Kont qed naqra l-proposti tal-budget għas-sena 2013 li ressaq il-Gvern Grieg għad-diskussjoni fil-parlament Grieg. Budget li huwa ritratt tal-qagħda imwiegħra ta’ dan il-pajjiż. Fost il-miżuri iebsin li qed jiġu proposti hemm it-tnaqqis tad-deficit minn 6.6.% għal 4.2% tal-Prodott Gross Domestiku (GDP) u dan b’numru ta’ miżuri li jinkludu tnaqqis drastiku fil-pagi tas-servizz pubbliku u fil-pensjonijiet, tnaqqis fil-ħlasijiet ta’ sigurta’ soċjali, tnaqqis fin-nefqa fuq l-edukazzjoni, saħħa u difiża. Qed jiġu proposti wkoll riforma fiskali oħra inkluz li l-eta’ tal-pensjoni titla’ minn 65 għal 67 sena.
Dan il-budget huwa parti minn
programm vast ta’ awsterita’ li jkopri s-snin 2013-2014 u li jrid ikun maqbul
mal-Kummissjoni Ewropea, mal-Bank Ċentrali Ewropew u mal-Fond Monetarju Dinji
(IMF). Ma rridux ninsew li l-Grecja diġa
wkoll fix-xhur li għaddew żiedet l-income tax u żiedet ukoll it-taxxa fuq
il-propjeta’. Meta jgħoddu magħhom il-miżuri li se jittieħdu issa l-ekonomisti
qed ibassru li l-ekonomija Griega se tickien għas-sitt sena konsekuttiva b’4%
oħra !
Din hi r-realta’ madwarna,
fuq l-għatba ta’ biebna. Taqra dan
kollu, u tgħid min jaf kemm jixtiequ l-Griegi li l-akbar problemi tagħhom il-“kriżijiet”
tagħna ! Dak li xi kultant naqraw bħala
problemi kbar tagħna huma nsinifikanti ħdejn dak li cittadini oħra qed ikollhom iħabtu wicchom
magħhom f’pajjiżi oħra. Dan ma jfissirx
li kollox ward u żgħar f’pajjiżna, imma tajjeb li l-problemi tagħna npoġġuhom
f’kuntest.
No comments:
Post a Comment