Apr 18, 2013

Ghadu ma fehem xejn !

Ergajna bi gvern bhal dak ta’ Alfred Sant li mohhu biex jikkummissjona r-rapporti biex jistahba warajhom.  Rapporti fuq rapporti biex jezaminaw in-“nuqqasijiet” tal-Gvern precedenti.  Igibu skuzi fuq kollox.  L-aktar tipiku l-Ministru Leo Brincat.  Idur minn post ghall-iehor biex ifittex id-difetti, u jispicca jirrepeti nuqqasijiet li skond hu jkunu qalulu n-nies minghajr biss jindenja ruhu jiccekja dak li jkunu qalulu !  Jghidilna li talab rapport minghand xi teknici, imma mbaghad meta mistoqsi min huma t-teknici, fi spirtu ta’ trasparenza kbira ma jghidilniex ! 

Kaz tipiku kien meta ghamel zjara qasira li ghamel fil-Park tal-Familja f’Wied il-Ghajn.  Dak li l-eluf ta’ familji Maltin zaru’ bi hgarhom u apprezzaw bil-kbir, il-Ministru Brincat pprova jxejnu biex minghalih jumilja lill-gvern precedenti. Nesa’ jghid li dan il-Park sar fuq miżbla li nħolqot minn Gvern Laburista tas-sebghinijiet, meta hu dahal fil-politika, u li kien biss Gvern Nazzjonalista li ttrasforma din il-miżbla fi spazzju pubbliku ta’ rikrejazzjoni li llum hu kkalkulat li mat-30,000 persuna jzuru kull nhar ta’ Hadd.  Park li kien jifforma parti mill-vizjoni li kellu l-Gvern precedenti ghan-nies tan-nofs in-nhar ta’ Malta meta investa mas-sitt miljun ewro fi spazju pubbliku l-gmiel tieghu.  
 
Qalilna li se jwaqqaf kumitat tekniku biex jezamina l-impatt fuq l-arja tal-madwar.  Lanqas biss jaf li s-Sindku ta’ Wied il-Ghajn (li ghal giehna huwa Laburist) diga jippartecipa fuq kumitat indipendenti li ghandu l-ghan li janalizza l-kwalità tal-arja u s-saħħa ambjentali.   Qalilna li fil-park ghadu ghaddejin ix-xoghol fuqu u jmissu ma nfetahx.  Veru li ghadhom ghaddejjin xi xoghlijiet f’bicca zghira mill-park  imma dawn ma jfixklu bl-ebda mod l-uzu tal-park, kif jafu jghidu l-eluf kbar li diga zaru l-post.  Imbaghad qal li ma hsibniex ghan-nies biex imexxuh.  Il-verita’ hi li l-Ministru Brincat qieghed f’paniku ghax fejn qabel il-Parks Unit kien ikun assistit mit-Taqsima tax-Xogholijiet issa dawn iz-zewg entitajiet infirdu u Leo Brincat baqa’ bla haddiema u bla security officers u qed jikkundanna lill-Gvern precedenti li ma hasibx ghan-nies !  
 
Il-Ministru Brincat, ghandu bzonn jifhem li hu Ministru u mhux aktar kelliem tal-Opposizzjoni u allura xoghlu hu li juza l-fondi ghall-progetti li l-Gvern precedenti kien ivvota taht il-Ministeru ghar-Rizorsi u Affarijiet Rurali u jibda x-xoghol fuq il-waterpark li thalla spazju ghalih fil-Park ghall-Familja.  Jekk issa li sparpaljaw il-Ministeri u l-Ministeru tieghu spicca minghajr fondi kapitali dik hija xhieda ta’ nuqqas ta’ ko-ordinazzjoni f’dan il-gvern gdid.  Issa sta ghalih li jsib soluzzjoni u mhux joqghod isib l-iskuzi biex jitfa’ t-tort fuq haddiehor.  
 
Meta Leo Brincat jitkellem fuq l-immaniggjar tal-iskart jikkonferma kemm ma kien fehem xejn fl-Opposizzjoni u issa fil-Gvern ukoll ghadu ma fehem xejn.  Jidher car li ghadu ma fehemx li l-WasteServ mhijiex l-entita li tirregola s-suq fl-immaniggjar tal-iskart. Nibza li qed jaghmel il-kritika li qed jaghmel ghax ghandu agenda biex jiggustifika xi tkeccijiet ta’ nies li hemm diga.

No comments: