Tal-Labour dejjem iridu jaraw
ma xiex jaqbdu u jfettqu. Il-Ministeru tiegħi f’dawn il-ġranet beda proċess
biex ninstallaw turbina tar-riħ fuq is-Sikka l-Bajda. Din se sservi biex
l-istudju li qed jevalwa l-impatt tat-turbini fuq l-għasafar ikun aktar
fid-dettal u preċiż. Hekk fil-fatt irrakkomanda l-EIA (Environment Impact Assessment)
li għadu kemm tlesta. Il-Gvern applika biex jinkisbu fondi ewropej għal din it-turbina. L-għan aħħari tagħna jibqa dak li fuq dik
is-Sikka ninstallaw windfarm li jagħtina madwar 100 MW ta’ enerġija mir-riħ.
Iżda oħloq il-għaġeb xi ħaġa
purament teknika tal-Labour ukoll jaqbdu magħha u jipruvaw idawruha f’ballun
politiku bla bżonn. Biss bħas-soltu jiżolqu fin-niexef. Leo Brincat qalilna li
l-Gvern żamm kollox mistur. Mistur ?! L-istudju
fuq l-impatt ambjentali tal-wind farms
diġa ngħata lill-istakeholders biex
jibgħatu l-kummenti tagħhom. U probabilment kien proprju għalhekk li ġurnal
lokali (The Times) kien pro-attiv u talab lill-Gvern għall-kumment.
Il-Gvern miexi bil-pjan kif
maqbul mal-Unjoni Ewropea fuq kif pajjiżna sas-sena 2020, 10% tal-enerġija li
nikkunsmaw f’Malta trid tkun ġejja minn sorsi nodfa. Dan se jkun miksub
b’enerġija nadifa ġġenerata mir-riħ, mix-xemx u mill-iskart. Tant kemm pajjiżna
miexi fid-direzzjoni t-tajba li l-impjant ta’ Sant’Antnin f’Marsaskala beda
jiġġenera l-enerġija u is-sub target tal-panelli fotovoltajiċi għas-sena
2012 se jkun inqabeż bl-investiment qawwi li sar u bl-għajnuna ta’ diversi
skemi imnehdija mill-Gvern.
Hija ħasra li f’pajjiżna
għandna Opposizzjoni li dejjem moħħa biex tfixkel. Kienet kontra l-immodernizzar
tal-impjant ta’ Sant’ Antnin, saħansitra Dott Muscat prova jtellef fondi
Ewropej lil Malta għal dan il-proġett u anki fuq il-Windfarms l-istess Dott
Muscat f’Wied Rini mar ibeżża l-bdiewa li l-windfarms jipperikolaw il-watertable. Imbaghad Leo Brincat kompla għaxxaqha. Qalilna li “l-Gvern imissu jghidilna x’se
jaghmel u jippublika l-pjani tieghu”.
Ghadu ma jafx li l-pjan ilu ppublikat u saħansitra mogħti
lill-Kummissjoni Ewropea ! Wake up Leo
! Dan hu l-periklu li qed jaffaċċa pajjiżna, Opposizzjoni mħawda li ma tafx xi
trid u li magħha ħadd ma jaf fejn qiegħed.
No comments:
Post a Comment