Il-Ministru Konrad Mizzi, sa minn qabel
l-elezzjoni li ghaddiet, dejjem sahaq li l-power station il-gdida li dahhal
f’mohhu li jaghmel ha tkun suggetta ghall-istudji kollha li jirrikjedu
d-direttivi tal-Unjoni Ewropea. Anzi, zeblah lil kull minn qallu li d-dati li
kien qed jiffissa f’mohhu ma kienux jippermettu li dawn l-istudji jsiru ghax
iz-zmien sabiex isiru hu stabbilit bil-ligi u ma jippermettux li tinbena power
station fi 18-il xahar. Konrad Mizzi kien qal li dawn l-esperti jivvintaw
il-burokrazija, u kien serrah ras in-nies li ser jaghmel l-istudji kollha
necessarji. U jidher li l-poplu emmnu !
Issa
f’il-gurnal MaltaToday il-Ministru Konrad Mizzi gie rrapurtat li qal li mhux ha
jaghmel l-istudji kollha ghax iz-zmien ma jippermettix. infatti l-gurnal qal
hekk: "The government will be forgoing any changes to Malta's National
Energy Policy because it would require a time-consuming Strategic Environmental
Assessment (SEA) that would mean months of public consultation, possibly
delaying Labour's most important project - the Delimara gas power plant."
Tajba din ! Dan xi preparamenti kien ghamel meta gie jghidilna li l-esperti qed
jivvintaw il-burokrazija ? Issa sirna nafu li l-Gvern ser jibni power station
minghajr ma jibdel il-Pjan Nazzjonali dwar l-Energija ghax jekk jaghmel hekk
ikollu jaghmel Strategic Environmental Assessment (SEA) fuq il-pjan il-gdid u
z-zmien ma jippermettix ! Dan ifisser li Konrad Mizzi ha jkun qed jikser
direttiva tal-Unjoni Ewropea. Direttiva li sahansitra din giet addottata minn
pajjizna bhala ligi xi snin ilu. Konrad Mizzi qed jipretendi li jikser il-ligi
tal-SEA sabiex jaghmel ta’ rasu !
Bhalma
jaf kulhadd, kull decizjoni ghandha impatt ambjentali. Huwa ghalhekk li
pajjizna kellu politika nazzjonali dwar l-energija u li din kienet suggetta ghal
skrutinju ambjentali fuq livell strategiku qabel giet addottata. Gew studjati
l-options kollha u l-pjan nazzjonali, li ma jinkludix power station ta’ 200MW
li tahdem bil-gass, iffoka fuq l-option l-aktar li taqbel lil pajjizna. Issa
KonradMizzi qed jghid li dan kollu hazin ghax il-power station tieghu hi
l-ahjar ghazla minghajr m’ghandu l-istonku li jissuggetta din l-ghazla ghal SEA
u jemenda l-Pjan Nazzjonali dwar l-Energija.
Din
mhux serjeta. Ebda Gvern demokratiku m’ghandu jikser il-ligi sabiex iwettaq
manifest elettorali li kien imfassal minghajr hsieb. Ha naghmilha cara.
Hawnhekk mhux qed nitkellem fuq l-Environmental Impact Statement li suppost
isir fuq il-progett. Hawnhekk qed nitkellem fuq Studju Strategiku Ambjentali li
hu obbligat li jsir fuq il-Pjan Nazzjonali dwar l-Energija qabel ma dan jigi
mplimentat. B’dan l-istudju biss inkunu nafu jekk l-option tal-LNG Terminal
hiex verament l-aqwa option bhal ma qed jghidilna Joseph Muscat u shabu.
Il-biza li l-PL ghandu li jissuggetta din l-idea ghal SEA jindika li anki hu
ghandu dubji serji dwarha.