Fid-diskors tal-President
qalulna li “flimkien mas-settur privat se jinvestu b’mod aggressiv fl-energija
gejja mix-xemx u teknologiji rinovabbli ohra” u aktar tard qalu li dan huwa
pajjiz “li ghadu kompletament dipendenti fuq iz-zejt”. Kaz iehor fejn jsiru statements biex
joskuraw lill-gvern t’ qabel halli taparsi issa telghet ix-xemx u se nibdew
mill-bidu.
Tajjeb naghtu ftit fatti. Bl‐iskemi
li konna nhedejna fl‐2009 u fl‐2010, kwazi 6,800 familja bbenefikaw minn għotja
biex jixtru pannelli fotovoltajċi b’investiment ta’ 18‐il miljun ewro. Dan apparti li bi €16-il miljun ohra sostnejna
270 sid ta’ negozju jew fabbrika b’ biex jinvestu f’sistemi ta’ enerġija
alternattiva. Illum ghandna diga 20MW
mill-pannelli fotovoltaici.
Barra minn hekk bit-tender li
hareg il-Gvern u bl-iskema ta’ 21M Euro li gibna minghand l-EU hu kkalkulat li
notjenu 21MW iehor. Dan ifisser li matul
il-gurnata se jkollna kapacita ta’ 41 MW, igifieri kwazi 10% tal-Maximum Peak
Demand ta’ pajjizna li hi ta’ 430MW.
Mela allura mhux veru li ghadna dipendenti totalment fuq iz-zejt. Veru li ghadna lura ghax bdejna tard, imma
ghamilna passi sostanzjali fl-ahhar 5 snin.
Hu diga konna hadna l-passi
mehtiega biex ikollna solar farms, tant li proprju fl-ahhar budget qabel ma
waqa l-Gvern, konna stabbilejna r-rati tal-Feed In Tariff ghal sistemi akbar
minn 1MW. Minkejja li nifhmu li pajjizna
hu ristrett fl-ispazju fuq l-art u ma jistax ikollu s-solar farms kbar li
ghamlu pajjizi ohra, dan ma jfissirx li ma jistax ikollna solar farms ta’ qies
iżgħar anzi aħna favur tagħhom dejjem jekk ma jkunux f’żoni sensittivi ekoloġikament
jew estetikament.
No comments:
Post a Comment