Dan l-aħħar jien u l-kollega
tiegħi Jason Azzopardi nhedejna process ta’ konsultazzjoni pubblika biex titwaqqaf
f’pajjizna marka ta’ kwalità Naturalment
Malti għall-Prodotti Agrikoli ta’ Kwalità imkabbra f’Malta. Din il-Marka,
li se tkun qed tingħata wara evalwazzjoni minn kumitat għal tal-apposta, għandha
l-għan li turi lill-konsumatur il-prodotti ta’ kwalita’ li jitkabru u jsiru f’pajjiżna.
Aħna għandna lussu li
l-prodotti agrikoli minn x’ħin jinqatgħu mill-għalqa sakemm jiġu pprocessati,
bħat-tadam, jew isib ruħu fuq il-mejda tal-konsumatur jgħaddu biss ftit
siegħat. Dan mhux il-każ f’pajjiżi ħafna
akbar minnha fejn minħabba raġunijiet anki ta’ trasport il-prodott idum ferm
aktar biex jiġi pprocessat jew biex jasal fid-djar tan-nies. Għalhekk aħna
l-Maltin ingawdu minn prodotti agrikoli lokali aktar friski. Prodotti li ħafna drabi huma mbierka bix-xemx
li tikkarga ferm aktar it-togħma.
L-għażla tal-prodott lokali
għandha tkun għalina għażla naturali. Biss ħafna drabi ma huwiex dejjem it-tort
tal-konusmatur li ma jagħżilx dak li hu malti. Dan għaliex forsi sa llum qatt
ma kien ikun viżibbli biżżejjed b’mod ċar fuq il-prodott li dak li qed nixtri
huwa verament Malti u ta’ kwalita’. Għaldaqstant id-dokument li ppublikajna
jelenka numru ta’ kriterji li bihom il-prodotti ġenwini Maltin se jkunu jistgħu
jibdew jingħataw din it-tikketta li turi b’mod ċar li l-prodott huwa
Naturalment Malti.
Għaqdiet ta’ Produtturi u
organizzazzjonijiet rikonoxxuti mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet
Rurali jistgħu minn issa jibdew japplikaw biex jingħataw din il-marka ta’
kwalità fuq prodotti bħal ħalib frisk, tadam ipproċessat, frott u ħaxix frisk, laħam
tal-majjal u tat-tiġieġ eċċ. Fil-futur hemm ukoll il-possibilitá sabiex
prodotti tradizzjonali li l-materja prima tagħhom tista’ ma tkunx prodott
agrikolu lokali wkoll ikunu jistgħu jibbenefikaw minn din il-marka, bħal ma hi
l-ħobża Maltija.
1 comment:
Glad about your campaign to promote what Maltese products we can produce. Same stands for Maltese wine whereas, total of 12,000 bottles of wines are consumed locally of which ONLY 4,000 bottles are of Maltese origin. Let's set a target that instead of 1/4, we go for 1/2 with a balance between imports and local production.
Post a Comment