Il-ħolqien ta’ spazji miftuħa
ġodda, u t-tisbiħ ta’ spazji pubbliċi eżistenti huma fost l-akbar provi
tal-ħidma li wettaq dan il-Gvern biex tabilħaqq biddilna wiċċ Malta. Proġetti fl-erba’ rkejjen ta’ pajjiżna li bihom
qed igawdu l-familji u t-tfal tagħna.
Dan l-aħħar ħabib tieghi
stedinna biex niltaqgħu ma’ tlett kopji maltin li ħadmu barra għal numru ta’
snin iżda issa ġew lura f’pajjiżna u qed jaħdmu hawn. It-tlett kopji għandhom tfal ta’ eta’ żgħira
u stqarrew miegħi kif baqgħu mpressjonati bin-numru ta’ facilitajiet li sabu issa
f’pajjiżna biex jieħdu lill-uliedhom. Ferm aktar milli qatt kienu jsibu qabel f’pajjiżna.
Wieħed minnhom li għex fir-Renju Unit, qalli “il-postijiet u l-ispazju li
ħloqtu huma tal-ogħla livell. Aħjar minn
ta’ pajjiżi oħra. Forsi intkom diġa qed tieħduhom for granted” Oħra stqarret li
laqatha s-sens ta’ dettall li sabet fil-proġetti sabiex ikunu akkomodati
x-xewqat tad-diversi etajiet tat-tfal u anke tal-kbar.
Il-kwalita’ hija sinonima
mal-proġetti kollha li wettaqna tul din il-leġislatura. Ma kkuntettajniex biss ruħna bit-titjib. Imma tajna kas li nagħtu lura lill-pubbliku
spazji li jixirqulhom biex tabilħaqq inkomplu ntejbulhom il-kwalita’
tal-ħajja. Irrid nirringrazzja
lill-ħaddiema li wettqu dawn ix-xogħlijiet li f’ħafna każijiet kienu ħaddiema
tal-Gvern li ftit jew xejn isibu min japprezza l-ħidma tagħhom.
Jien kburi li ġejt fdat b’din
ir-responsabbilta’. Ħarsa lejn dak li
wettaqna timlini b’sodisfazzjon li nvestejna fondi pubbliċi għal għan
siewi. Fil-ġimgaħt li ġejjin
sal-elezzjoni ser ninawguraw proġetti oħrajn li wkoll ikomplu jemfasizzaw fuq
il-kwalita’ u l-valur miżjud. Għax hekk
jixraq lill-familji u lit-tfal tagħna.
No comments:
Post a Comment