Is-sistema politika tagħna
hija tali li toħloq kompetizzjoni xi kultant anke ħarxa bejn kandidati
tal-istess partit fuq l-istess distrett.
Għalhekk li jkollok kompetitur tiegħek fuq l-istess distretti li jkun
etiku u leali huwa ta’ min japprezzah ferm.
Fil-politika dawn huma valuri imprezzabbli.
Għalija Dolores Cristina
dejjem ħadnet dawn il-valuri u huwa għalhekk ukoll li ddispjaċini mhux ftit
meta fl-aħħar jiem infurmatni bid-deċiżjoni tagħha li ghal raġunijiet personali
mhux se tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Irrid ngħid li dejjem ħdimt tajjeb magħha
kemm bħala Ministri fl-istess Kabinett kif ukoll bħala kandidati fuq l-istess
Distretti, iġifieri d-9 u l-10 Distrett.
Dolores tat kontribut siewi
tul is-snin li fihom offriet li tagħti servizz lil pajjiżna. Fid-diversi karigi li hi okkupat ħalliet
il-frott tal-ħidma tagħha u eżempju ta’ dan huwa skejjel mill-aktar moderni li
għandna, numru rekord ta’ studenti fl-Universita’, kif ukoll it-tisħiħ tas-servizzi
soċjali u akkomodazzjoni socjali.
Dolores kienet ukoll waħda
mill-ftit nisa u omm li servew f’karigi politiċi għoljin. Hi għandha sservi ta’ mudell għal nisa oħrajn
li m’għandhomx jaqtgħu qalbhom, minkejja d-diffikultajiet li taf iġġib magħhom
il-ħajja pubblika. Huwa importanti li
l-Partit Nazzjonalista jkompli jressaq lejh nies ta’ valuri li jkomplu jagħmlu
ġieħ lill-istorja ta’ dan il-Partit. Lil
Dolores insellmilha u mill-ġdid nirringrazzja għall-ħidma kollha tagħha, anke
għal dik li għad trid tagħmel sa dakinhar tal-elezzjoni.
2 comments:
naqbel mieghek George ! grazzi Sinjura Cristina , mhux fuq bazi personali biss , imma anki f'isem il persuni kollha ta' rieda tajba ! Nawguralek li tgawdi l-familja KEMM TIFLAH !! enzo gusman
naqbel mieghek George ! grazzi Sinjura Cristina , mhux fuq bazi personali biss , imma anki f'isem il persuni kollha ta' rieda tajba ! Nawguralek li tgawdi l-familja KEMM TIFLAH !! enzo gusman
Post a Comment