L-ewwel parti tikkonsisti fil-Material Recovery Facility li se titratta 36,000 tunnellata ta’ skart riċiklabbli mill-aktar minn 200 sit tal-kontenituri għall-iskart riċiklabbli (bring-in-sites) kull sena.
B'kollox l-immodernizzar ta’ l-Impjant f’Sant Antnin qed isir b’investiment ta’ €27 miljun, li minnu 70% huma fondi tal-Unjoni Ewropeja. It-30% l-oħra ser jinħarġu mill-Gvern Malti. Ma' dawn il-Gvern qed jinvesti €11 miljun oħra biex isiru ix-xogħolijiet ta’ kostruzzjoni meħtieġa.
Il-commissioning ta’ din il-parti ta’ l-Impjant huwa ħolqa kruċjali biex inkomplu inżidu l-ammont ta’ skart li nirriċiklaw. Il-ġimgħa d-dieħla, fil-fatt ser inkunu qed inħabbru id-dettalji ta’ kif ser tibda titħaddem is-sistema ta’ ġbir ta’ skart ta’ l-ippakkjar bieb bieb darba fil-ġimgħa mil-lokalitajiet kollha f’Malta w Għawdex.
Dan l-impjant state-of-the-art huwa prova oħra ta’ kemm il-Gvern ħa dan il-qasam bis-serjetà fl-aħħar snin. Kienet din is-serjetà u d-determinazzjoni tagħna li evitatilna l-problemi serji bħal dawk li qed jiffaċċjaw pajjiżi ġirien tagħna.
2 comments:
Kif tridu r-residenti jaccettawl-impjant?
Ghaliex il-MEPA qatt ma fethet investigazzjoni pubblika fuq nirien li hakkmu l-imjant tar-riciklagg ta' Sant'Antnin xi sentejn ilu?
Ghaliex l-offerta tieghi li naghti x-xiehda tieghi, jien li kont prezenti kwazi l-gurnata kollha f'punt fejn kont qieghed nara x'qieghed jigri,ma gietx milqugha?
Imbaghad tohorgu tghidu li kien sabutagg!!!
Din it-trasparenza!

Post a Comment