Fl-1996 kont l-ewwel kandidat tal-PN li għall-elezzjoni għamilt website. F’kumment li kont tajt dak iż-żmien lill-ġurnal in-Nazzjon kont għedt; “it-teknoloġija tal-informazzjoni qed tagħti opportunita’ ta’ komunikazzjoni aktar veloċi”. Sa dakinhar l-użu tal-internet fil-verita ma kienx għadu użat mill-massa kif inhu llum imma kien diġa sar mezz ta’ komunikazzjoni veloċi. Illum sar mezz ferm aktar effettiv biex tikkomunika u ssir taf x’qed jiġri madwarek real time ! Meta bdejt nikteb il-blog tiegħi fuq l-internet fis-sena 2007 l-idea kienet li nwassal kultant żmien dak li nkun qed inħoss u nesprimi ruħi b'din l-għodda wkoll !
Illum li qed ngħixu fl-era diġitali, fejn kważi kulħadd bl-ismartphones, tablets u laptops, l-partiti
wkoll għarfu
jisfruttaw dawn l-għodod
ta' komunikazzjoni fosthom permezz ta' Facebook, Twitter, Youtube ecc. Dan
stajna narawh anke fl-aħħar
elezzjoni presidenzjali amerikana fejn il-kandidati u dawk vicin tagħhom kienu jibgħatu xejn anqas minn
kważi
4 emails kuljum fl-aħħar
parti tal-kampanja. Il-PN għalkemm beda tard biex jisfrutta dawn
l-għodod,
fil-verita' għamel
qabża
fenominali fi żmien
qasir ħafna
u llum qed jisfrutthom mill-aħjar biex mhux biss jibgħat il-messaġġi tiegħu imma anke biex iwieġeb għall-kummenti u
l-mistoqsijiet tal-elettorat.
Dawn l-ghodod
jitfgħu wkoll pressjoni fuqi. Hekk kif nispicca l-homevisits ikolli bilfors nintefa fuq il-computer biex nirrispondi
l-messaġġi li jidħlu specjalment fuq Facebook apparti mill-ħafna emails li
nircievi. Ovvjament apparti li nagħmel ħilti biex naġġorna l-blog u l-website
tieghi www.georgepullicino.pn li
issa waslet fir-raba verzjoni taghha. Fi ftit ġranet oħra se nvara waħda
totalment ġdida, aktar user-friendly
u aktar interattiva. Nagħmel ħilti biex kemm jista’ jkun inwieġeb malajr lil
dawk li jikkomunikaw mieghi. Naprezza kummenti
ta' kuraġġ u appoġġ daqs kemm naprezza kritika kostruttiva. Xi kultant nircievi
anke kummenti minn xi persuni li minflok ma jinvolvu ruħhom f'diskussjoni
kostruttiva, jispiccaw jgħaddu kummenti dispreġjattivi fuq il-volum tiegħi. Jaħasra
x'faqar. Imisshom jafu li jien stess niccajta fuq il-volum tiegħi stess ! Bhal
certi mexxejja moħħhom aktar fil-packaging
estern milli fil-kontenut tal-politika.
Dawn l-għodod
mhumiex kollox. L-isbaħ kuntatt huwa l-kuntatt dirett specjalment face to face
fiż-żjarat fid-djar. Imma nkunu boloħ jekk ma ngħarfux jekk li llum għandna pajjiż
li għandu aktar minn 134,000 abbonat għall-broadband Internet – żieda ta’ 6.3%
fuq is-sena 2011. Il-mobile phones ukoll saru komuni u r-rata
ta’ penetrazzjoni telgħet għal 130.2% - qabża ta’ 10.2% fuq is-sena l-oħra. Skond
l-istatistika tal-Malta Enterprise, fl-2011 kien hawn 1,625 kumpaniji tal-ICT –
qabża ta’ 65.5% meta mqabbel mal-2006. Verament socjeta' trasformata. Ma tintarafx.
No comments:
Post a Comment