Carm jibqa jissemma għal ħidmitu l-aktar fuq l-immigrazzjoni rregolari u l-obbligu li nwieġbu għal dan il-fenomenu a bażi ta’ prinċipji u mhux a bażi ta’ opportuniżmu kif għamel fl-imgħoddi l-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat meta qalilna li lil dawn il-persuni dgħajfa għandna nħalluhom f’nofs ta’ baħar.
Flimkien ma’ Richard Cachia Caruana, Tonio Borg u l-Prim Ministru, Carm ħadem u stinka biex ġab dan is-suġġett fuq nett tal-aġenda Ewropea. Saħansitra wassal biex Malta llum tospita wkoll istituzzjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew għas-Sostenn fil-Qasam tal-Ażil. Hemm pajjizi ohra fl-UE li sa llum ma jospitawx xi Agenzija tal-UE.
Imma Carm għax raġel, accetta l-kundanna, minkejja li jaf li ma kenitx kundanna mistħoqqa. Għazel li jirriżenja. Mhux għax falla imma għax spicca bħala l-ħaruf tas-sagrificcju ta’ min għandu kilba għamja għall-poter u huwa vendikattiv. F’dan il-mument difficli ħsibijieti jmorru f’Carm u l-familja tiegħu, specjalment martu Sandra li għażlet li tiġi l-Parlament għas-seduti kollha tal-mozzjoni. Kuraġġ Carm il-battalja tkompli u naf li se nsibuk quddiem magħna biex tkompli taghti l-kontribut tieghek.
1 comment:
Jiena smajt id-diskors tieghu fuq ir-radju mill parlament u skantajt bir-rendikont dettaljat tax-xoghol li ghamel fil-Ministeru tieghu. Zgur Dr karm ma kellux zmien jati kaz tal-paroli bla sens ta' l-opposizzjoni. Zgur wkoll li Dr Franco Debono ghandu jaghraf ahjar min huma in-nies serji ghaliex bil-vot tieghu bla dubju ta'sahha kbira lil min qieghed jahdem mhux bix ikun fil-gvern izda biex jumilja lil-Prim Ministru u tteam tieghu. Jalla l-elezzjoni li jmiss il-poplu juri car min hu l-ahjar jekk hux Dr Karm jew Dr Frnco!!
Post a Comment