Jien u naqra l-aħbar ippublikata llum dwar aktar għajnuna mill-Gvern lill-iskejjel privati, ma stajtx ma niftakarx f’artiklu tiegħi li kien deher fil-ġurnal The Times f’Novembru 1995, intitolat Private schools: Towards reducing the burden on parents.
Dak iż-żmien kont argumentajt
li “The reality is that, for a number of
reasons, tuition and other fees at most non-state, non-church schools are
proving to be beyond the reach of a good number of Maltese families. This is restricting access to a number of
children. It is also proving to be an
excessive burden to be borne by those parents who send their children to these
schools not capriciously but on the basis of a recognised human right and
national policy.” F’parti ohra tal-artiklu kont ghidt “I am convinced that it is about time that the issues of access to
private schools be placed on the national agenda. Such a debate should focus on the need of
state support to the educational institution or the parents, and the
formulation of a policy which addresses the difficulties being encountered by
private schools.”
Nieħu gost ninnota kif
il-Gvern mill-1998 ‘l hawn irrikonoxxa din id-diffikulta’ u indirizzaha. Biżżejjed insemmi kif, fost l-oħrajn, il-Gvern qed jgħin lil dawk il-ġenituri li jibgħatu
l-uliedhom fl-iskejjel privati. Kull sena, madwar 4,400 familja jibbenefikaw
mit-tnaqqis fit-taxxa li fl-aħħar budget reġa żdied. Fl-aħħar 4 snin, dawn il-familji gawdew bejniethom tnaqqis ta’ madwar €8 miljuni f`taxxi. L-iskema mnehdija llum hi għal servizzi u xogħlijiet li
saru sa mill-1 ta’ Jannar 2012, u hija valida għal tliet snin. Il-fondi jiġu allokati skont in-numru ta’
studenti reġistrati fil-bidu ta’ kull sena skolastika kif approvat uffiċjalment
mid-Direttorat tal-Kwalita’ u l-iStandards fl-Edukazzjoni.
Kburi li l-Gvern, li nifforma
parti minnu bħala Ministru, qed jattwa dawn il-miżuri, li m’huma xejn għajr
investiment fl-edukazzjoni ta’ wliedna u t-tisħiħ tal-prinċipju li l-ġenituri
jibqgħu jkollhom l-għażla ta’ fejn jibgħatu lil uliedhom. Il-ftuħ tal-iskejjel privati huwa wirt
tal-politika ta’ Gvernijiet mmexxija mill-Partit Nazzjonalista. Huwa għalhekk xieraq li jkun Gvern
Nazzjonalista li jkompli jqiegħed dawn l-iskejjel fuq sisien sodi.
No comments:
Post a Comment