Apr 19, 2013

Land reclamation

Irrid nghid mill-bidu li bhala principju mhiniex kontra land reclamation.  Izda wiehed bilfors irid jghid li l-istudji kollha li saru sa llum jindikaw li ghandna limitazzjonijiet kbar ghall-attivita’ bhal din.  Studju kkummisjonat mill-MEPA fit-2004 lill-kumpanija maghrufa Carl Bro kien stabbilixxa li progetti ta’ land reclamation specjalment biex tinholoq xi gzira mhumiex ekonomikament viabbli, apparti li ma ghandniex il-volumi ta’ materjal biex jaghmilha possibli.  Wiehed irid jiftakar il-fond tal-bahar li ghandna u r-rata ta’ generazzjoni ta’ skart tal-kostruzzjoni. Ghal pajjizna, progett ta’ reklamazzjoni tal-art mill-bahar jaghmel sens sostenibbli aktar jekk il-progett johloq facilita halli l-materjal nadif ta’ skavar jinghata uzu. Li ngibu l-materjal minn barra halli jinholqu l-gzejjer jista’ jaghmel il-progett anqas vijabbli. 
 
Dan ir-rapport kien studja ukoll b’mod preliminari sitt siti madwar Malta.  Eventwalment gie kkummissjonat studju iehor minghand il-kumpanija Scott Wilson biex tistudja f’aktar dettall zewg siti minn dawn is-sitta.  Zewg siti  mal-kosta fejn land reclamation jista jkun possibli u saru wkoll pre-feasibility studies.  Iz-zewg siti kienu barra l-Maghtab u barra l-kosta tax-Xaghjra.  
 
Land reclamation matul il-kosta ta’ Bahar ic-Caghaq kien eskluz ghal ragunijiet ekologici anke jekk mill-aspett ekonomiku din kienet l-aktar wahda viabbli.  Progett ta’ land reclamation matul il-kosta tax-Xghajra kien indikat li jigi jiswa bejn €250 and €440 miljun.
 
Issa rrid nghid li matul l-ahhar xhur tal-Gvern kienet giet proposta biex tinbena marina ezatt barra l-kosta ta’ fejn kien hemm il-Jerma Hotel. U biex fuq l-art reklamata jinbnew numru mdaqqas ta’ vilel.  Fil-principju ma konniex kontra izda lill-izviluppaturi kien intqal “morru ghand il-MEPA u ghamlu l-istudji kollha necessarji.”  Wiehed irid ovvjament jistudja l-impatt fuq il-kosta u l-ekologija u l-ambjent tal-bahar. Wiehed ma jridx ikun entuzjast izzejjed.  Hemm limitazzjonijiet realistici. Wiehed ghandu jimxi b’kawtela.  
 
Il-Gvern tal-Labour ilu kommess b’mod apert favur riklamazzjoni tal-art imma qatt ma ta xi dettalji ta’ x’irid li jsir.  Issa l-Prim Ministru talab lil kull min ghandu xi proposti f’din il-linja biex javvicina lill-gvern.  Ghandi feeling li din tar-riklamazzjoni tal-art hija marbuta maz-zjara sigrieta li numru ta’ kuntratturi kienu ghamlu flimkien ma’ delegazzjoni tal-istess Partit Laburista f’Dubai ftit tas-snin ilu.  F’Dubai saru l-famuzi Palm Islands.  Imma wiehed irid jiftakar li l-bahar hemmhekk huwa fond biss madwar 12-il metru u huwa ramel.  Fil-kaz taghna hekk kif thalli l-kosta hafna drabi l-fond jitla ghal 50 metru jew aktar u l-ekologija hija ferm aktar sensittiva.
 
Ta’ min isemmi illi l-Gvern Nazzjonalista irnexxilu jpoggi r-reklamazzjoni tal-art fil-prattika meta tul dawn l-ahhar 10 snin irreklama art li kienet sparpaljata fil-passat, barrieri, mizbliet, ecc u radd lura din l-art ghal uzu rekreattiv, agrikolu, industrijali, ecc.

No comments: