Sep 30, 2007

Tree Planting Weekend

Il-bierah iltqajt ma' Martin Galea ta' Din l-Art Helwa u Joe Mangion tal-Birdlife sabiex infehmu lil media x'se jigri fit-Tree Planting Weekend li se norganizzaw hdejn it-Torri l-Ahmar fiz-zona maghrufa bhala Foresta 2000, fil-Mellieha, fid-19, 20 u 21 t'Ottubru.

F'Mejju li ghadda l-ghada li kienu gew vandalizzati madwar 3,000 sigraf'lejl wiehed, jien kont ghamilt sfida. Irrid li nhawlu id-doppju biex naghtu risposta. Ir-rispons kien immedjat. Niftakar li fi ftit minuti kien cempilli Shaun Wallis tal-HSBC u ghamel pledge qawwi. U bqajna ghaddejjin. F'temp ta' ftit granet gbarna bizzejjed donazzjonijiet biex f'dak il-weekend diga qeghdin f'posizzjoni li nhawlu 9,000 sigra. Apparti 1,000 sigra ohra li se jaghtini l-Gvern Taljan.

Inhossni sodisfatt, imma nittama ukoll li f'dak il-weekend li se jkun mimli attivita' ghal familja kollha kemm filghodu kif ukoll matul il-lejl, inkunu f'posizzjoni li nigbru donazzjonijiet biex inhawlu 3,000 sigra ohra, biex b'hekk inkunu hawwilna 4 darbiet dak li gie vandalizzat !

Sep 29, 2007

Rivali izda hbieb dejjem !

Il-bierah filghaxija attendejt l-end of season dinner ta' Sliema ASC, l-event kien tajjeb hafna izda l-istagun ma kienx wiehed felici daqs kif imdorrijin. Is-Sliema rebhu biss il-knockout. (Fir-ritratt nidher mal-captain tas-Sliema, Clint Debono, dakinhar tar-rebh tan-knockout) Ghallanqas din tat ftit konsolazzjoni wara t-telf tal-kampjonat u specjalement wara t-telfa kbira kontra r-rivali eterni tan-Neptunes.

Irrid nammetti li n-Neptunes kien haqqhom jirbhu c-championship. Fil-loghba li ddeterminat il-kampjonat Neptunes laghbu loghba perfetta. Minn naha l-ohra s-Sliema dakinhar kienu qishom f'dinja ohra. Insomma dik il-loghba tal-waterpolo. Jghaddi kemm jghaddi z-zmien dan l-isport jibqa jaffaxxinini anke aktar mill-football.

Illejla mistieden l-end of season event tal-Exiles, club iehor li minkejja l-mezzi limitati, il-kumitat qed jaghmel minn kollox biex jibnu team rispettabli. Qed jinvestu fiz-zghazagh. L-aqwa nvestiment.

Fi ftit granet ohra jkun hemm l-end of season tan-Neptunes. Dakinhar immur ukoll, imma min jaf kemm gejjin botti ! Din il-hajja ta' tas-Sliema u San Giljan. Rivali fis-sajf imma hbieb dejjem !

The Blair Years

Waqt l-ahhar vjagg tieghi, dak ghal NY, xtrajt il-ktieb "The Blair Years" miktub minn Alastair Campbell, l-ex media officer ta' Tony Blair.
Campbell, li qabel inghaqad ma' Blair kien gurnalist tal-gurnal the Mirror, effettivament ma kitibx il-ktieb issa. Il-ktieb fil-fatt jigbor fih bicciet mid-djarju li kien izomm Campbell sakemm dam media officer ta' Blair, liema djarju kien jaf li qed jinzamm Tony Blair.

Fl-introduzzjoni tal-ktieb Campbell jghid zewg affarijiet fuq il-media li lili laqtuni hafna u li somehow insibhom relevanti ukoll ghal Malta.

Jghid : "I know some commentators will come to this book with minds made up, and look to find those parts that help confirm their prejudices. It is what is wrong with some of them in the first place, and why I have next to no respect for them and no real interest in their views".

F'parti ohra jghid: "It is sad irony thay we have more media coverage than ever, but less understanding or real debate"

Jien se nkompli naqrah u nissuggerilek li tixtrih u tibda taqrah.

Sep 27, 2007

Michael Mifsud - il-"Messi ta' Malta"

Dalgħodu kulħadd qam jitkellem dwar Michael Mifsud u ż-żewġ goals li skorja li bihom ġew elimintati l-Manchester United mill-Carling Cup fi stadju relattivament bikri.

M’inhix wiehed mis-supporters Maltin tal-Man. United. Imma llum ma rridx inkun wieħed minnhom żgur – maqbud bejn id-dispjaċir li t-team tiegħi inqala ma’ team ħafna iżgħar minnu u l-ferħ li din it-telfa ġiet minn saqajn Malti bħali!

L-impriża ta’ Michael hija impressjonanti minnha nnifisha, iżda daqstant jekk mhux aktar impressjonanti kien il-coverage li ngħata fil-media internazzjonali. Biżżejjed ngħid li Gazzetta Dello Sport illum rreferiet għal Michael bħala l-“Messi ta’ Malta" www.gazzetta.it/Calcio/Estero/Primo_Piano/2007/09_Settembre/27/mifsud.shtml

Dalghodu ma flahtx ma ncempilx lil ommu Stella li toqghod ftit metri 'l boghod mill-ufficju tieghi f'Tas-Sliema. Lil Michael nafu jitwieled. Stella qaltli li ma waqfux icemplulha n-nies sa mill-bierah filghaxija ! Hadt gost jien, ahseb u ara hi. Prosit Michael !!

Sep 26, 2007

09/11

Nhar it-Tnejn filghaxija jien u Chris Ciantar morna r-restaurant ftit metri 'l boghod mill-hotel fejn konna u laqatni l-fatt li kif tidhol hemm tabella kbira bl-ismijiet ta' klienti regolari ta' dak ir-restaurant li tilfu hajjithom fit-twin Towers. Hija ovvja li dik it-tragedja halliet marka kbira fuq l-Amerikani specjalment fuq in-nies ta' New York.

Il-bierah it-Tlieta qabel ma tlaqt lejn l-JFK airport ta' New York, iddecidejna jien u Chris Ciantar li mmorru sa Ground Zero fejn kien hemm it-Twin Towers qabel il-11 ta' Settembru tal-2001 meta sar l-attakk terroristiku tal-Al Qaeda. Kont ghadna qatt ma mort.

Kif wasalna, jimpressjonak il-fatt li qalb dawk l-skyscrapers tara wesgha kbira vojta. Ftit tista tara s-site ghalkemm irnexxilna niehdu xi ritratti minn kif stajna minn xi fethiet zghar li hemm fil-hoarding li jdawwar is-site kollha. Illum ma tara xejn hlief construction site kbira.

Laqatni sticker zghir li hemm ma' bicca mill-hoarding. Hadtilha ritratt. Label zghira b'messagg qawwi "Amplify Love, Dissipate Hate". Messagg li nahseb li huwa f'loku f'sit bhal dak. Effettivament fl-opinjoni tieghi huwa ukoll messagg kontra min jirrispondi ghal vjolenza bi vjolenza, anke jekk dik il-vjolenza hija gwerra dikjarata minn stat. Huwa messagg li ghandu jghina ukoll nikkontrollaw id-diskors taghna ta' kuljum li xi kultant jeccedi l-limitu tal-hsieb razzjonali.

Sep 25, 2007

Ftit minuti ma' Al Gore

Il-bierah kelli l-opportunita' nisma lil Al Gore di persona. Gie jindirizza laqgha li saret ghal mexxejja tad-delegazzjonijiet tas-Summit li li organizza s-Segretarju tal-NU. Kien diskors passjonanti. Hadt gost nisimghu ghax ghandu l-kapacita' li jzommok attent. Ma jidholx f'hafna teoriji jew filosofija imma jitkellem b'numri u b'ezempji li jifhem kulhadd. Kont rajt il-film li pproduca hu "The Inconvenient Truth" imma li tarah u tisimghu mill-qrib huwa ferm aktar effettiv.
Wara d-diskors Michael Zammit Cutajar qalli "imqar kien jesprimi ruhu b'daqshekk sahha fl-imghoddi ghax forsi ma kienx jitlef". Fil-fatt tajjeb li wiehed ifakkar li Gore kien tilef l-istat ta' Miami bi ftit voti u konsegwenza ta' hekk l-elezzjoni Presidenzjali tas-sena 2000 minkejja li overall kien gab il-maggoranza tal-voti. Qbilt mieghu.

Wara li spicca jitkellem introducini ma' Al Gore il-Prim Ministru Olandiz, Jan Peter Balkenende, li ili nafu minn mindu kont attiv fiz-zghazagh Demokristjani Ewropej. Al Gore qalli mmedjatament li mn'Alla Malta 19-il sena ilu resqet is-suggett tal-klima quddiem l-Assemblea tal-NU. Qalli ukoll li Malta trid tishaq aktar fuq l-impatt tat-tibdil fil-klima u l-impatt ta' dan fuq il-gzejjer.

Fil-ftit minuti li ghamilt mieghu ghidtlu ukoll li bhalissa qed naqra l-ktieb gdid tieghu bl-isem "The Assualt on Reason". Frahtlu ghal mod car u skjett li bih kiteb primarjament fuq il-media u l-abbuz taghha. Bejnietna iddispjacini ghal mejjet li ma hadtx il-ktieb mieghi biex jiffirmahuli.

Sep 24, 2007

Il-futur f'idejna !

Ghadni kemm wasalt New York ghas-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti li ser isir ghada t-Tnejn, dwar il-Tibdil fil-Klima. Originarjament kien mistieden il-Prim Ministru izda minhabba mpenji ohra gejt mitlub nattendi jien minfloku.

Probabilment se ndum nivjagga ‘l hemm u ‘l hawn aktar milli se ndum hemm ! Tlaqt il-Hadd filghodu, nasal NY fil-5.30pm (effettivament xi l-11.00pm hin ta’ Malta) u nibda l-vjagg lura t-Tlieta fil-5.00pm, igifieri se nkun domt b’kollox 48 siegha NY.

Dan is-Summit li ssejjah mis-Segretarju tan-NU, Ban Ki-moon, huwa ntiz biex igib progress lejn ftehim globali dwar tnaqqis definit fil-konsum tal-energija, liema ftehim suppost li jiehu spinta fil-laqgha li se ssir f’Bali f’Dicembru li gej.

Ir-rapport mahrug minn grupp ta’ madwar 300 espert (maghruf ahjar bhala l-IPPC) aktar kmieni din is-sena wera bic-car li l-bdil fil-klima mhijiex kumbinazzjoni, jew process naturali izda definittivament huwa mahluq mill-attivita qawwija tal-bniedem.

F’rapport iehor mahrug minn team immexxi mill-ekonomista Stern, ghall-ewwel darba wera bic-car li l-prezz ekonomiku li jkollha thallas id-dinja, jekk ma taghmel xejn biex tindirizza din il-problema, se jkun ferm aktar mill-prezz li trid thallas id-dinja illum biex taghmel il-bidla fil-konsum u t-tip ta’ konsum ta’ energija.

Ovvjament il-cameras tal-media mhux se jkunu ffukati fuqi izda fuq il-mexxejja l-kbar bhal President Franciz Sarkozy, il-Kancillier Germaniz, Angela Merkel, u l-PM Taljan, Romano Prodi u ohrajn ! Ghalhekk toqghodx taqla ghajnejk biex tarani fuq l-SkyNews jew BBC ! Bhas-soltu il-presenza taghna mhux se tbiddel il-konkluzzjoni imma madankollu mportanti li nkunu prezenti u nsemmu lehinna anke dwar l-effett fuq gzejjer zghar.

Fuq kollox ma rridux ninsew li kienet Malta fl-1989 li l-ewwel darba poggiet fuq l-agenda tan-NU l-issue tal-bdil fil-klima.

Sep 22, 2007

Il-gallerija tal-injam - nharsu l-identita' taghna.


Dalghodu fi press briefing gewwa s-Siggiewi habbart li l-iskema ta' ghajnuna mill-MEPA għall-manutenzjoni jew tibdil ta’ gallariji ta’ l-injam ser tkun estiża għaz-Zoni ta' Konservazzjoni Urbana tal-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex.
Wieħed jista’ jivverifika dan fuq il-Pjan Lokali fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tiegħu inkella juza l-Map Server fuq il-website tal-MEPA http://www.mepa.org.mt/Planning/index.htm

Sa llum kellna biss 15-il lokalita' f'Malta u Ghawdex li kienu ntitolati biex ir-residenti tal-lokalita' jiehdu ghajnuna fuq galleriji tal-injam.

Ir-residenti jistgħu japplikaw sabiex jirċievu għajnuna finanzjarja li tkopri 60% ta’ l-ispejjeż, liema ghajnuna ma tistax taqbeż is-Lm600. Il-flus jistgħu jintużaw !. għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni, 2. biex gallariji li fil-passat kienu saru tal-aluminium jew ġebel, jinbidlu ma’ oħrajn tradizzjonali ta’ l-injam ġodda., jew 3. biex tinbidel gallerija tal-injam li qeghda fi stat hazin ma' wahda gdida.

L-iskema mhux ser tkun means-tested, jiġifieri jista’ jibbenefika minnha kulħadd irrispettivament mid-dħul finanzjarju tiegħu.

Nemmen li dan huwa pass iehor 'l quddiem biex inharsu l-wirt arkitettoniku u l-ambjent tal-irhula u l-villaggi taghna.

Irrid nghid li kif kellimt lil Tonio Fenech fuq din l-inizjattiva mill-ewwel qalli iva u wieghed li l-Ministeru tal-Finanzi jsostni l-budget tal-MEPA biex jaghmel tajjeb ghal din in-nefqa hekk kif inkunu nafu kemm persuni se jikwalifikaw.

Sep 21, 2007

Katidral li qed jerga jiehu r-ruh !


Dalghodu attendejt il-quddiesa fil-Kon-Katidral ta' San Gwannli tigi organizzata kull sena f'Jum l-Indipendenza. Waqt il-quddiesa qghadt nammira ix-xoghol ta' restawr li ghaddej fil-Katidral. Numru ta' kappelli u navi diga gew restawrati u diga jispikkaw fuq il-kumplament. L-indurar bid-deheb li qed isir mill-esperti Taljani, qed jibda jhiddi u bilfors jolqotlok l-ghajn.

Sfortunatament ghal hafna snin dan il-gojjell, li nbena mill-Kavallieri fuq disinn tal-perit Gerolamo Cassar, thalla ghal riehu u ma sar xejn fih. Izda minn mindu twaqfet il-Fondazzjoni nbeda programm qawwi ta' restawr bl-ghajnuna kbira anke tal-Gvern Taljan.

Interessanti wiehed jinnota li hemm tixbih qawwi bejn il-faccata tal-Kon-Katidral ta' San Gwann u l-faccata ddisinjata minn Michelangelo ghal Basicilka ta' San Lorenzo gewwa Firenze, liema faccata qatt ma saret. Il-kittieb tal-arkitettura u l-mibki perit Leonard Mahoney kien kiteb "Cassar's knowledge of the exact measures of Michelangelo's works is probabely due to Laparelli who was Michelangelo's trusted assistant on the fabric of St. Peter's in Rome."

Waqt il-quddiesa gieni hsieb iehor. Kemm ghandna bzonn nirrestawraw il-Palazz tal-GranMastru. Sfortunatament mautul is-snin saru hafna nterventi fih li faqru lil dan il-Palazz. Hemm bzonn li l-Parlament insibulu post iehor halli nkunu nistghu naghmlu l-interventi ta' restawr tant mixtieqa u naghtu lil pajjizna mill-gdid dan il-gojjell biex jitgawda fl-ahjar tieghu.

Sep 19, 2007

Prosit Katrine. You deserve it !

L-avukat Katrine Camilleri, li ilha taghti s-servizz legali taghha ghal dawn l-ahhar ghaxar snin lil persuni li jissugraw hajjithom fil-bahar tal-Meditterran biex isibu tama f'pajjizi ohra, ghadha kemm inghatat l-aktar Award prestigjuz tan-Nazzjonijiet Uniti ghal hidma fost ir-refugjati, il-Nansen Refugee Award ghal 2007.

L-award huwa msemmi ghal Fridtjof Nansen, xjenzat, vjaggatur, umanista u simbolu tal-gdida biex ikunu mharsa r-refugjati fid-dinja.

Katrine Camilleri, ta' 37 sena llum hija avukat full-time mal-Jesuit Refugee Service (JRS) tal-Gizwiti u hija simbolu ta' kuragg wara t-theddid li hi u l-familja taghha ghaddew minnu minhabba l-hidma taghha. Is-sena l-ohra disa' karozzi ta' nies vicin is-servizz tal-Gizwiti, inkluz dik ta' Katrine nghataw in-nar u sahansitra l-bieb tad-dar ta' Katrine nghata n-nar waqt li l-familja taghha kienet maqbuda gewwa.

Dawn l-attakki kienu ixxukkjaw lill-komunita' Maltija u kienu kkundannati minn hafna ghaqdiet, inkluz il-Gvern Malti.

Katrine, li ili nafha minhabba l-hbiberija tieghi u ta' Lourdes mal-Gizwiti Paul Pace u Pierre Grech Marguerat, li ukoll jahdmu mal-JRS, tghid li dawk l-attakki kissru s-sens ta' sigurta' taz-zewg ulieda imma imlewha bil-kuragg biex tkompli tahdem favur dawn il-persuni, li ghax huma holqien t'Alla bhalna, jixirqilhom l-akbar dinjita'. Is-servizz tal-UNHCR ikkwotaha tghid “I'm always impressed by how much hope they have and how much capacity in a sense, not only to keep hoping against hope, but to really make things happen.

Il-bierah hekk kif sirt naf, bghatt sms lil Katrine li kien jaqra hekk : "Katrine, Congratulations for winning the Award. You deserve it !" YOU DEFINETELY DO. PROSIT !!

Telefonata b'toghma ta' inbid


F'dawn l-ahhar tlett ijiem kont fil-belt maestuza ta' Porto fil-Portugal ghall-laqgha nformali tal-Ministri tal-Agrikoltura tal-UE. Kull presidenza jkollha okkazzjoni darba torganizza laqgha nformali, fejn apparti diskussjoni l-Ministri u d-delegati jittiehdu jzuru diversi postijiet marbuta mal-attivita' tal-pajjiz f'dak il-qasam.

Dawn il-laqghat jaghtu cans lill-Ministri jsiru jafu lil xulxin ahjar, u biex inkun onest hafna drabi titghallem u taghmel kuntatti utli ferm aktar mill-laqghat formali tal-Kunsill tal-Ministri.

Ovvjament il-Ministru Portugiz, Jaime Silva, ghazel li johodna fil-qalba tat-tkabbir tad-dwieli fuq ix-xmara Douro u l-produzzjoni tal-inbid Port li tant huwa mfittex kemm fil-Portugal kif ukoll fid-dinja. L-ghelieqi mtarrga bid-dwieli fuq l-gholjiet li jdawwru x-xmara huma spettakolari tant li huma meqjusa bhala Wirt Komuni tal-Umanita' mill-UNESCO. Il-Ministri kollha u l-Kummissarju Fischer Boel gejna dikjarati membri onorarji f'cerimonja tradizzjonali tal-Confraria do Vinho do Porto, li hija l-Konfraternita' ta' dawk li jaghtu sehem biex jikber l-gharfien tal-inbid ta' Porto. Jien m'ghamilt xejn hlief xrobtu fl-ahhar tlett ijiem !!

Bhas-soltu f'dawn il-laqghat ma jonqosx li jittiehed il-family photo tal-Ministri. Gara li l-bierah filghodu ghamilna xi 15-il minuta nistennew lil xi tlett Ministri jaslu, fosthom lill-Ministru Taljan, Paolo de Castro. Kulhadd skjerat, b'xeba fotografi jistennew ! Qbadt il-mobile u ppruvajt naqbad lil Paolo halli nghidlu li konna qed nistennewh. Qbadtu f'laqgha mal-Ministru il-gdid Franciz, Michel Barnier, probabilment jiddiskuti ir-riforma fil-qasam tal-inbid. Il-cameras qabduni incempel u spiccajt imxandar minn xi agenziji tal-ahbarijiet ! Il-gurnalist Mario Xuereb ta' Media.link bghattli r-ritratt. Fl-ahhar Paolo wasal u biex nimbarazzawh tajnih capcipa mill-qalb.

Sep 15, 2007

Mejjet biex immur !


Dan il-weekend f'Parigi ghandu jiftah muzew interessanti, il-Muzew tal-Monumenti fi Franza. Il-muzew li jiprezentalek 800 sena ta' arkitetttura fi Franza se jkun fil-Palazz Chaillot hdejn l-Eiffel Tower.

Il-wirja hija mifruxa fuq madwar 8,000 metru kwadru u tinkludi kopji ta' faccati ta' katedrali, monumenti u arkitettura mill-hdax-il seklu sa llum. Id-direttur tal-Muzew skond bbc-news qal "We didn't want any break between old and modern."

Dinl-wirja tinkludi mudell ta' apartament futuristiku mibni minn Le Corbusier f'Marsilja, liema apartament huwa meqjus bhala masterpiece.

Il-progett ta' dan il-muzew imsejjah - Belt tal-Arkitettura, kien thabbar fl-1994 izda kemm minhabba dewmien kif ukoll minhabba zieda mill-ispejjez originali (hi x'arukaza, mela mhux Malta biss jigru dawn l-affarijiet !) dam biex jitlesta sa issa. Il-wirja b'kollox giet tqum madwar 80 Miljun Euro.

Laqtitni hafna l-grafika tal-website ta' dan il-muzew. Nissuggerilek li tarha fuq: http://www.citechaillot.fr/

Biex inkun onest mejjet biex naqbad ajruplan u mmur Parigi ha narah dan il-muzew ! Fadalli x'nistenna imma.

Sep 13, 2007

Parlament taz-Zghazagh


Dalghodu gejt mistieden nippartecipa fit-tieni sessjoni tal-Parlament taz-Zghazagh organizzat mill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh.

Qrajt iz-zewg dokumenti li hejjew il-"partiti" kif ukoll smajt l-interventi taz-zghazagh dalghodu. Dibattitu nteressanti li ma ma kienx nieqes minn ideat differenti trasmessi f'atmosfera aktar rilassata u f'certu sens b'kontenut ahjar mid-diskorsi li xi kultant nisma fl-istess Parlament tal-"kbar"!

Fl-intervent tieghi tkellimt l-aktar fuq it-tema tal-izvilupp sostenibbli li giet trattata fid-dokumenti. Enfasissajt li meta nitkellmu fuq zvilupp sostenibbli xi kultant ninsew li dan ma jfissirx biss titjib ambjentali izda jfisser ukoll li l-izvilupp socjali u dak ekonomiku jimxu flimkien. Wiehed ghandu effett fuq l-iehor u li dawn it-tlett oqsma ma nistghux nisseparawhom minn xulxin.

Fl-ahhar tad-diskors tieghi stedint liz-zghazagh ghal sessjoni anqas formali fejn inqattghu gurnata flimkien niddiskutu b'mod informali ix-xewqat u l-ambizzjonijet taghhom ghal dan pajjizna u d-dinja li nghixu lkoll fiha. Jien looking forward li nisma aktar u li naqsam maghhom it-thewdin u x-xewqat tieghi ukoll.

Sep 11, 2007

In-nisa u t-tkabbir tal-hut !


Dalghodu kelli opportunita' inzur flimkien mal-media l-progett tat-tkabbir tal-accjol gewwa c-Centru tal-Akwakultura fit-Torri ta' San Lucjan. F'pajjizna sa llum kellna biss it-tkabbir tal-awrat u tal-ispnot. Mir-ricerka applikata li qed issir f'dan ic-centru tal-Gvern permezz ta' Dr.Robert Vassallo Agius u l-istaff tieghu bi shab ma' kumpanija privata lokali, pajjizna minn hawn u ftit taz-zmien iehor se jkollu ukoll it-tkabbir tal-hut tal-accjol. Huta mfittxija hafna fis-suq.

Permezz tar-ricerka ta' dan iz-zaghzugh li ghamel l-istudji avvanzati tieghu fil-Gappun, pajjizna sar l-aktar pajjiz avvanzat fit-tkabbir ta' din il-huta. Jien kelli x-xorti nzur diversi facilitajiet tal-akwakultura f'Cipru, Israel, Libja u Tunezija u fil-fatt jammettu li ahna l-aktar avvanzati f'din ir-ricerka.

Fiz-zjara ta' llum laqatni l-fatt li t-tlett studenti li qed jahdmu ma' Robert huma kollha tfajliet, wahda minnhom minn Sqallija. Tiehu gost tara kif anke f'dan il-qasam tas-sajd u tal-hut li sa ftit taz-zmien ilu kien ikkunsidrat qasam mmexxi biss mill-irgiel, illum il-mara mhux biss sabet posta izda talli qeghda aktar prezenti mill-irgiel !

Sep 9, 2007

Djalogu f'Tas-Sliema


Dalghodu attendejt id-Djalogu li l-PN organizza fi Gnien l-Indipendenza f'Tas-Sliema. Bhas-soltu tkellem il-Prim Ministru. Huwa sahaq l-aktar fuq kif l-ekonomija qed tirranka ghax qed nibdew nahsdu l-frott tad-decizzjonijiet ghaqlin li saru fl-ahhar snin. Qal li l-budget li jmiss irid jitraduci dan it-titjib ekonomiku f'titjib aktar dirett ghal familji.

Kien hemm ukoll zewg interventi tajbin hafna ta' Louis Galea u Tonio Fenech. L-aktar punt li laqatni mill-intervent ta' Louis kien li l-ghalliema fil-kindergarten issa bilfors irid ikollhom degree ghax dawk l-ghalliema huma determinanti fl-ewwel snin tal-formazzjoni tat-tfal. Punt ovvju izda forsi mhux dejjem forsi rriflettejna fuqu. Tonio Fenech sostna li l-akbar certifikat fuq l-istat tal-ekonomija maltija bhalissa tah din il-gimgha l-Fond Monetarju Internazzjonali IMF li qal li l-ekonomija qed tirranka izda rridu nkomplu nsiru aktar kompetittivi.


L-attendenza kienet tajba. Ghamilt siegha u nofs f'xemx tizreg ! Fejn kont jien ma kienx hemm dell. Imma kienu worth it.

Malta vs Turkey


Il-bierah filghaxija mort nara lit-team Malti jilghab kontra t-Turkija. Ghall-ewwel ma kontx se mmur izda mbaghad iddecidejt li mmur. Kienet loghba kkumbattuta. Fil-fatt hadt gost li mort. Gejna draw izda fil-verita’ stajna rbahna bl-azzjoni ta’ Michael Mifsud. It-team laghab verament bhala team. Kienu kkoncentrati. Haber fil-lasta kien fenominali ghalkemm fil-bidu deher xi ftit incert. Brian Said kien fl-opinjoni tieghi determinanti. L-isfortuna hija li kull meta skurjajna ma rnexxilniex nissetiljaw bizzejjed halli nzommu l-vantagg. Fl-ahhar tal-loghba l-atmosfera fil-ground kienet tal-genn. Is-support tal-folla numeruza (fil-fatt l-istadium kien kwazi mimli) kien tajjeb izda forsi seta’ kien daqsxejn aktar b’sahhtu u konsistenti. Haga wahda biss dejqitni: it-tisfir ta’ xi Maltin waqt l-innu Tork. Mill-bqija veru hadt gost. Hrigt mill-istadium kwazi mahnuq. Bhas-soltu ma nafx noqghod kwiet ! Prosit boys !!

Sep 7, 2007

Il-bidu tal-blog tieghi


Minn dejjem niprova, ghalkemm nofs id-drabi ma jirnexxiliex (u jkolli nsaqsi lill Mathieu u Oliver), nitghallem inhaddem xi gadget jew oggett teknologiku gdid. Inhobb inkun minn ta' l-ewwel li nesperimenta, ingerfex u nharbat is-sistema ta' kull haga mekkanika. Ibda bil-computer. Xi kultant tlift xi files, wehhilt printers, u ahjar ma nibdewx bl-avventuri tal-PDA... ghax nahseb inkompli sejjer s'ghada !!!

Kont l-ewwel kandidat li ghamilt website f'kampanja elettorali lokali.. u rnexxieli !! Irnexxieli inzomma ghaddejja u aggornata. Issa qed nesperimenta bil-blog, u qed insib fih mod ta' kif nesprimi ruhi u nuri jien x'jien. George Pullicino mhux biss il-politiku, wiehed li qieghed fil-poter, imma George Pullicino c-cittadin; ragel bhal kulhadd li jkollu hsibijiet tieghu fuq affarijiet ta' kuljum, li jesperjenza l-hajja minn lenti ta' missier, li jaffacca problemi bhal kull persuna ohra.. u mhux biss bhala Ministru.

Ser nipprova nikteb regolari fuq dan il-blog, u ser nara kif naghmel biex insib dawk il-ftit minuti li nitfa hsibijieti hawnhekk u naqsam xi esperjenzi maghkom. Mhux ser nitkellem hafna fuq politika.. inweghdkom !! Ser niprova nzomm lura avolja hija parti minn hajti. Imma ser nitkellem fuq affarijiet li niltaqa maghhom kuljum, li naqra fil-gurnali, li jigru madwarna kemm gewwa xtutna, kif ukoll barra minn xtutna.

Insomma.. ghal llum bizzejjed. Insellmilkom.

George