Apr 28, 2013

Il-generazzjoni l-gdida


Impressjonajt ruhi bil-laqgha li l-MZPN organizza l-bierah ghal zghazagh li jridu jimpenjaw ruhhom fil-partit ghall-ewwel darba.  Moving Forward Together – kienet it-tema ta' seminar organizzat mill-MŻPN bil-għan li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jsemmgħu l-opinjoni tagħhom dwar x'wassal għar-riżultat elettorali u kif jistgħu jikkontribwixxu għat-tiġdid fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.  Kien hemm ‘l fuq minn 120 zaghzugh u zaghzugha li gew. Stajt thoss l-entuzjazmu kif tidhol fis-sala.  Kollha herqanin li jaghtu semhom biex igeddu lill-Partit Nazzjonalista.
Fl-intervent qasir li ghamilt tkellimt fuq il-htiega tal-formazzjoni.  Hemm bzonn li wiehed jaghraf ghaliex qabel xejn gie fil-PN u ma marx ghand il-PL.  Hemm bzonn dejjem aktar nifhmu x’inhu dak li jiddistingwina mill-PL.  Issa li l-PL ghamel hiltu kollha biex vizwalment jidher dejjem aktar il-PN gdid, hemm htiega ferm aktar li nifhmu dak li verament jiddistingwina.
Kien hemm min staqsa jekk il-partit ghandux jiehu t-triq liberali. Personalment  nemmen li l-PN ghandu l-bazi tieghu fil-kultura nisranija, izda ahna wkoll konxji li s-socjeta maltija evolviet u se tkompli tevolvi.  Hekk gara wkoll lill-valuri tas-socjeta'.  Ghalhekk filwaqt li rridu nibqghu sensittivi ghall-bidliet fis-socjeta' taghna, irridu nibqghu nsawru l-politika taghna fuq it-tlett kolonni tal-kultura nisranija: solidarjeta', tolleranza u rispett lejn il-holqien.
Tibqa l-mistoqsija ta’ kif l-ahjar ninvolvu liz-zghazagh fil-partit.  Tinvolvihom billi tohloq il-kumitati taz-zghazagh fil-lokal, distinti mill-kumitati tal-kbar ?  Jien personalment nemmen li l-forom ta’ involviment jistghu jkunu hafna, kemm dawk formali kif ukoll dawk informali.  Imma zgur li mhiniex il-persuna li nista naghti r-risposta.  Minkejja li jien kont attiv sa minn meta kelli 16, ir-realtajiet ta’ llum huma ferm differenti minn dawk ta’ zmieniu allura jridu jkunu z-zghazagh ta’ llum li jaghzlu kif l-ahjar jaghtu semhom.

No comments: