Apr 20, 2013

Setghu bnew 15-il skola gdida !

Pajjiżna f'dawn l-aħħar snin kien qed jinvesti ħafna: fin-negozji, fl-infrastruttura, fit-turiżmu – investiment li jfisser li għada nistgħu nkattru l-attivita’ ekonomika, jigifieri l-gid aktar mil-llum. U l-aqwa investiment li kienu qed jagħmel pajjizna kien fl-edukazzjoni. Għax bl-edukazzjoni, il-bniedem mhux biss jilħaq potenzjal aqwa fix-xogħol, imma wkoll fl-oqsma l-oħrajn tal-ħajja – fil-mod kif jgħix u jgawdi ħajtu.  
 
B'xorti ħażina, gvernijiet Laburisti dejjem naqqsu l-investiment fl-oqsma tista' tgħid kollha, u l-qasam tal-edukazzjoni bata ħafna taħt gvernijiet Laburisti. Il-Gvern Laburista fl-1987 mhux ma ħalliex infrastruttura tajba, imma ma ħalliex infrastruttura. Fl-24 sena mill-aħħar 26, gvernijiet Nazzjonalisti nvestew bil-kbir fl-oqsma kollha, u speċjalment fl-edukazzjoni. 
 
Issa reġa' għandna Gvern Laburista li ħafna ttamaw li forsi seta' jkun differenti minn gvernijiet Laburisti qablu. Izda intervista mal-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qatlet din it-tama wara biss 5 gimghat minn meta gie elett! Qalilna li mhux se jkompli bil-programm ta' bini ta' skola ġdida kull sena li ilu għaddej għal dawn l-aħħar ħames snin u li kellu jkompli sal-2020, tant li l-Prim Ministru Gonzi kien diga ta lista tal-iskejjel godda li kellhom jinbnew, inkluz Centru tar-Rizorsi ghall-Istudenti b’dizabilita. Din hija ahbar li tikkontradixxi dak li qal il-Labour Party fil-programm elettorali tieghu, fejn kien qal li jkompli bil-programm ta’ bini ta’ skejjel godda.  
 
Gvern Laburista jsib il-flus biex jiffinanzja Kabinett esegerament kbir, tant li se jispicca jonfoq mal-100 miljun ewro aktar fuq hames snin f’pagi ghall-Ministri u n-nies tal-ministeri, imma ma jsibx il-flus biex jinvesti fi skejjel godda! Skola gdida tigi tiswa madwar 11-il Miljun. B’dawn il-flus zejda ghall-Kabinett, il-Gvern Laburista kien jibni 10 skejjel godda fuq hames snin! Ahna ghazilna li nibnu l-iskejjel u mhux nonfquhom f’pagi ghall-Ministri (li issa jistghu jibqghu jahdmu f'xoghol iehor apparti) u ghall-istaff tal-Ministeri. Hawn verament tidher id-differenza fil-prioritajiet !

No comments: