Fil-belt antika ta’
Timbuktu fil-Mali fundamentalisti Islamici, vicin tal-grupp al Qaeda, qed
ikissru l-muzulej storici kollha ta’ din il-belt, hekk kif 3 ijiem ilu
n-Nazzjonijiet Uniti ddecidiet li tagħti l-appoġġ li jintbagħat f’dan il-pajjiż
armata Afrikana biex tikkontrolla s-sitwazzjoni. Dawn il-gruppi qed jimplimentaw il-verżjoni
tagħhom tal-liġi Islamika, Sharia. “Ma
jibqax mausoleum wieħed f’Timbaktu. Alla
ma jridhomx” qal wieħed mill-mexxejja Abou Dardar tal-moviment Ansar Dine, li
tfisser Suldati tal-Fidi. F’Lulju li
għadda fl-istess belt dawn l-Islamici farku id-dħul ta’ moskea li nbniet aktar
minn 400 sena ilu f’din il-belt li tissejjaħ ukoll “Il-Belt ta’ 333 Qaddis”. Dan il-pajjiż, li għal ħafna snin kien meqjus
bħala wieħed mill-aktar pajjiżi afrikani b’demokrazija stabbli, issa spicca
b’konflitt qawwi fil-parti ta’ fuq tiegħu, liema konflitt ħalla diġa
mal-400,000 refuġjat.
Fil-parti ta’ fuq tan-Niġerja lejliet il-Milied nies
armati attakkaw u taw in-nar lill-knisja nisranija u qatlu 6 persuni.
Il-moviment militant Islamiku Boko Haram mill-2010 ‘l hawn attakka diversi
knejjes, inkluż sena ilu meta nqatlu 40 persuna f’Jum il-Milied. Din
il-vjolenza ssemmiet anke mill-Papa Benedittu XVI fl-indirizz tiegħu ta’ Jum
il-Milied fejn talab għall-armonija reliġjuża
f’dan il-pajjiż li qed jisfa vittma ta’ “atti ta’ terroriżmu salvaġġ”
ħafna drabi fuq l-Insara.
Qed nikteb dan mhux biex ninstiga rabja lejn
l-Musulmani. Irridu niftakru li dawn
il-fundamentalisti mhumiex riflessjoni tar-reliġjon Musulmana. Il-maġġoranza
l-kbira tal-Musulmani mhumiex nies fundamentalisti. Iżda sfortunatament jidher car li f-fazzjonijiet
fundamentalist fi ħdan il-komunita’ musulmana qed jerġgħu jerfgħu rashom. Hemm bżonn ta’ djalogu akbar bejn l-Insara u
l-Musulmani sabiex il-fundamentalisti miż-żewġ naħat jkunu emarġinati u iżolati. Hija biss il-koperazzjoni li tirbaħ
il-konfrontazzjoni.
No comments:
Post a Comment