Jul 11, 2012

PQs


Qed isiru dejjem aktar ta’ spiss l-okkażżjonijiet fejn Deputati tal-Oppożizzjoni jressqu mistoqsijiet parlamentari li jikkonċernaw xogħolijiet f’siti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Kunsilli Lokali b’maġġoranza tal-Partit Laburista stess !  Ħarsa ħafifa wrietni li fl-aħħar ftit xhur kelli mhux inqas minn tnax-il każ bħal dan.  Dan juri mhux biss nuqqas ta’ preparazzjoni minn min qed jagħmel il-mistoqsija, iżda fuq kollox  nuqqas ta’ ko-ordinament serju minn Partit li qed jaspira li fi ftit xhur oħra jmexxi l-pajjiż.  

Każ klassiku kienet il-mistoqsija parlamentari li saritli mill-Onor Carmelo Abela dwar l-istat ħażin tal-latrina li hemm faċċata tal-knisja ta’ Marsaxlokk.  Din hi latrina li kienet ġiet devoluta lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li hu mmexxi minn maġġoranza Laburista.  Jew il-mistoqsijiet parlamentari mill-Onor Marie Louise Coleiro Preca u mill-Onor.Charles Mangion dwar l-istat ta’ abbandun li jinsab fih Ħal Farruġ, li jifforma parti minn Ħal Luqa, meta r-responsabbilta’ tas-sit in kwistjoni hija tal-Kunsill Lokali li wkoll huwa mmexxi minn maġġoranza Laburista.  Ċertifikat mill-aqwa tal-inkompetenza tal-Oppożizzjoni li lanqas taf liema siti huma responsabilita’ ta’ Kunsill Lokali jew tal-Gvern Centrali.  

Prova fuq kollox iżda li l-kunsilli b’maġġoranza Laburista mhumiex iwettqu xogħolhom għaliex qed joħolqu inkonvejent għar-residenti li tellawhom.  Din żgur mhux propoganda tal-PN, għaliex il-garr tar-residenti qed jitwasslu minn deputati tal-Partit Laburista stess.  Ikun ferm aħjar kieku flok iressqu domandi parlamentari, dawn id-deputati jkollhom laqgħat mal-kunsillieri tagħhom stess u jaraw li r-residenti qed jieħdu dak li jistħoqqilhom.  Sa ftit taż-żmien hu l-MLP kellu s-slogan "Il-Partit Laburista jagħmel id-differenza."  Għandhom raġun.  Bihom tmur għall-agħar !

No comments: