Kreattivita’
u Entużjażmu huwa l-islogan li għażilt għall-kampanja elettorali tiegħi. Dawn huma żewġ aġġettivi li jispjegaw b’mod tajjeb il-ħidma politika li wettaqt u l-aspirazzjonijiet tiegħi għall-ħidma li
għad irrid inwettaq. Fuq kollox huma żewġ kwalitajiet li nammira
fis-socjeta’ tagħna, specjalment fil-ġenerazzjoni żagħżugha, li kellha x-xorti tgawdi sistema edukattiva u
opportunitajiet aħjar minn ta’ qabilhom. F’dinja fejn il-kompetizzjoni qed issir dejjem
aktar ħarxa, hemm bżonn li nisfruttaw ferm aktar l-entużjażmu tagħna ghal ideat
kreattivi li jagħtuna edge fuq
il-kompetituri tagħna. Irridu nipruvaw
il-ħin kollu nagħtu ħilitna biex nfittxu li neccellaw.
Il-kreattivita’ nista’ ngħid
li toħrog b’mod ċar mill-proġetti li wettaqt
f’isem il-gvern fl-aħħar snin. Idejat ġodda għal pajjiżna li ssarrfu fi
proġetti li taw spazji u attivita’oriġinali lill-familji tagħna. Nista nsemmi l-ispazji ġodda li tajna
lill-familji, kemm f’kuntest urban kif ukoll fil-kampanja tagħna. Prġetti ta’ kwalita’ fejn jispikka s-sens ta’
dettall. Fittixt li nagħti spazji b’attivitajiet oriġinali bhall-Adventure Park
f’Ta’ Qali, l-Water Park f’Bugibba u l-park li se nlestu dalwaqt ġewwa Marsascala lit-tfal u l-familji
maltin. Tajt sehmi wkoll fit-tfassil ta’
proposti, pjani u policies ġodda li ssarfu f’ġid
għall-komunita’ kollha.
Din il-ħidma
wettaqta b’entużjażmu. Jien inqis lili nnifsi bħala persuna li jekk nidħol għal xi ħaġa din
nidħol għaliha sew, b’ħeġġa u passjoni. Fil-karigi li ġejt fdat bihom ippruvajt nfittex dejjem il-ġid komuni.
Jista jkun li
xi kultant nidher aggressiv, imma din hija aktar ħeġġa biex nikkonvinci fuq
materji li nkun nemmen li se jkunu ta’ beneficcju għall-komunita’ tagħna. Huwa wkoll dan l-entużjażmu li
qed iwassalni biex għal darb’oħra nerġa
noffri s-servizzi tiegħi
fl-elezzjoni li ġejja. Entużjażmu li ġej ukoll mill-fatt li rrid inkompli naħdem b’lealta’ f’partit li dejjem kellu l-aqwa viżjoni u
pjan għal pajjiżna u l-poplu.
U jekk nikseb
il-fiducja mill-ġdid tal-kostitwenti tiegħi u nerġa nkun r-rapreżentant tagħhom fil-Parlament se nkompli nfittex li
b’entużjażmu npoġġi l-kreattivita’ fic-centru tal-ħidma tiegħi sabiex jinħoloq aktar ġid għalihom u għal uliedhom.
No comments:
Post a Comment