Il-ġimgħa l-oħra ġew ippubblikati, anke jekk tard ħafna,
id-dikjarazzjonijiet tal-assi u d-dħul tal-ministri u s-segretarji parlamentari. Din kienet saret obbligu madwar 25 sena ilu
mill-Gvern Nazzjonalista biex ikun hemm trasparenza sħiħa anke dwar il-finanzi
privati ta' min ikollu karigi pubbliċi. Dawn id-dikjarazzjonjiet qajmu għagħa kbira
għax fihom bosta stramberiji.
Ha naghti ftit ezempji. 1. Is-segretarju parlamentari Franco Mercieca
ddikjara dħul ta' 116,000. Issa meta
tneħħi s-salarju tiegħu bħala konsulent mal-gvern u tikkalkola li meta jopera
fil-privat dan idaħħal 3,600 ewro f'nofstanhar, dan qed jiprova jghidilna li
jopera biss nofstanhar wieħed fix-xahar. 2. Il-ministru Anton Refalo iddikjara
li bħala avukat is-sena l-oħra daħħal anqas mill-paga minima. Fl-istess waqt,
għandu loan mal-bank ta' 800,000. Liema hu l-bank li jislef 800,000 lil min
lanqas biss idaħħal il-paga minima ? 3. Il-ministru Chris Cardona li ddikjara
dħul li, meta tneħħi l-onorarja tal-parlament minnu, issib li bħala avukat
f'sena daħħal biss 3,000. U anke Chris Cardona għandu loan kbir ta' 600,000
! Dawn jemminhom xi hadd ?!
Imma aghar minn hekk imbaghad insibu li kellna
tliet ministri
li lanqas biss iddikjaraw x’daħħlu. Il-ministri Manwel Mallia, Edward Scicluna
u Louis Grech ma ddikjarawx id-dħul tagħhom tas-sena l-oħra. Imbaghad ghandna
lil Manwel Mallia li ghandu nofs miljun
ewro cash li kien qed iżomm id-dar !
Jien nemmen
li ghandna bzonn skrutinju ahjar ta’ dikjarazzjonijiet bhal dawn, anke ghax li
kull min hu fil-politika irid jezercita d-dmirijiet tieghu b’mod li jispira
fiduċja fl-aġir u mġieba tieghu. Biex jissaħħu dawn il-prinċipji fl-1995
fir-Renju Unit twaqqaf il-“Parliamentary Commissioner for Standards” bħala riżultat
ta’ rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kumitat dwar Standards. Tajjeb infakkar
li l-ex Ministru Tonio Borg kien ssuggerixxa f' Settembru tal-2012, f’White Paper dwar
“Il-Parlament Malti: Iktar Awtonomija, Iktar Responsabilità”, li f’pajjizna
ghandu jkun appuntat Kummissarju bhal dan.
Fl-opinjoni Kummissarju bhal dan ghandu jkollu wkoll il-fakulta’ li jimmonitorja
kull dikjarazzjoni li jaghmel deputat u/jew Ministru.