Apr 5, 2013

Riflessjonijiet fuq il-vjagg li rridu niehdu


Hekk kif illum ghalqu n-nominazzjonijiet ghal Kap tal-PN, irrid nirrifletti.  Fejn sejjer dan il-partit ? Huwa tajjeb li niflu r-ragunijiet tat-telfa izda l-isfida li ghandna quddiemna tmur lil hinn minn hekk.   Fl-opinjoni tieghi, l-isfida ewlenija hija li nergghu nikkonnetjaw lill-partit nazzjonalista mal-poplu Malti.   Li nergghu norbtu l-aspirazzjonijiet tal-Maltin mal-politika li jhaddan il-partit, li kull Malti u Maltija ssib sens ta’ kburija li jkun/tkun parti mill-partit nazzjonalista.    Irridu nergghu noholqu partit popolari, partit tal-hafna, li fih il-hafna jirrikonoxxu ruhhom bhala atturi u protagonisti li jinsabu fi sforz kollettiv partecipi fil-bicca xoghol  li jaghtu nifs gdid lill-partit li ghal ghexieren ta’ snin xpruna dak li hu sabih f’pajjizna.  Nhoss li dan hu dak li rnexxielu jaghmel il-partit laburista – u naghmlu zball jekk ma niehdux ukoll lezzjonijiet minnu.

Identifikata l-isfida,  il-pass li jmiss huwa li nahsbu kif se niffacjawha.  Huwa f’dan is-sena li t-tmexxija tal-partit hija krucjali.  Il-PN jehtieg aktar minn xejn tmexxija li tispira.  Kap gdid tal-PN irid ikun ghall-elettorat sors ta’ ispirazzjoni, persuna li fiha l-poplu jara vizjoni u konvinzjoni izda li tbiddel mill-qiegh ukoll il-mod ta’ tmexxija.  Kap gdid irid jaghraf jiehu mieghu lil kulhadd minghajr izda mal-enfazi tkun fuqu.  Huwa f’dan is-sens li nhoss li l-persuna maghzula irid ikollha oltre mill-hiliet li wiehed forsi jahseb jistghu jkunu l-aktar importanti – kemmxejn esperjenza parlamentari, l-gharfien ta’ kif jahdem il-partit, l-access ghal atturi mportanti fis-socjeta’ lil hinn mill-partit.  Dan ghandu valur, izda mhux, fl-opinjoni l-akbar valur. 

F’dan il-mument, meta r-ruh tal-partit tinsab mtaqqla, il-persuna l-aktar idonea biex tmexxi l-partit huwa dak li jkun kapaci jinzel fil-profond tal-qalb tal-akbar numru ta’ nies u jispirahom joholmu li l-PN ghad ghandu mmensita’ x’joffri lill-pajjizna.  U ghalhekk il-kwalitajiet  li jispikkaw tal-mexxej il-gdid ghandhom ikunu l-kapacita’ li jkun innovattiv, li ma jhossux imxekkel minn metodi u prattici li hadmu fil-passat, il-kwalita’ li ma jkunx skjav tal-opinjoni pubblika, li jaghti piz mhux biss lill-“acquired wisdom” izda wkoll lill-intuizzjoni tieghu.  Irridu kap li huwa fuq kollox bniedem tal-poplu, bniedem li n-nies ihossu qribhom ghax il-progett tieghu huwa wkoll il-progett taghhom. 

Id-daqqa kbira fl-elezzjoni li ghaddiet taghtina cans uniku biex naghmlu bidliet radikali, bidliet mill-qiegh, bidu gdid ghall-partit li kien protagonist ewlieni f’25 sena ta’ tmexxija tal-pajjiz.  Izda li llum jehtieg ifittex fir-ruh tieghu biex jiskopri mill-gdid x’inhu, ghaliex jezisti, x’inhuma l-valuri ewlenin li jsawwruh, fejn irid jiehu – mhux lill-pajjizna – izda lil kull wiehed u wahda minnha.   Il-Partit Nazzjonalista huwa l-partit tan-nies, u rridu naghmlu l-almu kollu taghna biex nigbdu mill-gdid l-immaginazzjoni ta’ dan il-poplu, poplu b’identita’ li evolviet u se tkompli tevolvi u ssir nittamaw wahda aktar ewropea.  

No comments: