Matul l-aħħar ġranet kelli l-opportunita’ nżur
ix-xogħlijiet li l-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet qed iwettqu fuq binjiet
differenti li se joffru akkomodazzjoni lil żewg għadqiet volontarji li jagħmlu
xoghol imprezzabli fost iz-żgħażagħ.
Żort l-ewwel il-binjiet ġewwa Għajn Tuffieħa li se jservu ta’ Training
Centre għaż-żgħażagħ tas-Salesians Brigade.
Kienu żewg binjiet, li darba kienu barracks tal-Forzi Militari Inglizi,
li kienu mitluqa għall-aħħar. Saħansitra s-soqfa kienu perikoluzi
għall-aħħar. Bhala Ministeru tajna
sehmna biex irrestawrajnihom ħalli jilqgħu fihom liż-żghażagħ li jippartecipaw
f’din il-Brigade li twieldet 102 sena ilu.
Is-Salesian Brigade, li qabel kienet magħrufa bħala s-Salesian Boys
Brigade, toffri esperjenza unika ta’ tagħlim lil ġuvintur u tfajliet permezz
ta’ attivitajiet li jinkludu drill, tagħlim ta’ strumenti mużikali,
dixxiplina, campings, u xogħol voluntarju. Kienu bosta t-tfal ta'
Tas-Sliema u l-lokalitajiet tal-madwar li matul l-ahhar 102 sena żviluppaw bħala
individwi responsabli billi segwew ħajja attiva nisranija, ħajja ta’ saħħa fiżika u
formazzjoni socjali. Illum il-Salesian Brigade nfirxet lil hemm minn
Tas-Sliema tant li tiġbor fiha tfal, żgħażagh u adulti minn 26 lokalita'
f'pajjiżna.
Żort imbagħad iż-żewġ binjiet ġewwa Pembroke li se
jilqgħu fihom in-North District Girl Guides Training Centre u l-HQ
tal-Pembroke/St.Andrews Scouts. Waħda
mill-binjiet se jservi ta’ Training Centre fejn il-leaders jitħarġu biex
itejjbu l-leadership skills tagħhom ħalli jkunu jistgħu jirrispondu aħjar
għall-isfidi li l-membri tagħhom ipoġġu quddiemhom illum. Dawn il-binjiet se
jilqgħu wkoll fihom Girl Guides minn Distretti oħra fejn ikunu jistgħu anke
jorganizzaw sleep overs u live inns ecc. Il-binja l-oħra se tilqa fiha lill-Scouts ta’
Pembroke/St.Andrews li sa llum ma kellhomx fejn jiltaqgħu.
Dan ix-xoghol setgha jsir wara li l-kollega tiegħi
Jason Azzopardi laqa’ t-talba ta’ dawn l-għaqdiet biex jgħaddi lilhom dawn
il-binjiet. Matul l-aħħar snin il-Gvern
preżenti b’rikonoxximent tax-xogħol ferm utli li jagħmlu dawn l-għaqdiet
volontarji għadda madwar 50 binja u sit lill-għaqdiet volontarji f’pajjizna. Dawn l-għaqdiet, li jaħdmu
primarjament fost iż-żgħażagħ, joffru formazzjoni f’bini ta’ karattri u joffru wkoll
alternative entertainment
liż-żgħażagħ tagħna. Iżda fuq kollox f’socjeta’,
li dejjem aktar qed issir waħda individwalista, qed jsaħħu
r-responsabilizazzjoni taż-żgħażagħ lejn il-kumplament tal-komunita’ anke billi
jħeġġuhom jippartecipaw f’xogħol volontarju b’riżq membri oħra tal-komunita’.
No comments:
Post a Comment