Dak
li qed jigri fl-Ukrajna hemm hafna x’tomghod fuqu u ghalkemm l-Ukrajna m’hix
membru tal-Unjoni Ewropeja ghandu jifthilna ghajnejna ghar-rabta li trid tigi
rispettata f’demokrazija bejn dak li jrid il-poplu u dak li jista’ jaghmel
gvern elett.
L-Ukrajna
din il-gimgha kienet se tiffirma ftehim mal-Unjoni Ewropeja li ghalih ilha
tipprepara snin. L-Unjoni Ewropeja
offriet lil Ukrajna Ftehim ta’ Assocjazzjoni u Ftehim ghall-negozju hieles
mill-aktar ambizzjuz. Issa l-Gvern tal-Ukrajna,
mmexxi mill-President Yanukovich qal li
ma jridx jiffirma dan il-ftehim ghalissa, aktarx minhabba pressjoni
mir-Russja. Il-poplu tal-Ukrajna
madanakollu mhux qed jaqbel xejn ma’ din id-decizjoni u niezel fit-toroq
jipprotesta bl-eluf kbar. Il-poplu
tal-Ukrajna jrid rabta aktar mill-qrib mal-Unjoni Ewropeja.
Fit-toroq
il-banners li kellhom in-nies kienu
jghidu kliem li fakkruni fil-mixja mhux facli li kellna ahna lejn l-Unjoni
Ewropeja, kliem bhal “Irridu futur ghat-tfal taghna” u “L-Ukrajna hija parti
mill-Ewropa”. Il-protesti qed ikunu
meqjusa bhala l-akbar mir-Revoluzzjoni Orangjo tal-2004 li kienet wasslet biex
jinbidel rizultat ta’ elezzjoni presidenzjali li kien mbaghbas.
Naghmel
zewg riflessjonijiet dwar dak li qed jigri fi Kiev.
L-ewwel: Gvern elett anke f’demokrazija li ghadha qed
tizviluppa, qed jintalab bis-sahha mill-poplu li eleggih, biex jaghti kaz ta’
dak li qed jghid. Mhux qed jaqbel ma’
decizjoni tal-gvern u jrid bis-sahha li din id-decizjoni tinbidel. F’Malta ghandha demokrazija li hija aktar
mirquma, li fiha l-lehen tal-poplu suppost huwa aktar rispettat, mhux biss
fil-mument tal-vot imma tul legislatura shiha. Minkejja dan, ghandna gvern li
ma semghax mill-poplu u r-rapprezentanti tieghu meta gie fuq materja li tolqot lill-poplu
mill-vicin, il-bejgh tac-cittadinanza....kellha tkun it-tragedja ta’ l-media
dinjija titkellem b’mod dispregjattiv fuqna li geghlet lil gvern jieqaf u
jisma’ u r-rizultat ghadna rridu naraw x’se jkun.
It-tieni: Il-poplu u z-zghazagh tal-Ukrajna jridu
jaghmlu minn kollox biex ikollhom access ghal dak li toffri l-Ewropa, inkluz
il-possibilta’ li jahdmu fil-pajjizi Ewropej.
Ikollhom jinzlu fit-toroq biex dan id-dritt li qed toffrilhom l-Ewropa
jaffermawh. Daqshekk huwa
mportanti. Ara ahna, ahna qed inbieghu
dan id-dritt.....anke lil ftit nies minn dan il-pajjiz fl-Ewropa tal-Lvant li
r-rabtiet tieghu mal-kriminalita’ organizzata huma maghrufa sew. Il-gvern Malti ta’ llum qed jinsulenta
l-hidma li ghamlu l-gvernijiet precedent biex jaghtu futur lill-uliedna, billi
jbiegh bir-rabass dan id-dritt li haddiehor ikollu jiggieled ghalih. Dawk li jistghu ihallsu 650,000 ewro
fl-Ukrajna, gabuhom minn fejn gabuhom, m’ghandhomx ghalfejn jinzlu fit-toroq
ghax ghalihom haseb il-Gvern Malti ta’ Joseph Muscat.