Aktar ma nahseb aktar nikkonkludi kemm il-vot ta’ censura f’Richard Cachia Caruana kien vendikazzjoni. Dan kien vot li qatt ma konna rajna bhalu - vot kontra xo hadd li mhux Ministru u li qed jaqdi lill-pajjiz fic-Civil - vot li holoq precedent. Jekk harget xi haga b'dan il-vot hi taghlima ghall-haddiema kollha tac-Civil: il-Partit Laburista jun kattiv u vendikattiv mieghek jekk ma taqbilx mieghu. Il-Labour ma jinteressahx x’kontribut taghti inti lill-Istat. Jekk il-Partit Laburista ma jaqbilx mieghek, jahsadlek rasek. Ma ghandu l-ebda rispett lejn xoghlok jew familtek.
Il-Labour ta' Muscat juza l-istess ghodod tal-Labour tas-snin sebghin u tmenin meta l-promotions fic-Civil kienu jinghataw biss lil japrova l-Kazin tal-Labour tal-lokalita’ fejn toqghod u ghall-bqija kien hemm kastigi u transfers. U issa sahansitra aghar: jekk il-Labour ikollu maggoranza fil-Parlament, ikeccik b'semplici vot fil-Parlament.
Taghlima ohra li tohrog minn dan il-vot huwa li l-Labour m'ghandu principji ta' xejn – jaghmel biss li jaqbillu. Juza ghall-iskopijiet tieghu anke nies li sal-bierah tghidx kemm ghajjarhom u kasbarhom. Imbaghad, meta nduna li jista' juzhom, nesa l-moral high ground li tant kien jippriedka u ghamilhom l-agenti preferiti tieghu biex jikseb il-poter akkost ta’ kollox u akkost anke ta' principji bazici. X’konsistenza !? L-aqwa l-konvenjenza !
U f’pajjizna, waqt li l-Labour joghxa jhammeg lil Richard Cachia Caruana dwar affarijiet li, kieku kienu minnhom, messu qalhom 15-il sena ilu, il-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi jibqa' ffukat fuq l-aktar hwejeg important ghas-socjeta’ taghna u ghalik: ix-xoghol u l-impjiegi. U l-iffukar ta' Lawrence Gonzi qed jaghti r-rizultati minkejjja d-distrazzjoni li jrid johloq il-Labour hu u jiprova jtellef lill-pajjiz. Bhas-soltu: strategija ta’ distrazzjoni u tfixkil. Il-Labour ghadu l-espert tal-politika ta’ kif thott u mhux kif tibni !
1 comment:
Naqbel mijja fil-mijja mieghek. Pero ghandi mistoqsijja. Qrajt hafna fuq dan il-vot u kien hemm min kiteb li din il-mozzjoni ma kelliex titqajjem fil-Parlament ghax RCC m'huwiex MP. Ghaliex mela din il-mozzjoni ma twadbitx il-barra?
Post a Comment